8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu eżaminati fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/276/KE tad-19 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE rigward il-lista ta' postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/345/KE ta' l-10 ta' Mejju 2007 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u rziezet approvati rigward waħda mill-mardiet tal-ħut jew aktar magħruf bħala s-settiċemija emorraġika virali (VHS) u n-nekrosi ematopoietika infettiva (IHN) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32007 D 0276: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/276/KE tad-19 ta’ April 2007 (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 136 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE) fil-Parti 1.2:

“137.

32007 D 0275: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu eżaminati fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għaż-żoni koperti mill-atti speċifiċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-Parti tad-dħul.”

3.

It-test tal-punt 113 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE) tal-Parti 1.2 għandu jitħassar.

4.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32007 D 0345: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/345/KE ta' l-10 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/275/KE, 2007/276/KE u 2007/345/KE fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(2)   ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(3)   ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34.

(4)   ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16.

(5)   ĠU L 121, 8.5.2002, p. 6.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati