|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5252 |
26.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12102 — BANCA CF+ / BANCA SISTEMA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5252)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Banca CF+ Credito Fondiario S.p.A. (“Banca CF +”, l-Italja), ikkontrollata minn Elliott Investment Management L.P. (“EIM”, l-Istati Uniti). |
|
— |
Banca Sistema (l-Italja), kumpanija pubblika elenkata fil-Borża Taljana u mhux ikkontrollata minn xi wieħed mill-azzjonisti individwali tagħha. |
Banca CF+ group se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Banca Sistema kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-30 ta’ Ġunju 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Banca CF+ huwa bank iffukat fuq klijenti korporattivi, li joffri soluzzjonijiet ta’ finanzjament speċjalizzati f’sitwazzjonijiet ta’ prestazzjoni u prestazzjoni mill-ġdid. Is-sett ta’ prodotti ewlenin tiegħu jinkludi l-fatturament, l-akkwist ta’ riċevibbli tat-taxxa, is-self fuq terminu qasir u medju – spiss appoġġat minn fondi ta’ garanzija – għan-negozji bi ħtiġijiet strutturali jew ta’ likwidità. |
|
— |
Banca Sistema huwa bank li primarjament joffri servizzi ta’ fatturament lil kontropartijiet tas-settur pubbliku, kif ukoll self appoġġat minn salarji (“cessione del quinto”). Huwa jinvolvi ruħu wkoll f’attivitajiet ta’ senserija u rkant permezz tas-sussidjarja tagħha Kruso Kapital S.p.A. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12102 — BANCA CF+ / BANCA SISTEMA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5252/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)