1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 117/15


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 391/2008

tat-30 ta' April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 102/2007 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta' l-2008 dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u n-nisel tagħhom immedjat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1) b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal raġunijiet ta' affidabilità u kwalità tad-data li trid tiġi pprovduta, xi varjabbli deskritti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 102/2007 (2) għandhom ikunu b'għażla għall-Istati Membri b'daqs żgħir ta' kampjun għall-migranti. Il-Bulgarija u r-Rumanija jinsabu f'din il-qagħda iżda ma kinux Stati Membri meta dan ir-Regolament ġie propost għall-adozzjoni.

(2)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tal-Regolament (KE) Nru 102/2007 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-Kolonni 213, 214, 215, 216, 217, 218 u 219 ta' l-Anness għandhom ikunu b'għażla għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42).

(2)   ĠU L 28, 3.2.2007, p. 3.