European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1040

23.5.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1040

tas-16 ta’ Mejju 2025

dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali ppreżentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Franza, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, min-Netherlands u mis-Slovakkja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti tal-Ajru Uniku Ewropew

(notifikata bid-dokument C(2025) 2930)

(It-testi bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3), il-punt (c), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

Billi:

1.   SFOND

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), inklużi miri tal-prestazzjoni, għal kull perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-network. Dawk il-pjanijiet iridu jinkludu miri tal-prestazzjoni lokali li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-perjodu referenzjarju kkonċernat.

(2)

Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju (“RP4”, 2025-2029) ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 (3).

(3)

L-Istati Membri kollha fasslu u adottaw abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni għall-RP4, li ġew sottomessi lill-Kummissjoni għal valutazzjoni sal-1 ta’ Ottubru 2024. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dawk l-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jissottomessu abbozzi aġġornati tal-pjanijiet tal-prestazzjoni sal-15 ta’ Novembru 2024.

(4)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f’din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq l-abbozzi aġġornati tal-pjanijiet tal-prestazzjoni għall-RP4 sottomessi mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Estonja, mill-Ġermanja, mill-Greċja, minn Franza, mill-Irlanda, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, min-Netherlands, u mis-Slovakkja (“abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni”).

(5)

Il-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (“PRB”), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, issottometta rapport lill-Kummissjoni bil-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (4), il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, u meta rilevanti qieset iċ-ċirkostanzi lokali.

(7)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri sottomessi mill-Istati Membri kkonċernati rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-miri proposti inklużi fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni jipprevedux livell ta’ effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza li jkun daqs jew iżjed mil-livell tal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha.

(8)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri sottomessi mill-Istati Membri kkonċernati rigward l-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali medja tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-miri proposti inklużi fl-abbozz tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti tal-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali stabbiliti fil-Pjan tat-Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot tat-2 ta’ Lulju 2024, imfassal f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (5) (“ERNIP”). Dik il-valutazzjoni saret fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.

(9)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri ppreżentati mill-Istati Membri kkonċernati rigward id-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”) en route għal kull titjira ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-miri proposti inklużi fl-abbozz tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operattiv tan-Network tat-2 ta’ Lulju 2024, imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123. Dik il-valutazzjoni saret fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali.

(10)

Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjanijiet tal-prestazzjoni rigward il-kost unitarju determinat (“DUC”) għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Dawk il-kriterji jikkonsistu fix-xejra tad-DUC tul l-RP4, ix-xejra fit-tul tad-DUC tul it-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) (“RP3”) u l-RP4 (2020-2029), u l-valur bażi għad-DUC fil-livell taż-żona tal-imposti meta mqabbel mal-valur medju taż-żoni tal-imposti fejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili.

(11)

Meta l-miri tal-kosteffiċjenza en route nstabu inkonsistenti mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), 1.4(b) u 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni eżaminat ukoll, fid-dawl tal-ġustifikazzjonijiet u tal-evidenza pprovduti fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni, jekk devjazzjoni tistax titqies meħtieġa u proporzjonata abbażi tal-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(12)

Il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni b’rieżami tal-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Fir-rigward tal-punt 2.1(d)(vii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li, bħala parti minn dak ir-rieżami, m’għamiltx analiżi dettaljata tal-metodoloġiji użati mill-Istati Membri għall-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal fl-RP4. Għalhekk, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni rigward il-konformità ta’ dawk il-metodoloġiji tal-allokazzjoni tal-kostijiet mal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

2.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LILL-BELĠJU, LIL FRANZA, LILL-ĠERMANJA, LIL-LUSSEMBURGU U LIN-NETHERLANDS

(13)

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Iżvizzera fasslu u adottaw b’mod konġunt abbozz ta’ pjan tal-prestazzjoni fil-livell tal-Blokk tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali Ċentrali tal-Ewropa (“FABEC”).

(14)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC (“l-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC”) fir-rigward tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Lussemburgu u tan-Netherlands. Bħala pajjiż terz soġġett għall-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (7), il-Kummissjoni nnotifikat lill-Iżvizzera separatament dwar is-sejbiet li ħarġu mill-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC (8).

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza  (9)

Iż-żona tal-imposti en route tal-Belġju - il-Lussemburgu

(15)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti għaż-żona tal-imposti en route tal-Belġju u l-Lussemburgu għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tal-Belġju - il-Lussemburgu

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 94,14

EUR 104,26

EUR 104,94

EUR 106,08

EUR 106,14

EUR 104,43

EUR 103,83

(16)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Belġju u tal-Lussemburgu fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -0,1% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(17)

Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4 (b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Belġju u tal-Lussemburgu fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +1,1% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(18)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 104,26 tal-Belġju u tal-Lussemburgu, espress f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022 (“EUR2022”), hu 10,8% iżjed mill-valur bażi medju ta’ EUR 94,13 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (e), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(19)

Jeħtieġ jiġi eżaminat jekk id-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (16), (17) u (18) jistgħux jitqiesu meħtieġa u proporzjonati f’konformità mal-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk id-devjazzjonijiet osservati mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha u mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (16) u (17) humiex esklużivament dovuti għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità jew għal kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(20)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, il-Belġju u l-Lussemburgu jirreferu għall-kostijiet determinati addizzjonali mġarrba tul l-RP4 mill-iskeyes tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSPs”) u miċ-Ċentru tal-Kontroll taż-Żona ta’ Fuq ta’ Maastricht (“MUAC”) b’rabta mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità lokali (“miżuri tal-kapaċità”). Il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati jinkludu l-elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

it-taħriġ u r-reklutaġġ mill-iskeyes u l-MUAC tal-kontrolluri ġodda tat-traffiku tal-ajru (“ATCOs”), prinċipalment biex jieħdu post l-ATCOs li mistennija jirtiraw tul l-RP4, iżda anki biex jakkomodaw it-tkabbir fit-traffiku previst u jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-sistema;

(b)

l-akkwist fl-2028 u l-użu mill-iskeyes ta’ sistema ġdida tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) li se tipprovdi avvanzi funzjonali u tekniċi sinifikanti; l-ATM il-ġdida se tissostitwixxi s-sistema attwali tal-ATM tal-iskeyes, li ilha tintuża mill-2009;

(c)

l-introduzzjoni mill-iskeyes ta’ għodda ġdida għall-ippjanar li se tippermetti roster awtomatizzat tal-ATCOs, biex jinkisbu mmaniġġjar ottimizzat tal-ħaddiema u għadd ta’ gwadanji operazzjonali assoċjati;

(d)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni mill-MUAC ta’ għodod u funzjonijiet ġodda li jappoġġaw l-operat;

(e)

l-implimentazzjoni mill-MUAC ta’ titjib strutturali fid-disinn u l-użu tal-ispazju tal-ajru;

(f)

il-kostruzzjoni mill-MUAC ta’ binja ġdid ħalli jkollu kamra tal-operat ġdida (kamra OPS) b’uffiċċji u faċilitajiet ta’ appoġġ.

(21)

Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB), il-kostijiet addizzjonali rrapportati mill-Belġju u mil-Lussemburgu għall-miżuri tal-kapaċità msemmija fil-premessa (20) huma ferm inqas mil-lat monetarju mid-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha kkalkulati mill-PRB. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ċerti miżuri tal-kapaċità invokati mill-Belġju u l-Lussemburgu jistgħu jitqiesu bħala parti mill-operazzjonijiet normali tal-ANSPs ikkonċernati jew jaf ma jikkontribwixxux direttament għat-titjib fil-kapaċità tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż, mingħajr aktar informazzjoni u analiżi dettaljati, jekk il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati mill-Belġju u l-Lussemburgu jistgħux jitqiesu, fl-intier tagħhom, meħtieġa u proporzjonati għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għall-RP4. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li d-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (16) u (17) ma jistgħux jiġu attribwiti esklużivament għall-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-miżuri tal-kapaċità ppreżentati.

(22)

Għalhekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqiesx li ntlaħaq fir-rigward tal-Belġju u l-Lussemburgu.

(23)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, il-Belġju u l-Lussemburgu ma ppreżentaw l-ebda miżura ta’ ristrutturar li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha skont il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(24)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (15) sa (23), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tal-Belġju - il-Lussemburgu jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Iż-żona tal-imposti en route tal-Ġermanja

(25)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti għaż-żona tal-imposti en route tal-Ġermanja għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tal-Ġermanja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 71,71

EUR 74,90

EUR 73,16

EUR 73,06

EUR 73,10

EUR 71,87

EUR 70,54

(26)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Ġermanja fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -1,2% tul l-RP4 tikkonforma max-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(27)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Ġermanja fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ -0,2% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(28)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 74,90 tal-Ġermanja fl-EUR2022 hu 29,9% iżjed mill-valur bażi medju ta’ EUR 57,66 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(29)

Jeħtieġ jiġi eżaminat jekk id-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (27) u (28) jistgħux jitqiesu meħtieġa u proporzjonati f’konformità mal-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat jekk id-devjazzjoni osservata mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessa (27) hix dovuta esklużivament għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità jew għal kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(30)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, il-Ġermanja tirreferi għall-kostijiet determinati addizzjonali mġarrba tul l-RP4 mid-DFS (Deutsche Flugsicherung GmbH) tal-ANSPs u mill-MUAC fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità lokali (“miżuri tal-kapaċità”). Il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati jinkludu l-elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

it-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ ATCOs ġodda mid-DFS u mill-MUAC: fil-każ tad-DFS, dik il-miżura hija ppjanata li tul l-RP4 twassal għal żieda ġenerali ta’ aktar minn 10% fl-għadd ta’ ATCOs fl-operat taċ-ċentri tal-kontroll taż-żona (“ACCs”) ta’ Bremen, Karlsruhe, Langen u Munich, biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ kapaċità li jġarrbu dawk l-ACCs; għall-MUAC, l-għadd ta’ ATCOs fl-operat hu ppjanat li jiżdied biss bi ftit tul l-RP4 iżda l-ingaġġ ta’ ATCOs ġodda se jibqa’ sinifikanti biex jagħmel tajjeb għall-irtirar qawwi li hu mistenni fost l-ATCO tul dak il-perjodu referenzjarju;

(b)

l-akkwist u l-użu mid-DFS ta’ funzjonalitajiet ġodda tas-sistema tal-ATM għall-ACC ta’ Bremen u ta’ Munich; dawk il-funzjonalitajiet mistennija li jwasslu għal titjib operazzjonali fil-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, inkluż kapaċità aħjar tal-ispazju tal-ajru;

(c)

l-inizjattiva tal-MUAC u tad-DFS, fir-rigward tal-ACC ta’ Karlsruhe, li jistabbilixxu żewġ ċentri tad-data ġeosuperfluwi li kapaċi jappoġġaw u jissostitwixxu lil xulxin, ħalli tissaħħaħ il-kwalità tas-servizz tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;

(d)

il-parteċipazzjoni tad-DFS, flimkien ma’ sitt ANSPs oħra, fi programm ta’ kooperazzjoni maħsub biex tinbena sistema komuni futura tal-ATM għall-ANSPs ikkonċernati; Id-DFS jidhrilha li s-sistema l-ġdida tal-ATM li tirriżulta tista’ tintuża fl-ACC ta’ Langen, mhux qabel l-2031, u b’hekk mhux tul l-RP4;

(e)

l-użu mid-DFS tas-sistemi tekniċi u tas-software meħtieġa għall-konformità mas-sottofunzjonalità “AF6 – Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Trajettorja Inizjali” meħtieġa skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 (10);

(f)

l-implimentazzjoni mid-DFS ta’ bidliet fis-sistema tas-sorveljanza tiegħu, u għodda ġdida għal settorizzazzjoni aktar effiċjenti u dinamika tal-ispazju tal-ajru;

(g)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni mill-MUAC ta’ għodod u funzjonijiet ġodda li jappoġġaw l-operat;

(h)

l-implimentazzjoni mill-MUAC ta’ titjib strutturali fid-disinn u l-użu tal-ispazju tal-ajru;

(i)

il-kostruzzjoni mill-MUAC ta’ binja ġdid ħalli jkollu kamra tal-operat ġdida (kamra OPS) b’uffiċċji u faċilitajiet ta’ appoġġ.

(31)

Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni tal-PRB, il-kostijiet addizzjonali rrapportati mill-Ġermanja għall-miżuri tal-kapaċità msemmija fil-premessa (30) huma ferm inqas mil-lat monetarju mid-devjazzjoni osservata mix-xejra tal-kosteffiċjenza fit-tul għall-Unjoni kollha kkalkulata mill-PRB.

(32)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ċerti miżuri tal-kapaċità invokati mill-Ġermanja jistgħu jitqiesu bħala parti mill-operazzjonijiet normali tal-ANSPs ikkonċernati jew jaf ma jikkontribwixxux direttament għat-titjib fil-kapaċità tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż, mingħajr aktar informazzjoni u analiżi dettaljati, jekk il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati mill-Ġermanja jistgħux jitqiesu, fl-intier tagħhom, meħtieġa u proporzjonati għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għall-RP4. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li d-devjazzjonijiet osservati mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessa (27) ma jistgħux jiġu attribwiti esklużivament għall-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-miżuri tal-kapaċità ppreżentati.

(33)

Għalhekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqiesx issodisfat fir-rigward tal-Ġermanja.

(34)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda miżura tar-ristrutturar li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha skont il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(35)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (25) sa (34), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tal-Ġermanja jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Iż-żona tal-imposti en route tan-Netherlands

(36)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti għaż-żona tal-imposti en route tan-Netherlands għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tan-Netherlands

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 86,52

EUR 104,60

EUR 103,51

EUR 103,61

EUR 106,50

EUR 106,28

EUR 105,95

(37)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tan-Netherlands fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +0,3% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(38)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tan-Netherlands fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +2,3% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(39)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 104,60 tan-Netherlands fl-EUR2022 hu 11,3% iżjed mill-valur bażi medju ta’ EUR 94,01 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (e), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(40)

Jeħtieġ jiġi eżaminat jekk id-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (37) sa (39) jistgħux jitqiesu meħtieġa u proporzjonati f’konformità mal-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk id-devjazzjonijiet osservati mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha u mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (37) u (38) humiex esklużivament dovuti għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità jew għal kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(41)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, in-Netherlands jirreferu għall-kostijiet determinati addizzjonali mġarrba tul l-RP4 mil-LVNL tal-ANSPs u mill-MUAC fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità lokali (“miżuri tal-kapaċità”). Il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati jinkludu l-elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

it-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ ATCOs ġodda mil-LVNL u mill-MUAC, l-aktar biex jieħdu post l-ATCOs li mistennija jirtiraw tul l-RP4, iżda anki biex jakkomodaw it-tkabbir fit-traffiku previst u jappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-sistema;

(b)

it-titjib mil-LVNL fil-faċilitajiet tat-taħriġ u s-simulaturi tal-ATCO tagħha, ħalli żżid il-kapaċità u l-eżiti tat-taħriġ;

(c)

l-aġġornament mil-LVNL tas-sistema ATM tagħha, li hija prevista biex fil-futur tkun tista tittejjeb il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru;

(d)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni mill-MUAC ta’ għodod u funzjonijiet ġodda li jappoġġaw l-operat;

(e)

l-implimentazzjoni mill-MUAC ta’ titjib strutturali fid-disinn u l-użu tal-ispazju tal-ajru;

(f)

il-kostruzzjoni mill-MUAC ta’ binja ġdid ħalli jkollu kamra tal-operat ġdida (kamra OPS) b’uffiċċji u faċilitajiet ta’ appoġġ.

(42)

Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni tal-PRB, il-kostijiet addizzjonali rrapportati min-Netherlands għall-miżuri ta’ kapaċità msemmija fil-premessa (41) huma ferm inqas mil-lat monetarju mid-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha kkalkulati mill-PRB. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ċerti miżuri tal-kapaċità invokati min-Netherlands jistgħu jitqiesu bħala parti mill-operazzjonijiet normali tal-ANSPs ikkonċernati jew jaf ma jikkontribwixxux direttament għat-titjib fil-kapaċità tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż, mingħajr aktar informazzjoni u analiżi dettaljati, jekk il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati min-Netherlands jistgħux jitqiesu, fl-intier tagħhom, meħtieġa u proporzjonati għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għall-RP4. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li d-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (37) u (38) ma jistgħux jiġu attribwiti esklużivament għall-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-miżuri tal-kapaċità ppreżentati.

(43)

Għalhekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqiesx issodisfat fir-rigward tan-Netherlands.

(44)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, in-Netherlands ma ppreżentaw l-ebda miżura tar-ristrutturar li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha skont il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(45)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (36) sa (44), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tan-Netherlands jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri tas-sikurezza

(46)

F’konformità mal-punt 2.1(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC b’rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri tas-sikurezza inklużi f’dak il-pjan.

(47)

Abbażi tar-rieżami msemmi fil-premessa (46), il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC jinkludi miżuri għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza biex fl-2029 jintlaħqu l-miri għall-Unjoni kollha. Iżda l-Kummissjoni tinnota li, minkejja dawk il-miżuri, il-miri intermedji għas-snin 2025 sa 2028 ippreżentati mil-Lussemburgu u min-Netherlands għall-ANALUX u għal-LVNL rispettivament tal-ANSPs, huma baxxi b’mod mhux normali. Miri intermedji baxxi bħal dawn mhumiex iġġustifikati fid-dawl tal-prestazzjoni reali ta’ dawk l-ANSPs fl-RP3 u l-miżuri ppreżentati għall-kisba ta’ dawk il-miri tas-sikurezza għall-RP4.

(48)

Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-Lussemburgu u n-Netherlands jenħtieġ li jindirizzaw is-sejbiet stabbiliti fil-premessa (47) billi jtejbu l-livelli tal-ġestjoni tas-sikurezza mmirati għall-2025 sal-2028 għall-ANALUX u għal-LVNL rispettivament tal-ANSPs, inkluż billi jistabbilixxu miżuri addizzjonali jekk ikun meħtieġ.

Rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri ambjentali

(49)

F’konformità mal-punt 2.1 (a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC b’rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri ambjentali inklużi f’dak il-pjan.

(50)

Abbażi tar-rieżami msemmi fil-premessa (49), il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar jekk il-miżuri ppreżentati mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni ambjentali tal-FABEC humiex adegwati biex dawk il-miri jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod effettiv. Wara li kkunsidrat is-sejbiet tal-PRB, il-Kummissjoni tosserva, b’mod partikolari, li l-miżuri ppreżentati minn Franza fir-rigward tad-“DSNA” tal-ANSP mhumiex biżżejjed biex ikun jista jsir it-titjib immirat fl-effiċjenza tat-titjir fl-RP4.

(51)

Għalhekk, il-Kummissjoni jidhirilha li l-FABEC jenħtieġ li tistabbilixxi miżuri addizzjonali għall-kisba tal-miri ambjentali tagħha għall-RP4, pereżempju, bl-implimentazzjoni effettiva tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi u bl-implimentazzjoni ta’ spazju tal-ajru transfruntier b’rotot ħielsa ma’ Stati Membri ġirien oħrajn.

Rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri tal-kapaċità

(52)

F’konformità mal-punt 2.1(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC b’rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri tal-kapaċità en route inklużi f’dak il-pjan.

(53)

Abbażi tar-rieżami msemmi fil-premessa (52), il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar jekk il-miżuri ppreżentati mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità en route tal-FABEC humiex adegwati biex dawk il-miri jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod effettiv. Wara li kkunsidrat is-sejbiet tal-PRB, il-Kummissjoni tosserva, b’mod partikolari, li l-miżuri ppreżentati mill-Ġermanja fir-rigward tad-“DFS” tal-ANSP mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw b’mod effettiv id-domanda tat-traffiku mistennija fl-RP4.

(54)

Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-FABEC jenħtieġ li tistabbilixxi miżuri addizzjonali għall-kisba tal-miri tal-kapaċità en route tagħha għall-RP4, pereżempju fir-rigward tat-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ ATCOs addizzjonali, użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, u arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

Rieżami tal-miri tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal

(55)

F’konformità mal-punt 2.1 (b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC b’rieżami tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti fir-rigward tal-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri joħolqu tħassib.

(56)

Fir-rigward tal-Belġju, il-Kummissjoni tinnota li l-miri tal-kapaċità fit-terminal proposti għall-RP4 iwasslu għal deterjorament sinifikanti fid-dewmien medju tal-ATFM tal-wasla kull sena meta mqabbel mal-RP3. Fil-fatt, il-miri proposti tal-RP4 huma stabbiliti għal 0,94 minuta għal kull titjira, ħlief għas-sena 2027 li għaliha qed jiġu proposti 2,00 minuti għal kull titjira, filwaqt li l-prestazzjoni reali rreġistrata fl-2024 kienet ta’ 0,28 minuta għal kull titjira. Barra minn hekk, instab li dawk il-miri tal-kapaċità fit-terminal wasslu għal livell ferm agħar tad-dewmien medju tal-ATFM tal-wasla għal kull titjira għall-ajruport ta’ Brussell mil-livell tal-prestazzjoni ta’ ajruporti simili identifikat mill-PRB.

(57)

Fir-rigward tan-Netherlands, il-Kummissjoni tinnota li d-dewmien medju tal-ATFM tal-wasla rreġistrat fl-aħħar tliet snin tal-RP3 kien f’livell għoli, u laħaq it-3,50 minuti għal kull titjira fl-2024. Il-miri tal-kapaċità fit-terminal proposti għall-RP4, għalkemm titjib meta mqabbel mal-RP3, iwasslu għal livell ferm agħar tad-dewmien medju tal-ATFM tal-wasla għal kull titjira għall-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam mil-livell tal-prestazzjoni ta’ ajruporti simili identifikat mill-PRB.

(58)

Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-Belġju u n-Netherlands jenħtieġ li jiġġustifikaw aktar il-miri tal-kapaċità fit-terminal għall-RP4 fid-dawl tal-osservazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (56) u (57), jew jenħtieġ li jirrevedu dawk il-miri ’l isfel.

Rieżami tal-miri tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal

(59)

F’konformità mal-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC b’rieżami tal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti fir-rigward tal-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri joħolqu tħassib.

(60)

Fir-rigward taż-żona tal-imposti fit-terminal tal-Belġju, il-Kummissjoni tinnota li l-miri tal-kosteffiċjenza proposti jwasslu għal xejra tad-DUC ta’ -0,8% tul l-RP4. Iżda nstab li d-DUC medju għall-RP4 għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fl-ajruport ta’ Brussell hu stmat li hu iżjed, b’marġni sinifikanti, mid-DUC medjan tal-ajruporti simili identifikati mill-PRB.

(61)

Fir-rigward taż-żona tal-imposti fit-terminal tal-Ġermanja, il-Kummissjoni tinnota li l-miri tal-kosteffiċjenza proposti jwasslu għal xejra tad-DUC ta’ -0,8% tul l-RP4. Iżda nstab li d-DUC medju għall-RP4 għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fl-ajruporti ta’ Munich, Hamburg, Dusseldorf u Cologne-Bonn hu stmat li hu iżjed, b’marġni sinifikanti, mid-DUC medjan tal-grupp rilevanti ta’ ajruporti simili.

(62)

Fir-rigward taż-żona tal-imposti fit-terminal tan-Netherlands, il-Kummissjoni tinnota li l-miri tal-kosteffiċjenza proposti jwasslu għal xejra deterjoranti tad-DUC ta’ +0,4% tul l-RP4. Barra minn hekk, instab li d-DUC medju għall-RP4 tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fl-ajruport ta’ Amsterdam-Schiphol hu stmat li hu iżjed, b’marġni sinifikanti, mid-DUC medjan tal-grupp rilevanti ta’ ajruporti simili.

(63)

Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-Belġju, il-Ġermanja u n-Netherlands jenħtieġ li jiġġustifikaw aktar il-miri tal-kosteffiċjenza fit-terminal tagħhom għall-RP4 fid-dawl tal-osservazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (60), (61) u (62), jew jenħtieġ li jirrevedu dawk il-miri ’l isfel.

Rieżami tal-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità en route u fit-terminal

(64)

F’konformità mal-punt 2.1(f) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni rrieżaminat l-iskemi ta’ inċentivi inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC ħalli tappoġġa l-kisba tal-miri tal-kapaċità (“skemi ta’ inċentivi tal-kapaċità”). Instab li l-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità għall-RP4 stabbiliti mill-Belġju, minn Franza, mill-Ġermanja, mil-Lussemburgu u min-Netherlands għas-servizzi en route u fit-terminal jagħtu lok għal tħassib.

(65)

Il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ta’ inċentivi tal-kapaċità en route tal-FABEC u l-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità fit-terminal tal-Belġju, ta’ Franza, tal-Ġermanja u tan-Netherlands, kif stabbilit fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, fihom żvantaġġ finanzjarju massimu li jammonta biss għal 0,50% tal-kostijiet determinati. Wara li kkunsidrat il-parir espert tal-PRB, il-Kummissjoni jidhrilha li l-iżvantaġġi finanzjarji massimi ta’ dawk l-iskemi ta’ inċentivi ma jikkonformawx mal-Artikolu 11(3), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, li jeżiġi li dawn l-iskemi ta’ inċentivi jkollhom “impatt materjali fuq id-dħul f’riskju”.

(66)

Għalhekk, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands jenħtieġ li jirrevedu l-iskemi ta’ inċentivi tal-kapaċità msemmija fil-premessa (65) biex l-iżvantaġġi finanzjarji massimi li jinħolqu minħabba dawk l-iskemi ta’ inċentivi jiġu stabbiliti f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju, kif jeżiġi l-Artikolu 11(3), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dik ir-reviżjoni jenħtieġ li twassal għal żvantaġġ finanzjarju massimu li jilħaq jew jaqbeż il-1% tal-kostijiet determinati annwali.

3.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LID-DANIMARKA

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(67)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mid-Danimarka għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tad-Danimarka

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

DKK 466,58

DKK 543,10

DKK 529,76

DKK 521,41

DKK 515,34

DKK 506,93

DKK 500,26

EUR 62,74

EUR 73,02

EUR 71,23

EUR 70,11

EUR 69,29

EUR 68,16

EUR 67,26

(68)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tad-Danimarka fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -1,6% tul l-RP4 tisboq ix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(69)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tad-Danimarka fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +0,8% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% f-istess perjodu.

(70)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 73,02 tad-Danimarka fl-EUR2022 hu 19,9% iżjed mill-valur bażi medju ta’ EUR 60,91 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (f), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(71)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li d-Danimarka ma ppreżentat l-ebda ġustifikazzjoni għad-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (69) u (70) minħabba l-kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità jew tal-kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(d)(i) u (ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqisux issodisfati fir-rigward tad-Danimarka.

(72)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (67) sa (71), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tad-Danimarka jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

4.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LILL-ESTONJA

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(73)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mill-Estonja għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tal-Estonja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 38,12

EUR 54,69

EUR 50,46

EUR 52,95

EUR 54,37

EUR 54,54

EUR 55,69

(74)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Estonja fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +0,4% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(75)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Estonja fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +4,3% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(76)

Iżda l-Kummissjoni tinnota li minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Estonja tilfet sehem sinifikanti mit-titjiriet li jgħaddu minn fuqha li storikament kienet isservi. Tul l-RP4, dak it-tnaqqis fit-traffiku se jissokta jħalli impatt konsiderevoli fuq il-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-ANSP tal-Estonja u, b’mod partikolari, iħalli effett negattiv fuq ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Estonja kkalkulata tul l-RP3 u l-RP4 f’daqqa.

(77)

Għalhekk jeħtieġ u jixraq jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (75), jekk l-Estonja tissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha fin-nuqqas taċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (76).

(78)

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Estonja tul l-RP3 u l-RP4 fid-dawl tat-telf strutturali stmat tat-traffiku għall-Estonja minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, imkejla f’unitajiet ta’ servizz en route. Dak il-kalkolu mill-ġdid jwassal għal aġġustament fix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Estonja ta’ -2,4%, u b’hekk tisboq ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha ta’ -1,0%. Għalhekk, hu konkluż li l-Estonja tissodisfa l-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (75), wara li tqis l-effett tat-tnaqqis sinifikanti fit-traffiku li seħħ minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.

(79)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 54,69 tal-Estonja fl-EUR2022 hu 5,2% iżjed mill-valur bażi medju ta’ EUR 52,00 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (d), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(80)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Estonja ma ppreżentat l-ebda ġustifikazzjoni għad-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (74) u (79) minħabba l-kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità jew tal-kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(d)(i) u (ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqisux issodisfati fir-rigward tal-Estonja.

(81)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (73) sa (80), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tal-Estonja jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

5.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LILL-GREĊJA

Valutazzjoni tal-miri tal-kapaċità

(82)

Il-miri tal-kapaċità en route proposti mill-Greċja għall-RP4, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, u l-valuri referenzjarji korrispondenti mill-Pjan Operattiv tan-Network tat-2 ta’ Lulju 2024, huma kif ġej:

Il-Greċja

2025

2026

2027

2028

2029

Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM en route għal kull titjira

0,69

0,50

0,19

0,16

0,16

Valuri referenzjarji

0,34

0,25

0,19

0,16

0,16

(83)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti mill-Greċja għall-2027, għall-2028 u għall-2029 huma daqs il-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti. Iżda l-miri tal-kapaċità proposti huma ferm iżjed mill-valuri referenzjarji fir-rigward tas-snin 2025 u 2026.

(84)

Il-miżuri għall-kisba tal-miri tal-kapaċità ppreżentati mill-Greċja jinkludu t-taħriġ u r-reklutaġġ mill-ANSP ta’ għadd ġmielu ta’ ATCOs ġodda, li tul l-RP4 ikun jammonta għal żieda ġenerali ta’ 35% fl-għadd ta’ ekwivalenti full time tal-ATCOs fl-operat tal-ACC. Barra minn hekk, l-ANSP jippjana li juża sistema tal-ATM ġdida, itejjeb in-network tar-radar tiegħu, jimplimenta miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru, u jtejjeb il-proċeduri għall-ġestjoni tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru tiegħu.

(85)

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-PRB, il-Kummissjoni tinnota li ċerti miżuri rilevanti għat-titjib fil-kapaċità deskritti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network tat-2 ta’ Lulju 2024 mhumiex inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-Greċja. Dan jista’ jwassal għal diskrepanza fil-kapaċità tul l-RP4, inkluż fl-2025 u fl-2026 li għalihom il-miri tal-kapaċità proposti huma iżjed mill-valuri referenzjarji korrispondenti.

(86)

Fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tagħha, il-Greċja tiddikjara li l-miri tal-kapaċità għas-snin kalendarji 2025 u 2026 ma setgħux jiġu stabbiliti f’konformità mal-valuri referenzjarji inklużi fil-Pjan Operazzjonali tan-Network tat-2 ta’ Lulju 2024 minħabba t-tkabbir aktar ottimist fit-traffiku tal-ajru mbassar fit-tbassir tat-traffiku ta’ STATFOR ta’ Ottubru 2024. Il-Greċja tispjega li l-ANSP ġarrbet dewmien fl-RP3 fl-implimentazzjoni tal-pjan tal-investiment tagħha tal-RP3 u fir-reklutaġġ tal-ATCOs, li wassal għal restrizzjonijiet operazzjonali fil-livell lokali. Il-Greċja tinvoka, b’mod partikolari, il-limitazzjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi ta’ legat li bħalissa qed jintużaw mill-ANSP, li huma ppjanati li jiġu sostitwiti jew modernizzati biss aktar tard tul l-RP4.

(87)

Iżda fid-dawl tal-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni jidhrilha li l-informazzjoni u l-evidenza pprovduti mill-Greċja fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tagħha, inkluż fir-rigward taċ-ċirkostanzi lokali rilevanti, ma jiġġustifikawx id-devjazzjonijiet sinifikanti proposti tal-miri tal-kapaċità għall-025 u għall-2026 mill-valuri referenzjarji korrispondenti. Il-Kummissjoni jidhrilha l-Greċja tista’ tistabbilixxi miżuri addizzjonali biex ittejjeb il-miri tal-kapaċità tagħha għal dawk is-snin ħalli ttaffi l-effetti negattivi tad-dewmien fir-reklutaġġ tal-ATCOs u n-nuqqas ta’ twettiq tal-investimenti ppjanati fl-RP3.

(88)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (82) sa (87), jenħtieġ li l-miri tal-kapaċità tal-Greċja jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(89)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mill-Greċja għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tal-Greċja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 28,84

EUR 25,04

EUR 24,67

EUR 24,01

EUR 24,95

EUR 26,40

EUR 25,72

(90)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Greċja fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +0,5% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(91)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Greċja fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ -1,3% tisboq ix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(92)

Il-Kummissjoni tinnota li l-valur bażi għas-sena 2019 ippreżentat mill-Greċja fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tagħha jinkludi aġġustamenti tal-kostijiet li jammontaw għal EUR 19,5 miljun ta’ kostijiet addizzjonali espressi fl-EUR2022. Skont l-analiżi tal-PRB, dawk l-aġġustamenti ma kinux parti mill-valur bażi tal-2019 stabbilit fil-pjan tal-prestazzjoni tal-Greċja għall-RP3 u ma ġewx iġġustifikati kif xieraq mill-Greċja fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tagħha tal-RP4.

(93)

Għalhekk, jeħtieġ jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (91), jekk il-Greċja tissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha fin-nuqqas tal-aġġustamenti fir-rigward tal-valur bażi tal-2019, imsemmi fil-premessa (92).

(94)

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni reġgħet ikkalkulat ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Greċja tul l-RP3 u l-RP4 billi użat il-valur bażi tal-2019 inkluż fil-pjan tal-prestazzjoni tal-RP3 tal-Greċja, minflok il-valur bażi aġġustat inkluż fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-RP4 tal-Greċja. Dak il-kalkolu mill-ġdid jwassal għal aġġustament fix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Greċja ta’ +0,1%, u b’hekk tkun inqas mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha ta’ -1,0%. Għalhekk ġie konkluż li l-Greċja ma tissodisfax il-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (91).

(95)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi tal-2024 għad-DUC ta’ EUR 25,04 tal-Greċja fl-EUR2022 hu 39,2% inqas mill-valur bażi medju ta’ EUR 41,19 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(96)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja ma ppreżentat l-ebda ġustifikazzjoni għad-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (90) u (91) minħabba l-miżuri għall-kisba tal-miri tal-kapaċità jew tal-miżuri tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(d)(i) u (ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqisux issodisfati fir-rigward tal-Greċja.

(97)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (89) sa (96), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tal-Greċja jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

Rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri ambjentali

(98)

F’konformità mal-punt 2.1(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-Greċja b’rieżami tal-miżuri għall-kisba tal-miri ambjentali inklużi f’dak il-pjan.

(99)

Abbażi tar-rieżami msemmi fil-premessa (98), il-Kummissjoni għandha dubji dwar jekk il-miżuri ppreżentati mill-Greċja għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni ambjentali tagħha humiex adegwati biex il-miri jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod effettiv. Wara li kkunsidrat is-sejbiet tal-PRB, il-Kummissjoni tosserva, b’mod partikolari, li l-Greċja ma impenjatx ruħha fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni li timplimenta diversi miżuri rilevanti stabbiliti fl-ERNIP.

(100)

Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-Greċja jenħtieġ li ttejjeb il-miżuri għall-kisba tal-miri ambjentali tagħha għall-RP4 ippreżentati fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, inkluż billi timpenja ruħha għall-miżuri operazzjonali kollha stabbiliti fl-ERNIP u tħaffef l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru transfruntier b’rotot liberi.

6.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LILL-IRLANDA

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(101)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mill-Irlanda għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tal-Irlanda

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 27,59

EUR 27,29

EUR 28,61

EUR 29,72

EUR 29,75

EUR 29,84

EUR 30,14

(102)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Irlanda fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +2,0% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(103)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Irlanda fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +1,0% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(104)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 27,29 tal-Irlanda fl-EUR2022 hu 4,0% inqas mill-valur bażi medju ta’ EUR 28,43 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(105)

Jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk id-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (102) u (103) jistgħux jitqiesu meħtieġa u proporzjonati f’konformità mal-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk id-devjazzjonijiet osservati mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha u mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (102) u (103) humiex esklużivament dovuti għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità jew għal kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(106)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4 (d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, l-Irlanda tirreferi għall-kostijiet determinati addizzjonali mġarrba tul l-RP4 mill-ANSP AirNav Ireland fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità lokali (“miżuri tal-kapaċità”). Il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati jinkludu l-elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

it-taħriġ u l-ingaġġ ta’ ATCOs addizzjonali fl-operat ħalli tiġi indirizzata ż-żieda mistennija fit-traffiku tul l-RP4;

(b)

l-ingaġġ ta’ persunal addizzjonali fl-elettronika għas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru biex jgħin fit-twettiq ta’ proġetti tal-investiment kapitali, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ppjanata ta’ sistema ġdida tal-ATM tul l-RP4;

(c)

l-ingaġġ ta’ persunal addizzjonali ta’ appoġġ ġenerali biex l-ATCOs ma jibqgħux jagħmlu kompiti mhux operazzjonali u tiżdied il-produttività tal-ATCO;

(d)

l-akkwist u l-użu ta’ sistema ġdida tal-ATM, li se tipprovdi titjib funzjonali u tekniku sinifikanti; l-ATM il-ġdida se tissostitwixxi s-sistema attwali tal-ATM ta’ AirNav Ireland, li ilha tintuża 17-il sena; b’rabta mas-sistema l-ġdida tal-ATM, AirNav Ireland qed tippjana wkoll li timplimenta sistema ġdida tal-ATM ta’ kontinġenza, u li testendi l-binja tal-ACC tagħha biex ikollha faċilitajiet għall-provi u l-ittestjar tas-sistema l-ġdida tal-ATM;

(e)

it-titjib fl-infrastruttura tar-radar użata, b’mod partikolari billi jinbidlu komponenti tekniċi li waslu fi tmiem ħajjithom;

(f)

l-akkwist ta’ tagħmir u għodod biex tiġi appoġġata r-reżiljenza tal-operazzjonijiet.

(107)

Wara li titqies l-evalwazzjoni tal-PRB, il-kostijiet addizzjonali rrapportati mill-Irlanda għall-miżuri tal-kapaċità msemmija fil-premessa (106) ikopru mil-lat monetarju d-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha kkalkulati mill-PRB. Iżda skont il-PRB, l-Irlanda m’għandhiex diffikultajiet kbar relatati mal-kapaċità li r-riżoluzzjoni tagħhom tkun teħtieġ kostijiet addizzjonali sinifikanti fl-RP4.

(108)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ċerti miżuri tal-kapaċità invokati mill-Irlanda jistgħu jitqiesu bħala parti mill-operazzjonijiet normali tal-ANSPs ikkonċernati jew jaf ma jikkontribwixxux direttament għat-titjib fil-kapaċità tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż, mingħajr aktar informazzjoni u analiżi dettaljati, jekk il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati mill-Irlanda jistgħux jitqiesu, fl-intier tagħhom, meħtieġa u proporzjonati għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għall-RP4.

(109)

Għalhekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqiesx issodisfat fir-rigward tal-Irlanda.

(110)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, l-Irlanda ma ppreżentat l-ebda miżura tar-ristrutturar li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha skont il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(111)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (101) sa (110), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tal-Irlanda jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

7.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LIL-LATVJA

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(112)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mil-Latvja għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tal-Latvja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 28,57

EUR 37,97

EUR 48,73

EUR 53,56

EUR 57,79

EUR 61,14

EUR 63,75

(113)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Latvja fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +10,9% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(114)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Latvja fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +9,3% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(115)

Iżda l-Kummissjoni tinnota li minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Latvja tilfet sehem sinifikanti mit-titjiriet li jgħaddu minn fuqha li storikament kienet isservi. Tul l-RP4, dak it-tnaqqis fit-traffiku se jissokta jħalli impatt konsiderevoli fuq il-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-ANSP tal-Latvja u jħalli effett negattiv, b’mod partikolari, fuq ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Latvja kkalkulata tul l-RP3 u l-RP4 f’daqqa.

(116)

Għalhekk jeħtieġ u jixraq jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (114), jekk il-Latvja tissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha fin-nuqqas taċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (115).

(117)

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Latvja tul l-RP3 u l-RP4 fid-dawl tat-telf strutturali stmat tat-traffiku għal-Latvja minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, imkejla f’unitajiet ta’ servizz en route. Dak il-kalkolu mill-ġdid jwassal għal aġġustament fix-xejra fit-tul tad-DUC għal-Latvja ta’ +1,3%, u b’hekk tibqa’ iżjed mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha ta’ -1,0%. Għalhekk, hu konkluż li l-Latvja ma tissodisfax il-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (114), anki wara li tqis l-effett tat-tnaqqis sinifikanti tat-traffiku li seħħ minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.

(118)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 37,97 tal-Latvja fl-EUR2022 hu 32,4% inqas mill-valur bażi medju ta’ EUR 56,17 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (d), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(119)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Latvja ma ppreżentat l-ebda ġustifikazzjoni għad-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (113) sa (117) minħabba l-kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità jew tal-kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-punti 1.4(d)(i) u (ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqisux issodisfati fir-rigward tal-Latvja.

(120)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (112) sa (119), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tal-Latvja jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

8.   SEJBIET LI JIKKONĊERNAW LIS-SLOVAKKJA

Valutazzjoni tal-miri tal-kosteffiċjenza

(121)

Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mis-Slovakkja għall-RP4, u l-valuri bażi relatati, huma kif ġej:

Iż-żona tal-imposti en route tas-Slovakkja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 56,20

EUR 60,11

EUR 62,58

EUR 61,85

EUR 61,12

EUR 59,71

EUR 58,34

(122)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tas-Slovakkja fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -0,6% tul l-RP4 hi inqas mix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ -1,2% fl-istess perjodu.

(123)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tas-Slovakkja fil-livell taż-żona tal-imposti tul l-RP3 u l-RP4 ta’ +0,4% hi inqas mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0% fl-istess perjodu.

(124)

Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 60,11 tas-Slovakkja fl-EUR2022 hu 70,0% iżjed mill-valur bażi medju ta’ EUR 35,35 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(125)

Jeħtieġ jiġi eżaminat jekk id-devjazzjonijiet imsemmija fil-premessi (122) sa (124) jistgħux jitqiesu meħtieġa u proporzjonati f’konformità mal-punt 1.4(d) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk id-devjazzjonijiet osservati mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha u mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (122) u (123) humiex esklużivament dovuti għal kostijiet determinati addizzjonali relatati mal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità jew għal kostijiet tar-ristrutturar skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(126)

Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, is-Slovakkja tirreferi għall-kostijiet determinati addizzjonali mġarrba tul l-RP4 mil-LPS tal-ANSP fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità lokali (“miżuri tal-kapaċità”). Il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati jinkludu l-elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

it-taħriġ u l-ingaġġ ta’ ATCOs addizzjonali fl-operat ħalli tiġi indirizzata ż-żieda mistennija fit-traffiku tul l-RP4; dan hu ppjanat li tul l-RP4 iwassal għal żieda ġenerali ta’ aktar minn 10% fl-għadd ta’ ATCOs fl-operat tal-ACC ta’ Bratislava;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida tal-ATM, li hija prevista biex fil-futur tkun tista tittejjeb il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru;

(c)

il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura u tal-binja biex tissaħħaħ ir-reżiljenza operazzjonali.

(127)

Wara li kkunsidrat l-evalwazzjoni tal-PRB, il-kostijiet addizzjonali rrapportati mis-Slovakkja għall-miżuri tal-kapaċità msemmija fil-premessa (126) huma ferm inqas mil-lat monetarju mid-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha kkalkulati mill-PRB. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ċerti miżuri tal-kapaċità invokati mis-Slovakkja jistgħu jitqiesu bħala parti mill-operazzjonijiet normali tal-ANSPs ikkonċernati jew jaf ma jikkontribwixxux direttament għat-titjib fil-kapaċità tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż, mingħajr aktar informazzjoni u analiżi dettaljati, jekk il-miżuri tal-kapaċità ppreżentati mis-Slovakkja jistgħux jitqiesu, fl-intier tagħhom, meħtieġa u proporzjonati għall-kisba tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għall-RP4. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li d-devjazzjonijiet osservati mix-xejriet tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha msemmija fil-premessi (122) u (123) ma jistgħux jiġu attribwiti esklużivament għall-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-miżuri tal-kapaċità ppreżentati.

(128)

Għalhekk, il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(i) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jenħtieġ li ma jitqiesx issodisfat fir-rigward tas-Slovakkja.

(129)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, is-Slovakkja ma ppreżentat l-ebda miżura tar-ristrutturar li tiġġustifika devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew mix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha skont il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(d)(ii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(130)

Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (121) sa (129), il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route tas-Slovakkja jenħtieġ li jitqiesu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

9.   KONKLUŻJONIJIET

(131)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, ċerti miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands, u ċerti miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjanijiet tal-prestazzjoni ppreżentati mid-Danimarka, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, mil-Latvja u mis-Slovakkja, jenħtieġ li ma jitqisux konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

(132)

F’konformità mal-Artikolu 14(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istati Membri kkonċernati jridu jippreżentaw l-abbozzi riveduti tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, filwaqt li jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri tal-prestazzjoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li huma inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sottomess mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands, u fl-abbozz tal-pjanijiet tal-prestazzjoni nazzjonali sottomess mid-Danimarka, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, mil-Latvja u mis-Slovakkja, huma inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju (“RP4”) stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

Artikolu 2

Il-Greċja għandha tirrevedi l-miri tal-kapaċità en route tagħha għall-2025 u l-2026, espressi bħala l-minuti tad-dewmien medju tal-ATFM en route għal kull titjira, biex tagħmilhom konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

Jekk il-Pjan Operazzjonali tan-Network tat-2 ta’ Lulju 2024 imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 ikun jirrakkomanda xi miżuri addizzjonali speċifiċi biex titjieb il-prestazzjoni tal-kapaċità, wara ir-reviżjoni tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jitqiesu dawk il-miżuri.

Artikolu 3

Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, u s-Slovakkja għandhom jirrevedu ’l isfel il-miri tal-kosteffiċjenza stabbiliti għaż-żoni tal-imposti en route tagħhom, espressi bħala kost unitarju determinat (DUC).

Meta jirrevedu l-miri tal-kosteffiċjenza tagħhom, dawk l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li l-miri riveduti tal-kosteffiċjenza jkunu konsistenti max-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha u anki max-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha, imsemmija, rispettivament, fil-punt 1.4(a) u (b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;

(b)

inaqqsu l-livell tal-kostijiet determinati kif xieraq, b’mod partikolari fir-rigward tas-sena kalendarja 2029;

(c)

jużaw l-aktar tbassir tat-traffiku riċenti, espress f’unitajiet ta’ servizz, f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;

B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-punt (a), meta l-valur bażi taż-żona tal-imposti en route rilevanti jkun jissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-miri riveduti tal-kosteffiċjenza jkunu konsistenti mqar max-xejra tad-DUC għall-Unjoni kollha jew max-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha.

Meta Stat Membru, fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tiegħu li jrid jissottometti f’konformità mal-Artikolu 14(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, jinvoka devjazzjoni skont il-punt 1.4(d) tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dan għandu jiżgura li dik id-devjazzjoni tkun sostanzjata b’informazzjoni u ġustifikazzjonijiet adegwati. B’mod partikolari, l-Istat Membru kkonċernat għandu juri li kwalunkwe miżura invokata biex tiġġustifika devjazzjoni mill-miri tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha tkun relatata biss ma’ riżorsi operazzjonali jew kapaċitajiet tekniċi addizzjonali meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-kapaċità.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Latvja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tan-Netherlands, u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Apostolos TZITZIKOSTAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għar-raba’ perjodu referenzjarju mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029 (ĠU L, 2024/1688, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1688/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM, Air Traffic Management) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/123/oj).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2004/550/oj).

(7)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/309(2)/oj.

(8)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2025) 2923 tas-16.5.2025 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentat mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju.

(9)  Il-Kummissjoni sabet li l-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għaż-żona tal-imposti en route ta’ Franza, inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-restazzjoni tal-FABEC huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni korrispondenti għall-Unjoni kollha għall-RP4. Għalhekk, f’din id-Deċiżjoni ma ssemmi l-ebda sejba relatata.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10-38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/116/oj).


ANNESS

Miri tal-prestazzjoni li nstabu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju

1.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAL-FABEC IPPREŻENTAT MILL-BELĠJU, MILL-ĠERMANJA, MINN FRANZA, MIL-LUSSEMBURGU U MIN-NETHERLANDS

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tal-Belġju u tal-Lussemburgu

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 94,14

EUR 104,26

EUR 104,94

EUR 106,08

EUR 106,14

EUR 104,43

EUR 103,83


Żona tal-imposti en route tal-Ġermanja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 71,71

EUR 74,90

EUR 73,16

EUR 73,06

EUR 73,10

EUR 71,87

EUR 70,54


Żona tal-imposti en route tan-Netherlands

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 86,52

EUR 104,60

EUR 103,51

EUR 103,61

EUR 106,50

EUR 106,28

EUR 105,95

2.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAD-DANIMARKA

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tad-Danimarka

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

DKK 466,58

DKK 543,10

DKK 529,76

DKK 521,41

DKK 515,34

DKK 506,93

DKK 500,26

EUR 62,74

EUR 73,02

EUR 71,23

EUR 70,11

EUR 69,29

EUR 68,16

EUR 67,26

3.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAL-ESTONJA

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tal-Estonja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 38,12

EUR 54,69

EUR 50,46

EUR 52,95

EUR 54,37

EUR 54,54

EUR 55,69

4.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAL-GREĊJA

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Il-Greċja

2025

2026

2027

2028

2029

Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti tad-dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira

0,69

0,50

0,19

0,16

0,16

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tal-Greċja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 28,84

EUR 25,04

EUR 24,67

EUR 24,01

EUR 24,95

EUR 26,40

EUR 25,72

5.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAL-IRLANDA

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tal-Irlanda

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 27,59

EUR 27,29

EUR 28,61

EUR 29,72

EUR 29,75

EUR 29,84

EUR 30,14

6.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAL-LATVJA

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tal-Latvja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 28,57

EUR 37,97

EUR 48,73

EUR 53,56

EUR 57,79

EUR 61,14

EUR 63,75

7.   MIRI INKLUŻI FL-ABBOZZ TAL-PJAN TAL-PRESTAZZJONI TAS-SLOVAKKJA

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tas-Slovakkja

Valur bażi tal-2019

Valur bażi tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

Miri u valuri bażi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju determinat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022)

EUR 56,20

EUR 60,11

EUR 62,58

EUR 61,85

EUR 61,12

EUR 59,71

EUR 58,34


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1040/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)