|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
928 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Ġunju 2006
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2407)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2006/432/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001. Il-feġġ ta' din il-marda ppreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. |
|
(2) |
Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tiġi kkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/492/KE tat-3 ta' Lulju 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Ġermanja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza implimentati fl-2001 u meħuda biex tiġi kkumbattuta l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer. |
|
(4) |
Skond din id-Deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta' € 440 000. |
|
(5) |
Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandu jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja, dokumenti li jistipulaw i-ċifri kkwotati fl-applikazzjoni, u r-riżultati ta' verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni. L-ammont stipulat fl-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja kien ta' DEM 3 256 879,80 jew EUR 1 665 216,19 bħala spejjeż ewlenin u DEM 16 978,40 jew EUR 8 680,92 bħala arretrati, li għalihom il-kontribut finanzjarju Komunitarju ma jistax ikun ogħla minn 50 % tan-nefqa eliġibbli. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 issa għandha tiġi ffissata. |
|
(7) |
Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjon f'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jfissru li l-ammont kollu tan-nefqa mressqa ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli. |
|
(8) |
L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lill-Ġermanja permezz ta' ittra. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 skond id-Deċiżjoni 2003/492/KE hija ffissata għal EUR 827 037,06 bħala spejjeż ewlenin u EUR 4 340,46 bħala arretrati.
Billi ngħata diġà l-ewwel pagament ta' EUR 440 000 skond id-Deċiżjoni 2003/492/KE, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja huwa ffissat għal EUR 391 377,52.
Artikolu 2
Din id-Deċiżoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).