|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1283 |
27.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1283
tas-26 ta’ Ġunju 2025
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1) li tistabbilixxi Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah). |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1806 (2), li estendiet il-mandat tal-EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Marzu 2025, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni Ewropea għadha impenjata bis-sħiħ għal paċi dejjiema u sostenibbli bbażata fuq is-soluzzjoni ta’ żewġ stati, u hija lesta li tikkontribwixxi għall-isforzi kollha lejn dik is-soluzzjoni, u stiednet lill-partijiet kollha biex iżommu lura minn azzjonijiet li mminaw il-vijabbiltà tagħha. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-Unjoni ser tkompli taħdem mas-sħab reġjonali u internazzjonali għal dak l-għan u ser tkompli tappoġġa lill-Awtorità Palestinjana u l-aġenda ta’ riforma tagħha. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ April 2025, fil-kuntest tar-rieżami strateġiku kkoordinat tal-EU BAM Rafah u l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-mandati taż-żewġ missjonijiet jenħtieġ li jiġu estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2027. Il-KPS qabel ukoll li jenħtieġ li l-EU BAM Rafah tkun tista’ timplimenta proġetti, inkluż b’fondi esterni, u li għalhekk jenħtieġ li tingħata ċellula ta’ proġetti għal dak il-għan. |
|
(5) |
B’kont meħud tal-informazzjoni pprovduta minn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana, jenħtieġ li l-EU BAM Rafah tiġi estiża b’sena. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
L-EU BAM Rafah ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2026 għandu jkun ta’ EUR 7 493 238,13.” ; |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Ċellula ta’ Proġetti 1. L-EU BAM Rafah għandha jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti li huma konsistenti mal-objettivi tal-Missjoni u li tiffaċilita t-twettiq tal-mandat. Skont il-ħtieġa, il-EU BAM Rafah għandha tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’oqsma marbutin mal-EU BAM Rafah u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. 2. Soġġetta għall-paragrafu 3, l-EU BAM Rafah għandha tkun awtorizzata tirrikorri għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni u l-Istati Membri jew l-Istati terzi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti identifikati li jissupplimentaw b’mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EU BAM Rafah, fejn il-proġetti jkunu:
Ladarba l-Kummissjoni jew dawk l-Istati jkunu pproponew formalment li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tiġi ġestita mill-EU BAM Rafah, l-EU BAM Rafah għandha tikkonkludi arranġament mal-Kummissjoni jew dawk l-Istati, li jkopri b’mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta’ kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta’ atti jew ommissjonijiet mill-EU BAM Rafah fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati li jikkontribwixxu ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta’ atti jew ommissjonijiet mill-EU BAM Rafah fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, l-Istati Membri jew l-Istati terzi għaċ-Ċellula ta’ Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2026.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/889/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1806 tal-25 ta’ Ġunju 2024 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L, 2024/1806, 26.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1806/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1283/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)