<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑135/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TJ0135</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:596">EU:T:2012:596</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20121114">14.11.2012</DATE> – KAWŻA T-135/09</P><P>NEXANS FRANCE U NEXANS vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Atti adottati matul spezzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri intermedjarji</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tordna spezzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-ħajja privata</KEYWORD><KEYWORD>Indizji suffiċjentement serji</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-135/09,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nexans France SAS,</HT> stabbilita f’Pariġi (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Nexans SA,</HT> stabbilita f’Pariġi,</P><P>irrappreżentati minn M. Powell, solicitor, J.-P. Tran Thiet, avukat, u G. Forwood, barrister,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> inizjalment irrappreżentata minn X. Lewis u N. von Lingen, sussegwentement minn N. von Lingen u V. Di Bucci, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, l-ewwel nett, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 92/1, tad-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE>, li tordna lil Nexans SA u lis-sussidjarja tagħha Nexans France SAS tissuġġetta ruħha għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08 Vol. 02 p. 205) (Każ COMP/39.610); it-tieni nett, talba sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara illegali d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni f’din l-ispezzjoni li tikkopja kollu kemm hu l-kontenut ta’ ċerti fajls informatiċi sabiex jiġu eżaminati fl-uffiċċji tagħha; it-tielet nett, talba għal annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li impjegat ta’ Nexans France jiġi interrogat waqt l-ispezzjoni u, ir-raba’ nett, talba sabiex il-Qorti Ġenerali tordna ċerti miżuri fir-rigward tal-Kummissjoni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. Truchot, President, M. E. Martins Ribeiro u H. Kanninen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Weychert, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20111019">19 ta’ Ottubru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Nexans SA u s-sussidjarja 100 % tagħha Nexans France SAS, huma żewġ kumpanniji Franċiżi li jeżerċitaw l-attività tagħhom fis-settur tal-kejbils tal-elettriku.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C (2009) 92/1, tad-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ordnat lil Nexans u lill-impriżi kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża Nexans France, jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08 Vol. 02 p. 205) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni jipprovdi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Nexans […], kif ukoll l-impriżi kollha, direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża Nexans France […] bil-preżenti għandha l-obbligi li tissuġġetta ruħha għal spezzjoni dwar il-parteċipazzjoni eventwali [tagħha] (tagħhom) fi ftehimiet antikompetittivi u/jew prattiki miftiehma li jmorru kontra l-Artikolu 81 [KE …] fir-rigward tal-provvista ta’ kejbils tal-elettriku u ta’ materjal relatat inklużi, fost l-oħrajn, il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u, f’ċerti każijiet, il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art, li jinkludu s-sottomissjoni ta’ offerti miftiehma fil-kuntest ta’ kuntratti pubbliċi, l-għoti ta’ klijenti, kif ukoll l-iskambju illegali ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-provvista ta’ dawn il-prodotti.</P><P>L-ispezzjoni tista’ seħħ fil-postijiet kollha kkontrollati mill-impriża […]</P><P>Nexans […] kif ukoll l-impriżi kollha, direttament jew indirettament ikkontrollati minnha (minnhom), inkluża Nexans France […] tawtorizza lill-uffiċjali u persuni oħra mqabbda mill-Kummissjoni [sabiex] jipproċedu bi spezzjoni u lill-uffiċjali u persuni oħra mqabbda mill-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru [sabiex] jgħinuhom jew imqabbda minn din tal-aħħar għal dan il-għan, sabiex jaċċedu għall-postijiet tan-negozju u għall-mezzi ta’ trasport kollha tagħha fil-ħinijiet normali tax-xogħol. Hija tissuġġetta għal spezzjoni l-kotba kif ukoll kull dokument professjonali ieħor, ikun xi jkun il-mezz li fuqu jinsab, jekk l-uffiċjali u l-persuni oħra mqabbda jressqu talba għal dan il-għan u tippermettilhom jeżaminawhom fuq il-post u li jieħdu jew jiksbu taħt kwalunkwe forma li tkun, kopja jew estratt ta’ dawn il-kotba jew dokumenti. Hija tawtorizza t-twaħħil ta’ siġilli fil-positijiet kummerċjali u fuq il-kotba jew dokumenti kollha matul l-ispezzjoni u sa fejn dan huwa neċessarju għall-finijiet ta’ dan. Hija tagħti immedjatament fuq il-post tan-negozju spjegazzjonijiet orali fuq is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni jekk dawn l-uffiċjali jew persuni jagħmlu talba għal dan il-għan u tawtorizza kull rappreżentant jew membru tal-personal jagħti spjegazzjonijiet bħal dawn. Hija tawtorizza r-reġistrazzjoni ta’ dawn l-ispjegazzjonijiet fi kwalunkwe forma tkun xi tkun.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, il-Kummissjoni tippreċiża li l-ispezzjoni tista’ tibda fit-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>. Fl-Artikolu 3 tal-imsemmija deċiżjoni, hija tindika li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-impriża li tagħha hija d-destinatarja immedjatament qabel l-ispezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta’ spezzjoni hija mmotivata hekk kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni fis-sens li l-fornituri ta’ kejbils tal-elettriku, inkluż fosthom impriżi li għalihom kienet indirizzata din id-deċiżjoni, jipparteċipaw jew kienu pparteċipaw fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li jirrigwardaw il-provvista ta’ kejbils tal-elettriku u ta’ materjal relatat inklużi, fost l-oħrajn, il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u, f’ċerti każijiet, il-kejbils<?PAGE NO="3"?> tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art, li jinkludu s-sottomissjoni ta’ offerti miftiehma fil-kuntest ta’ kuntratti pubbliċi, l-għoti ta’ klijenti, kif ukoll l-iskambju illegali ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-provvista ta’ dawn il-prodotti.</P><P>[…]</P><P>Skont l-informazzjoni riċevuta mill-Kummissjoni, [dawn] il-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma […], li ilhom jeżistu mill-inqas mill-2001 għadhom jeżistu sal-ġurnata tal-lum. [Huma] għandhom probabbilment portata mondjali.</P><P>Jekk jiġi stabbilit li dawn l-allegazzjonijiet huma fondati, il-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma deskritti iktar ’il fuq jammontaw għal ksur gravi ħafna tal-Artikolu 81 [KE].</P><P>Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika l-fatti kollha li jirrigwardaw il-ftehimiet u l-prattiki miftiehma preżunti u l-kuntest li fih huma seħħew, huwa neċessarju li jsiru spezzjonijiet skont l-Artikolu 20 tar-Regolament […] Nru 1/2003.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Erbgħa <DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, spetturi tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ispetturi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), akkumpanjati minn rappreżentanti tal-Awtorità tal-kompetizzjoni (Franza), marru fil-bini ta’ Nexans France sabiex jagħmlu spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ispezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Id-deċiżjoni ta’ spezzjoni ġiet ikkomunikata lill-impriża, li poġġiet għad-dispożizzjoni tal-ispetturi sala tar-rijunjoni. Avukat mqabbad mir-rikorrenti assista lil dawn fil-passi kollha li jirrigwardaw l-ispezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ispetturi esprimew ix-xewqa tagħhom li jeżaminaw id-dokumenti kif ukoll il-kompjuters ta’ xi impjegati ta’ Nexans France, jiġifieri s-Sur A ([<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Data kunfidenzjali moħbija.</P></NOTE> – dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Tensjoni għolja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), is-Sur B ([<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] – dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Tensjoni għolja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u s-Sur C ([<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] tat-taqsima kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Tensjoni għolja terrestri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). L-ispetturi ġew informati li s-Sur C kien qed jivvjaġġa, bil-kompjuter tiegħu, u li kien ser jirritorna l-Ġimgħa <DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ispetturi l-ewwel nett eżaminaw dokumenti kartaċi fl-uffiċċji tas-Sinjuri A, B u C, kif ukoll fl-uffiċċju tal-assistent komuni tagħhom. Barra minn hekk, huma ħadu kopji-imaġni tal-ħard disks tal-kompjuters tas-Sinjuri A, B u D ([<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] – dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Tensjoni għolja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Sabiex tkun tista’ twettaq riċerka permezz tal-kliem prinċipali fl-informazzjoni kontenuta f’dawn il-kompjuters, huma użaw softwer li elenka din l-informazzjoni matul il-lejl.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>It-tieni jum ta’ spezzjoni, jiġiferi l-Ħamis <DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi eżaminaw numru ta’ dokumenti misjuba fl-uffiċċji tas-Sinjuri C u E ([<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] – dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Tensjoni għolja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) kif ukoll il-posta elettronika tas-Sinjuri A, B u E u l-kopji-imaġni tal-ħard disks tal-kompjuters tas-Sinjuri A, B u D.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Is-Sur B informa lill-ispetturi li kellu jiltaqa’ mas-Sur C fid-<DATE ISO="20090629">29 ta’ Ġunju 2009</DATE> filgħaxija. Huwa ppropona li jieħu l-kompjuter tas-Sur C u li jieħdu fil-bini ta’ Nexans France l-għada filgħodu, kif fil-fatt għamel.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tielet jum ta’ spezzjoni, il-Ġimgħa <DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi infurmaw lir-rikorrenti li huma xtaqu jitolbu spjegazzjonijiet lis-Sur C dwar ċerti dokumenti, b’mod partikolari dwar posta elettronika misjuba prinċipalment fil-kompjuter tas-Sur A, fejn is-Sur C kien kemm id-destinatarju, kif ukoll il-persuna li bagħtet l-posta elettronika, kif ukoll destinatarju bħala kopja konformi. Wara nofs inhar,<?PAGE NO="4"?> is-Sur C, akkumpanjat minn żewġ avukati tar-rikorrenti, irrisponda għad-domandi tal-ispetturi. Dawn id-domandi, kif ukoll ir-risposti tagħhom, ġew ikkonsenjati f’anness għall-minuti tal-ispezzjoni, li ġew iffirmati mir-rappreżentanti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-jum tal-Ġimgħa <DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi eżaminaw il-kontenut tal-ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C u sabu numru ta’ fajls, dokumenti u posta elettronika, fl-opinjoni tagħhom rilevanti għall-investigazzjoni, li kienu ġew imħassra bejn minn meta bdiet l-ispezzjoni u t-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>. Huma kkupjaw żewġ ġabriet ta’ posta elettronika fuq żewġ biċċiet tagħmir li jirrekordja d-data (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>TJD<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Huma kkupjaw ukoll ġabra ta’ posta elettronika misjuba fil-kompjuter tas-Sur A fuq żewġ TJD. Dawn l-erba’ TJD tpoġġew fl-envelops u ġew sussegwentement issiġillati u ffirmati minn rappreżentant tar-rikorrenti. L-ispetturi ddeċidew li jieħdu dawn l-envelops fl-uffiċċji tal-Kummissjoni f’Brussell (il-Belġju). Il-kompjuter tas-Sur C kif ukoll TJD misjub fl-uffiċċju tiegħu tpoġġew f’armarju, li ġew issiġillati mill-ispetturi. Il-ħard disks tal-kompjuters tal-Kummissjoni użati għall-finijiet ta’ riċerka, imbagħad ġew imħassra. Fl-aħħar nett, l-ispetturi infurmaw lir-rikorrenti li huma kienu ser jinfurmawhom dwar id-data meta kienet ser iseħħ l-ispezzjoni. Ir-rikorrenti indikaw li huma kienu jippreferu li l-ispezzjoni eventwali tal-ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C isseħħ fil-bini ta’ Nexans France, u mhux fl-uffiċċji tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ispetturi rritornaw fil-bini ta’ Nexans France fit-Tlieta, <DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>. Huma fetħu l-armarju ssiġillat li kien jikkontjeni t-TJD misjub fl-uffiċċju tas-Sur C kif ukoll il-kompjuter ta’ dan. Huma spezzjonaw fuq il-post it-TJD, stampaw u salvaw żewġ dokumenti estratti mit-TJD u taw dan lir-rappreżentanti tar-rikorrenti. Barra minn hekk huma għamlu tliet kopji-imaġni tal-ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C fuq tliet TJD. L-ispetturi taw wieħed mit-tliet TJD lir-rappreżentanti tar-rikorrenti fuq talba ta’ dawn u poġġew it-tnejn l-oħra f’envelops issiġillati li ħadu lura Brussell wara li kkunsidraw il-fatt li r-rikorrenti kkontestaw il-leġittimità ta’ dawn il-proċeduri. L-ispetturi indikaw li l-envelops issiġillati kienu jkunu biss miftuħa fil-bini tal-Kummissjoni fil-preżenza tar-rappreżentanti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, l-envelops issiġillati fil-bini ta’ Nexans France li jikkontjenu TJD infetħu fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fil-preżenza tal-avukati tar-rikorrenti. Id-dokumenti kontenuti fit-TJD ġew eżaminati u l-ispetturi stampaw fuq il-karta dak li kienu kkunsidraw rilevanti għall-investigazzjoni. It-tieni kopja kartaċja ta’ dawn id-dokumenti kif ukoll lista ta’ dawn ingħataw lill-avukati tar-rikorrenti. Dan il-proċess seħħ fil-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>. L-uffiċċju li fih id-dokumenti u t-TJD ġew eżaminati ġew issiġġillati fl-aħħar ta’ kull ġurnata ta’ xogħol, fil-preżenza tal-avukati tar-rikorrenti, u miftuħa l-għada, dejjem fil-preżenza tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi kien hemm tibdil fil-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tmien Awla, u għalhekk din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20110114">14 ta’ Jannar 2011</DATE>, ir-rikorrenti talbu li jiddaħlu fl-atti żewġ sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li ġew deċiżi wara l-preżentata tar-replika li huma rilevanti għall-eżami tal-ammissibbiltà tar-rikors (Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi tal-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Primagaz c. France, Rikors Nru 29613/08, u Société Canal Plus c. France, Rikors Nru 29408/08), ħaġa li ġiet aċċettata permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20110126">26 ta’ Jannar 2011</DATE>. Il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Kummissjoni tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq dawn is-sentenzi, ħaġa li għamlet fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali, ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, fl-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Qorti Ġenerali għamlet xi mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissjoni u talbitha tippreżenta kopja ta’ dokument tal-Kummissjoni msemmi mir-rikorrenti fin-noti tagħhom u intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Nota ta’ spjegazzjoni fuq l-awtorizzazzjoni li titwettaq spezzjoni b’implimentazzjoni ta’ deċiżjoni meħuda bis-saħħa tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Il-Kummissjoni osservat din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20111019">19 ta’ Ottubru 2011</DATE>. Fit-tmiem tas-seduta, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma tagħlaqx il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, ir-rikorrenti kkomunikaw lill-Qorti Ġenerali informazzjoni ta’ tip fattwali dwar l-osservazzjonijiet li huma kienu ppreżentaw fis-seduta. Il-Qorti Ġenerali daħħlet fil-proċess din l-ittra permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20111116">16 ta’ Novembru 2011</DATE> u stiednet lill-Kummissjoni tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward, ħaġa li għamlet fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’digriet tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-Qorti Ġenerali ordnat lill-Kummissjoni tippreżenta ċerti dokumenti fil-kuntest tal-miżuri ta’ struzzjoni previsti fl-Artikolu 65 tar-Regoli tal-Proċedura u stabbilixxiet il-metodi tal-konsultazzjoni tagħhom mir-rikorrenti. Il-Kummissjoni osservat din il-miżura istruttorja fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, fil-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-Qorti Ġenerali għamlet domanda bil-miktub lill-Kummissjoni u stednietha tippreżenta traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża ta’ ċerti partijiet ta’ żewġ dokumenti li hija kienet forniet minn qabel. Il-Kummissjoni osservat din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, ir-rikorrenti kkonsultaw id-dokumenti previsti fil-punt 21 iktar ’il fuq fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali. Fit-<DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, huma ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq dawn id-dokumenti. Fis-<DATE ISO="20120326">26 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-proċedura orali ngħalqet fit-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20121001">1 ta’ Ottubru 2012</DATE>, din reġgħet infetħet. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, fit-<DATE ISO="20121002">2 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Qorti Ġenerali għamlet domanda bil-miktub lill-Kummissjoni, li osservat din it-talba fit-terminu stabbilit. Il-proċedura orali sussegwentement ingħalqet fit-<DATE ISO="20121022">22 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tieħu kopji ta’ ċerti fajls informatiċi u tal-ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C għal stħarriġ ulterjuri fl-uffiċċji tagħha f’Brussell;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterroga lis-Sur C;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Kummissjoni li tagħti lil Nexans France id-dokumenti kollha jew provi li hija kienet kisbet bis-saħħa tad-deċiżjonijiet imsemmija, inkluż fosthom, u mingħajr limitazzjoni, id-dokumenti li ma jaqgħux fil-qafas tal-ispezzjoni, id-dokumenti dwar il-proġetti tal-kejbil tal-elettriku barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), id-dokumenti meħuda b’mod irregolari u meħuda f’Brussell u l-evidenza miġbura fuq il-bażi ta’ interrogatorji tas-Sur C;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>tordna lill-Kummissjoni tastjeni milli tuża kull dokument jew prova li hija setgħet tikseb bis-saħħa tad-deċiżjonijiet annullati għall-finijiet tas-sejba ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tordona lill-Kummissjoni tastjeni milli tagħti dawn id-dokumenti jew provi (jew id-dokumenti jew informazzjoni riżultanti) lil awtoritajiet oħra ta’ kompetizzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tordna kull miżura oħra ġuridikament meħtieġa;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara inammissibbli l-opinjoni ġuridikament prodotta mir-rikorrenti fl-anness għar-replika insostenn tal-argumenti tagħhom dwar l-ammissibbiltà ta’ wħud mill-kapijiet tat-talbiet tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-tieni u seba’ kap tat-talbiet tar-rikorrenti bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-kawża.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-ewwel tliet kapijiet ta’ talbiet ippreżentati mir-rikorrenti jammontaw għal tliet talbiet ta’ annullament li kull wieħed għandu bħala għan att meħud mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ spezzjoni jew fl-okkażjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel minn tliet atti kkontestati mir-rikorrenti hija d-deċiżjoni ta’ spezzjoni. It-tieni u t-tielet atti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>atti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) kienu ttieħdu fir-rigward tagħhom mill-ispetturi matul l-ispezzjoni. Fir-rigward, rispettivament, tad-deċiżjoni li jsiru l-kopji-imaġni ta’ bosta fajls informatiċi u tal-ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C sabiex jiġu eżaminati sussegwentement fl-uffiċċji tal-Kummissjoni , kif ukoll tad-deċiżjoni li jiġi interrogat is-Sur C.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-raba’ sas-seba’ kapijiet ta’ talbiet ippreżentati mir-rikorrenti huma talbiet sabiex il-Qorti Ġenerali tordna miżuri fir-rigward tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà, il-Kummissjoni sostniet l-ewwel nett, li l-atti kontenzjużi ma humiex atti kkontestabbli, u li l-kapijiet ta’ talbiet tar-rikorrenti li għandhom l-għan li jiksbu l-annullament ta’ dawn l-atti huma inammissibbli. Barra minn hekk, hija ssostni li l-kapijiet ta’ talbiet li permezz tagħhom ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali tindirizzalhom ordnijiet huma wkoll inammissibbli. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali għandha tiddikjara inammissibbli l-opinjoni legali li r-rikorrenti annettew mar-replika (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>opinjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), insostenn tal-argumenti tagħhom dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, il-Kummissjoni ssostni li l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti insostenn tat-talbiet tagħhom ta’ annullament għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandha tiġi eżaminata l-ewwel nett, it-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, li l-ammissibbiltà tagħha ma hijiex ikkontestata, u barra minn hekk, l-ammissibbiltà tal-opinjoni kontenzjuża u dik tat-talbiet għal annullament tal-atti kontenzjużi u, fl-aħħar nett, il-kapijiet ta’ talbiet bil-għan li l-Qorti Ġenerali tordna miżuri fir-rigward tal-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom, ir-rikorrenti qajmu essenzjalment, motiv uniku insostenn tat-talba tagħhom għal annullament tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4), tar-Regolament Nru 1/2003 u tad-drittijiet fundamentali, jiġifieri d-drittijiet tad-difiża, id-dritt għal smigħ xieraq, id-dritt li ma tikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni proprja tagħhom, għall-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet, ibbażati, minn naħa, fuq natura eċċessivament estiża u vaga tal-firxa ta’ prodotti kkonċernati mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni u, min-naħa l-oħra, mill-portata ġeografika eċċessivament wiesgħa ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq natura eċċessivament estiża u vaga tal-firxa ta’ prodotti kkonċernati mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-argumenti esposti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-parti jistgħu jiġu mifhuma f’dan is-sens li, fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni, il-Kummissjoni ma tkunx iddelimitat b’mod suffiċjenti s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni. Għal dan il-għan, huma jippreżentaw żewġ ilmenti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment tagħhom, ir-rikorrenti jakkużaw essenzjalment lill-Kummissjoni b’nuqqas ta’ preċiżjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dan in-nuqqas ta’ preċiżjoni poġġa lir-rikorrenti f’pożizzjoni impossibbli li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u li jiddistingwu d-dokumenti li l-Kummissjoni kellha l-fakoltà li tikkonsulta u li tikkopja dokumenti oħra fil-pussess ta’ Nexans France u li għalihom huma ma kellhomx jittolleraw tali interferenza fl-isfera tagħhom ta’ attività. Il-Kummissjoni b’hekk setgħet twettaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>spedizzjoni esploratorju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u tfittex fil-bini ta’ din l-impriża dokumenti u informazzjoni użati sabiex jiġu misjuba ksur eventwali tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet kollha tar-rikorrenti u mhux fil-kuntest biss tas-settur kopert mill-investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kellha biss informazzjoni dettaljata li wasslitha tissuspetta l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-settur tal-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma, li ġiet ikkonfermata mill-aġir tal-ispetturi fl-ispezzjoni kif ukoll minn stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għall-finijiet li jiġu eżaminati ż-żewġ ilmenti mressqa mir-rikorrenti, għandhom preliminarjament jitfakkru ċerti prinċipji li jirregolaw, minn naħa, il-kontenut obbligatorju tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni li jordnaw spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 u, min-naħa l-oħra, l-istħarriġ li l-Qrati tal-Unjoni Ewropea jistgħu jkollhom iwettqu fir-rigward tal-karattru ġustifikat ta’ spezzjoni bħal din.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 jiddefinixxi l-elementi essenzjali li għandhom jidhru f’deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna spezzjoni. Din id-dispożizzjoni hija redatta b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Impriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriża huma rikjesti li jissottomettu għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni mil-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika s-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha għandha tibda u tindika l-pieni previsti mil-Artikoli 23 u 24 u d-dritt li tar-reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-obbligu impost fuq il-Kummissjoni li tindika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni jammonta għal rekwiżit fundamentali fid-dawl, minn naħa, li tagħmel li jkun jidher il-karattru ġustifikat tal-intervent previst ġewwa l-impriżi kkonċernati, li jpoġġu lil dawn f’pożizzjoni li jevalwaw il-portata tad-dmir ta’<?PAGE NO="8"?> kollaborazzjoni, u, min-naħa l-oħra, li jiġu ppreżervati d-drittijiet tagħhom tad-difiża (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19891017">17 ta’ Ottubru 1989</DATE>, Dow Chemical Ibérica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="97/87+98/87+99/87" PAGE.ECR="3165" YEAR="1989">97/87 sa 99/87, Ġabra p. 3165</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-karattru ġustifikat jew le tal-intervent previst u tal-portata tad-dmir tal-kollaborazzjoni tal-impriżi kkonċernati, għandu jingħad li l-ħtieġa ta’ protezzjoni kontra interventi arbitrarji jew sproporzjonati mill-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-attivitajiet privati ta’ kwalunkwe persuna, kemm jekk fiżika jew ġuridika, tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20021022">22 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Roquette Frères, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/00" PAGE.ECR="I-9011" YEAR="2002">C-94/00, Ġabra p. I-9011</REF.DOC.ECR>, punt 27, u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan il-prinċipju ġie protett mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="364" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>), li skont dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[k]ull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-kommunikazzjonijiet tagħha<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-żamma tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati, l-ewwel nett, għandu jingħad li dawn id-drittijiet għandhom jiġu rrispettati mill-Kummissjoni kemm fil-proċeduri amministrattivi li jistgħu jwasslu għal sanzjonijiet kif ukoll waqt il-proċeduri ta’ investigazzjoni minn qabel, għaliex għandu jiġi evitat li dawn id-drittijiet ma jkunux kompromessi b’mod irrimedjabbli fil-kuntest tal-proċeduri ta’ investigazzjoni minn qabel, b’mod partikolari l-ispezzjonijiet, li seta’ kellhom karattru determinanti għall-istabbiliment tal-provi tal-karattru illegali tal-aġir tal-impriżi ta’ natura li jattiva r-responsabbiltà tagħhom (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19890921">21 ta’ Settembru 1989</DATE>, Hoechst vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="46/87+227/88" PAGE.ECR="2859" YEAR="1989">46/87 u 227/88, Ġabra p. 2859</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Bara minn hekk, ir-rekwiżit għall-Kummissjoni li tindika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni jikkostitwixxi garanzija fundamentali tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati, il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet għal ispezzjoni ma tistax tiġi ristretta fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet dwar l-effikaċja tal-investigazzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jingħad li, jekk huwa minnu li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tikkomunika lid-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha dwar l-allegat ksur, u lanqas li tagħmel analiżi legali preċiża ta’ dan il-ksur, hija għandha, min-naħa l-oħra, tindika b’mod ċar il-preżunzjonijiet li hija biħsiebha tinvestiga (sentenza Dow Chemical Ibérica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 39 iktar ’il fuq, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-qorti tal-Unjoni tista’ tintalab twettaq stħarriġ ta’ deċiżjoni meħuda bis-saħħa tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 sabiex jiġi żgurat li din ma tkunx arbitrarja, jiġifieri, li ma tkunx ġiet adottata fin-nuqqas ta’ fatti li jistgħu jiġġustifikaw l-ispezzjoni. Fil-fatt għandu jitfakkar li l-ispezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni huma intiżi sabiex jippermettulha tiġbor l-evidenza dokumentarja neċessarja sabiex tivverifika r-realtà u l-portata ta’ sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi partikolari li dwarha l-Kummissjoni diġà tipposjedi informazzjoni. Fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura ruħha dwar l-eżistenza ta’ indizji suffiċjentement serji li jippermettu li jiġi suspettat ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni mill-impriża kkonċernata (ara s-sentenza Roquette Frères, punt 40 iktar ’il fuq, punti 54 u 55, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq li jeħtieġ li tiġi applikata l-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni li skont din, minn naħa, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni ma għandhiex tinkludi neċessarjament delimitazzjoni preċiża tas-suq inkwistjoni, dment li din id-deċiżjoni tikkontjeni l-elementi essenzjali msemmija fil-punt 38 iktar ’il fuq (sentenza Dow Chemical Ibérica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 39 iktar ’il fuq, punt 46) u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kienet madankollu marbuta li jkollha f’din id-deċiżjoni deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-ksur suspettat, billi jiġi indikat b’mod partikolari s-suq preżunt inkwisjtoni (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, Franza Télécom vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-340/04" PAGE.ECR="II-573" YEAR="2007">T-340/04, Ġabra p. II-573</REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk, fl-istadju tal-ispezzjoni, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta tiddilimita bi preċiżjoni s-suq ikkonċernat permezz tal-investigazzjoni tagħha, hija għandha minn naħa l-oħra tippreċiża b’mod suffiċjenti s-setturi koperti mill-allegat ksur ikkonċernat mill-investigazzjoni, sabiex jippermetti, minn naħa, lill-impriża inkwistjoni tillimita l-kollaborazzjoni tagħha għall-attivitajiet ta’ din l-impriża dwar is-setturi li għalihom il-Kummissjoni għandha indizji suffiċjentement serji li jippermettula tissuspetta ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni u li jiġġustifikaw interferenza fl-isfera ta’ attività privata ta’ din l-impriża u, min-naħa l-oħra, lill-qorti tal-Unjoni li tistħarreġ, jekk ikun il-każ, jekk dawn l-indizji għadhom karattru suffiċjenti jew le f’dan ir-rigward.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq nuqqas ta’ preċiżjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-prodotti kkonċernati</P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Hekk kif ġie espost fil-punti 3 u 5 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni indikat fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni li l-għan tal-investigazzjoni tagħha kien il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>provvista ta’ kejbils tal-elettriku u ta’ materjal relatat inklużi, fost l-oħrajn, il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u, f’ċerti każijiet, il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-risposta u fil-kontroreplika, il-Kummissjoni tindika, għall-inqas timplika dan, li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma tkoprix il-kejbils tal-elettriku kollha u l-materjal relatat magħhom. Fil-fatt, hija ssostni li l-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>u b’mod partikolari d-deskrizzjoni tal-prodotti speċifiċi koperti mill-espressjoni iktar ġenerika <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kejbils tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>[,] tippermetti lir-rikorrenti li jifhmu mingħajr diffikultà li l-ispezzjoni ma tikkonċernax kwalunkwe kejbils tal-elettriku, iżda iktar speċifikament dawk iċċitati bħala eżempju fid-deċiżjoni [ta’ spezzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-Kummissjoni, l-għan tal-investigazzjoni tagħha tinkludi pjuttost il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kejbils użati fit-trażmissjoni tal-elettriku, pereżempju taċ-ċentrali tal-elettriku sas-sub-stations jew fl-interkonnessjonijiet bejn netwerks tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, it-tipi ta’ kejbils tal-elettriku speċifikament iċċitati fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni li jammontaw għal eżempji konkreti ta’ din il-kategorija, li jirriżulta b’mod suffiċjentement ċar mill-kliem ta’ din id-deċiżjoni u mill-kuntest tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, l-għan tal-investigazzjoni definit fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma jistax jiġi interpretatat hekk kif il-Kummissjoni tipproponi fir-risposta u fil-kontroreplika.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-motivi tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni jirreferu b’mod ċar għall-kejbils kollha tal-elettriku. L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>inkluż fosthom, fost l-oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kif ukoll l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>u, f’ċerti każijiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, użati mill-Kummissjoni fid-delimitazzjoni tagħha tal-għan tal-investigazzjoni, juru li l-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u l-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art huma ċċitati mill-Kummissjoni biss bħala eżempji ta’ firxa ta’ prodotti ikbar u li jinkludu potenzjalment kull tip ta’ kejbil tal-elettriku, kif ukoll kull materjal relatat mal-użu jew mal-installazzjoni ta’ dawn il-kejbils.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, kif ukoll fis-seduta, il-Kummissjoni indikat, kuntrarjament għal dak li ssostni fir-risposta u fil-kontroreplika, li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni tkopri l-kejbils kollha tal-elettriku, u mhux biss fuq il-kejbils tal-elettriku ċċitati bħala eżempju f’din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Hekk kif isostnu r-rikorrenti, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kejbils tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jistgħu jikkorrispondu ma’ kull tip ta’ kejbil użat fit-trażmissjoni tal-kurrent elettriku. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma tippreċiżax il-prodotti li jistgħu jaqgħu fil-kategorija tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>materjal relatat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Din id-deċiżjoni tikkonċerna b’hekk numru għoli ta’ prodotti. Hekk kif sostnew ir-rikorrenti, prodotti daqshekk differenti bħall-wajers tat-telefon, il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja, il-kejbils tad-distribuzzjoni tal-elettriku fid-djar jew il-wajering għall-tagħmir tal-elettriku ta’ użu domestiku jistgħu jkunu inklużi fil-kategorija ġenerali tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kejbils tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Barra minn hekk, prodotti bħalma huma t-transformers, is-switchgear jew il-meters tal-elettriku jistgħu jaqgħu fil-kategorija ġenerali<?PAGE NO="10"?> tal-materjal relatat mal-kejbils tal-elettriku. Hekk kif sostnew ukoll ir-rikorrenti, din il-motivazzjoni tista’ tinkludi l-attivitajiet kollha ta’ impriża li tipproduċi kejbils tal-elettriku, anki jekk dawk l-attivitajiet jistgħu jirreferu għal setturi differenti ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, għandu jingħad li, billi tirreferi fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni għall-kejbils kollha tal-elettriku u għall-materjal kollu relatat ma’ dawn il-kejbils, il-Kummissjoni ssodisfat l-obbligu tagħha li tiddefinixxi s-suġġett tal-investigazzjoni tagħha, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm il-kliem użat fl-Artikolu 1 u fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, setgħu kienu inqas ambigwi, ppermettew lir-rikorrenti li jevalwaw il-portata tad-dmir tagħhom ta’ kollaborazzjoni. Ir-rikorrenti kellhom jifhmu li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma teskludix il-kejbils tal-elettriku barra minn dawk iċċitati speċifikament f’din id-deċiżjoni u li huma kienu bħala prinċipju marbuta jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni mitluba dwar il-kejbils kollha tal-elettriku u l-materjali li huma normalment ikkummerċjalizzati ma’ dawn il-kejbils jew destinati għal użu komplementari. Mill-qari tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, ir-rikorrenti setgħu jikkonkludu li kull oppożizzjoni minn naħa tagħhom sabiex il-Kummissjoni tikseb jew it-talba tagħhom sabiex tipproduċi dokumenti dwar dawn il-prodotti setgħu jkunu penalizzati bis-saħħa tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta’ spezzjoni tiddelimita wkoll għan ta’ investigazzjoni li fir-rigward tiegħu l-Qorti Ġenerali tista’ tikkontrolla, jekk ikun il-każ, il-karattru suffiċjentement serju tal-indizji li l-Kummissjoni kellha fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni sabiex tiġġustifika interferenza fl-isfera ta’ attività privata tar-rikorrenti li tirrigwarda l-attivitajiet kollha ta’ dawn.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-preċiżjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-prodotti kkonċernati mill-ispezzjoni ma jkunux ikkontestati, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, peress li, f’deċiżjonijiet li hija adottat qabel id-deċiżjoni ta’ spezzjoni, u b’mod partikolari fid-deċiżjoni tagħha tad-<DATE ISO="20000719">19 ta’ Lulju 2000</DATE>, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-ftehim ŻEE (Każ COMP/M.1882 – Pirelli/BICC) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="35" NO.OJ="070" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 70, p. 35</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni ddistingwiet numru ta’ swieq separati fir-rigward tal-prodotti kkonċernati mill-investigazzjoni, jiġifieri s-suq tal-kejbil ta’ tensjoni għolja ħafna u ta’ tensjoni għolja, minn naħa, u s-suq tal-kejbils ta’ tensjoni baxxa u medja, min-naħa l-oħra. Fil-fatt, il-Kummissjoni kienet marbuta tiddefinixxi preċiżament is-swieq ikkonċernati mill-konċentrazzjoni li wasslet għal din id-deċiżjoni, adottata bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08, Vol. 01, p. 31), kif emendata fiż-żmien tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn din kienet marbuta teżamina b’mod konformi ma’ dik id-dispożizzjoni jekk l-operazzjoni inkwistjoni kinitx tista’ toħloq jew isaħħaħ pożizzjoni dominanti li tista’ xxekkel b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali ta’ dan. Min-naħa l-oħra, hekk kif ġie indikat fil-punt 44 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta tiddelimita bi preċiżjoni s-suq ikkonċernat mill-investigazzjoni tagħha fil-kuntest ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, xejn ma jwaqqaf milli jiġi kkunsidrat li ksur wieħed tad-dritt tal-kompetizzjoni jew li ksur konness ma jistax jikkawża effetti fuq swieq ta’ prodotti distinti u jkunu s-suġġett, għall-inqas fl-istadju tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni bis-saħħa tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 tal-istess investigazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kwistjoni dwar jekk l-ispetturi pproċedew, hekk kif isostnu r-rikorrenti, bi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>spedizzjoni esploratorju<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fil-bini ta’ Nexans France jiddependi mill-karattru suffiċjenti tal-indizji li l-Kummissjoni kienet tiddisponi minnha fl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni sabiex tiġġustifika interferenza fl-isfera ta’ attività privata tar-rikorrenti dwar il-kejbils kollha tal-elettriku u b’hekk għandha tkun eżaminata fil-kuntest tat-tieni lment.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>B’hekk, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kellha biss indizji suffiċjentement serji li jippermettu li tissuspetta ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mir-rikorrenti fis-settur tal-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-unika informazzjoni li l-Kummissjoni għandha li tirrigwarda mġiba eventwalment antikompetittiva tirrigwarda s-settur tal-kejbils ta’ taħt l-ilma. Din l-analiżi tkun ikkonfermata, minn naħa, mill-fatt li, meta hija waslet għall-ispezzjoni fil-bini ta’ Nexans France fit-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, hija talbet sabiex tiltaqa’ ma’ ċerti impjegati ta’ Nexans France li jaħdmu f’dan is-settur u, min-naħa l-oħra, mill-kontenut ta’ stqarrija għall-istampa ppublikata mill-Kummissjoni wara l-ispezzjoni. Madankollu, minkejja l-informazzjoni speċifika li hija kellha, il-Kummissjoni kienet kabbret b’mod eċċessiv is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni u wettqet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>spedizzjoni esploratorju<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fil-bini ta’ din l-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li l-impriża destinatarja ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 hija obbligata tikoopera magħha mhux biss f’dak li jirrigwarda s-suġġett tal-ispezzjoni, jiġifieri l-prodotti jew is-servizzi previsti minn din id-deċiżjoni, iżda f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet kollha tal-impriża inkwistjoni. Barra minn hekk, hija ssostni li hija għandha indizji suffiċjentement serji sabiex tordna spezzjoni li tirrigwarda l-kejbils kollha tal-elettriku u fuq materjal relatat ma’ dawn il-kejbils.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jingħad li, hekk kif il-Kummissjoni sostniet, is-setgħat tagħha ta’ investigazzjoni ma jkunux effettivi jekk hija jkollha tillimita ruħha li titlob il-produzzjoni tad-dokumenti li hija jkollha tidentifika minn qabel b’mod preċiż. Dritt bħal dan jimplika, għal kuntrarju, is-setgħa li tfittex elementi ta’ informazzjoni diversi li għadhom ma humiex magħrufa jew totalment identifikati. Mingħajr setgħa bħal din, ikun impossibbli għall-Kummissjoni li tiġbor l-elementi ta’ informazzjoni neċessarji għall-ispezzjoni fil-każ fejn hija tirrifjuta li tikkollabora jew inkella minħabba atitudni ta’ ostakolu minn naħa tal-impriżi kkonċernati (sentenza Hoechst vs Il-Kummissjoni, punt 41 iktar ’il fuq, punt 27; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Ventouris vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-59/99" PAGE.ECR="II-5257" YEAR="2003">T-59/99, Ġabra p. II-5257</REF.DOC.ECR>, punt 122).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-eżerċizzju ta’ din il-fakoltà ta’ riċerka tal-elementi differenti ta’ informazzjoni li għadhom ma humiex magħrufa jew totalment identifikati jippermettu lill-Kummissjoni teżamina ċerti dokumenti ta’ natura professjonali tal-impriża destinatarja ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, anki jekk ma tafx jekk humiex relatati ma’ attivitajiet previsti minn din id-deċiżjoni, sabiex jiġi vverifikat jekk dan huwiex il-każ u li jiġi evitat li l-impriża inkwistjoni ma taħbix mill-Kummissjoni provi rilevanti għall-investigazzjoni bl-iskuża li dawn ma humiex koperti mis-suġġett ta’ din.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, meta l-Kummissjoni twettaq spezzjoni fil-bini ta’ impriża skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, hija marbuta tillimita r-riċerki tagħha għall-attivitajiet ta’ din l-impriża għas-setturi indikati fid-deċiżjoni li tordna l-ispezzjoni u, b’hekk, la dabra tiġi kkonstatata, wara eżami, li dokument jew informazzjoni ma jaqgħux taħt dawn l-attivitajiet, li tastjeni milli tużahom għall-finijiet tal-investigazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk il-Kummissjoni ma kinitx suġġetta għal din il-limitazzjoni, l-ewwel nett, hija fil-prattika jkollha l-possibbiltà, kull darba li hija jkollha indikazzjoni li tippermettilha tissupponi li impriża wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni f’qasam speċifiku tal-attivitajiet tagħha, li twettaq spezzjoni li tirrigwarda dawn l-attivitajiet kollha u li għandhom bħala għan finali li tiġi ddikjarata l-eżistenza ta’ kull ksur tal-imsemmija regoli li setgħu jitwettqu minn din l-impriża, li huwa inkompatibbli mal-protezzjoni tal-isfera ta’ attività privata tal-persuni ġuridiċi garantita bħala dritt fundamentali f’soċjetà demokratika.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-obbligu tal-Kummissjoni li tindika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni fid-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 ikollu għan purament formali jekk dan ikun definit bil-mod issuġġerit mill-Kummissjoni. Il-ġurisprudenza li skont din, dan l-obbligu għandu bħala għan b’mod partikolari li jippermetti lill-impriżi kkonċernati li jevalwaw il-portata tad-dmir tagħhom ta’ kollaborazzjoni jkun injorat, sa fejn dan l-obbligu jiġi estiż sistematikament għall-attivitajiet kollha tal-impriżi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>B’hekk għandu jiġi kkunsidrat li, f’din il-kawża, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li jkollha indizji suffiċjentement serji li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti u li jirrigwardaw l-attivitajiet kollha ta’ dawn dwar il-kejbils tal-elettriku u għall-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils sabiex tadotta d-deċiżjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq żewġ indizji sabiex jissostanzjaw l-affermazzjoni tagħhom li skont din, il-Kummissjoni kellha biss informazzjoni li tirrigwarda mġiba eventwali antikompetittiva fis-settur tal-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma. Minn naħa, huma jsostnu li l-Kummissjoni kienet annunċat li kienet ipproċediet bi spezzjonijiet fil-bini tal-produtturi ta’ dawn il-kejbils biss fi stqarrija għall-istampa tat-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>. Min-naħa l-oħra, huma jsostnu li, fl-ispezzjoni, il-Kummissjoni kienet interessat ruħha f’ċerti impjegati ta’ Nexans France li jaħdmu f’dan is-settur.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li, fil-jum tal-preżentata tar-rikors fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti ma kellhomx aċċess għall-evidenza li l-Kummissjoni kellha fl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni u li fuqhom kienu bbażati s-suspetti tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta tikkomunikalhom din l-evidenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Dow Chemical Ibérica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 39 iktar ’il fuq, punti 45 u 51).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jkunx meħtieġ mir-rikorrenti li huma barra minn hekk jfornu evidenza prevista fil-punt 68 iktar ’il fuq, provi insostenn tad-dikjarazzjoni tagħhom li skont din il-Kummissjoni għandha biss informazzjoni li tirrigwarda mġiba eventwalment antikompetittiva fis-settur tal-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, rekwiżit bħal dan ikollu bħala konsegwenza prattika li impriża destinatarja ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 ma tkunx f’pożizzjoni li tikkontesta l-karattru suffiċjentement serju tal-evidenza li l-Kummissjoni kellha sabiex tadotta din id-deċiżjoni, li tipprekludi lill-Qorti Ġenerali milli tistħarreġ li l-imsemmija deċiżjoni ma kinitx ta’ natura arbitrarja.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>B’hekk għandu jiġi konkluż li, għall-inqas meta l-impriżi destinatarji ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 jkollhom, bħal f’din il-kawża, ċerti elementi li jpoġġu fid-dubju l-karattru suffiċjentement serju tal-evidenza li għandha l-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjoni bħal din, il-qorti tal-Unjoni għandha teżamina din l-evidenza u tikkontrolla l-karattru suffiċjentement serju tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni għarrfet lill-Qorti tal-Ġustizzja l-informazzjoni li kellha qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni li, skont din, tiġġustifika li tordna spezzjoni fl-uffiċċji tar-rikorrenti li jirrigwardaw il-kejbils tal-elettriku kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel nett, indikat li kompetitur tar-rikorrenti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>applikant għal trattament favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) kien infurmaha verbalment fil-<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE>, fil-kuntest tal-programm ta’ trattament favorevoli mwaqqaf mill-komunikazzjoni tagħha tat-<DATE ISO="20061208">8 ta’ Diċembru 2006</DATE> fuq l-immunità minn multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-kawżi li jirrigwardaw il-kartells (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="17" NO.OJ="298" DATE.PUB="2006">ĠU C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>), tal-eżistenza ta’ ftehimiet fuq il-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art u ta’ taħt l-ilma li kienu jiffurmaw parti minnu r-rikorrenti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>akkordju ssuspettat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), kif ukoll tal-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ftehim [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] li jirrigwarda kuntratti li jirrigwardaw il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni medja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Dan l-aħħar ftehim, magħruf bħala [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>], kien ġie<?PAGE NO="13"?> nnotifikat fil-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] lill-Bundeskartellamt (Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-akkordji). Fl-aħħar nett, il-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kien issostitwixxa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ftehim [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> preċedenti, imsemmi [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>], innotifikat f’[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] lill-Bundeskartellamt.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni annettiet mar-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE> kopja taż-żewġ verżjonijiet tas-snin [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kif ukoll kopja ta’ [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>].</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni barra minn hekk osservat li l-ispezzjoni ma setgħetx tillimita ruħha għall-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art u ta’ taħt l-ilma sa fejn:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kien ikopri kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni medja [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] u l-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kien ikopri kejbils għal użu għal tensjonijiet li jistgħu jinżlu sa’ [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>];</P></ITEM><ITEM><P>l-applikant għal trattament favorevoli [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] ma kienx iktar f’pożizzjoni li jivverifika [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] jekk imġiba kollużiva kinitx seħħet [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] fir-rigward tal-kejbils ta’ tensjoni medja;</P></ITEM><ITEM><P>investigazzjonijiet preċedenti mwettqa mill-Kummissjoni fil-qasam tal-istħarriġ tal-konċentrazzjonijiet kienu kkonfermaw l-assenza ta’ differenzjazzjoni ċara u definittiva bejn il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja, medja u baxxa [deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20000719">19 ta’ Lulju 2000</DATE> (Każ COMP/M.1882 – Pirelli/BICC), premessi 14 sa 32 (ara l-punt 56 iktar ’il fuq); deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20050705">5 ta’ Lulju 2005</DATE> (Każ COMP/M.3836 – Goldman Sachs/Pirelli Cavi u Sistemi Energia/Pirelli Cavi u Sistemi Telecom), paragrafi 12 u 13; deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20060106">6 ta’ Jannar 2006</DATE> (Każ COMP/M.4050 – Goldman Sachs/Cinven/Ahlsell)].</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fis-seduta, il-Kummissjoni kkompletat ir-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE> fuq dan il-punt. Hija sostniet li, skont l-informazzjoni mibgħuta lilha fil-<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE> mill-applikant għal trattament favorevoli, l-akkordju ssuspettat kien eżista għall-inqas mill-2001 u kien ġie organizzat fil-proroga tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]. Min-naħa l-oħra, l-applikant għal trattament favorevoli kien infurmahom li ma setax jiggarantixxi li l-imsemmi ftehim ma kienx jikkonċerna kejbils oħra barra minn dawk il-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art u ta’ taħt l-ilma, [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija setgħet tissuspetta l-eżistenza ta’ ksur għall-Artikolu 81 KE dwar il-kejbils kollha tal-elettriku.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fis-seduta, ir-rikorrenti indikaw ukoll li, wara l-preżentata tar-replika, huma kellhom aċċess għall-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni, li tifforma parti minnha l-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>], il-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] u d-dikjarazzjoni orali tal-applikant għal trattament favorevoli tal-<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE>, u sostnew li l-Kummissjoni ma setgħetx tissuspetta fuq il-bażi ta’ dawn id-dokumenti li akkordju ssuspettat kien jikkonċerna l-kejbils kollha tal-elettriku. Fil-fatt, minn naħa, dawn id-dokumenti kienu antiki ħafna u kien jirrigwardaw ftehimiet [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] innotifikati lil awtorità tal-kompetizzjoni u awtorizzati minn din. Min-naħa l-oħra, l-applikant għal trattament favorevoli kien ippreċiża li ma kienx jaf bl-eżistenza ta’ ebda ksur għad-dritt tal-kompetizzjoni li jirrigwarda kejbils oħra apparti mill-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-art u ta’ taħt l-ilma.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat bħala neċessarju li ddaħħal fil-fajl id-dikjarazzjoni tal-applikant għal trattament favorevoli sabiex tkun tista’ teżamina l-karattru suffiċjentement serju tal-indizji li kellha l-Kummissjoni. Hekk kif il-Kummissjoni stess issuġġeriet fil-kuntest tar-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, hija kienet ġiet mitluba kopja ta’ din id-dikjarazzjoni għal investigazzjoni skont il-punt 21 iktar ’il fuq. L-osservazzjonijiet li l-partijiet ippreżentaw, wara li r-rikorrenti setgħu jikkonsultaw fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali din id-dikjarazzjoni, fuq il-karattru suffiċjentement serju tal-provi li l-Kummissjoni kellha ma kinux sostanzjalment differenti minn dawk li kienu ppreżentaw fis-seduta.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-Qorti Ġenerali talbet lill-Kummissjoni tidentifika l-partijiet tal-verżjonijiet tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] u tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] li hija kienet ikkomunikat fil-Qorti Ġenerali li, waħidha jew flimkien mad-dikjarazzjoni orali tal-<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE> tal-applikant għal trattament favorevoli, kienu wasslu għal suspetti fuq il-kejbils kollha tal-elettriku qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jingħad li l-partijiet identifikati mill-Kummissjoni bħala risposta għal din id-domanda, moqrija fid-dawl tal-verżjonijiet tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] u tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] imdaħħla fil-fajl kif ukoll osservazzjonijiet li l-Kummissjoni pprezentat fuq dawn il-ftehimiet, juru li [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] varji produtturi Komunitarji kienu waslu għal ftehimiet, notifikati fil-Bundeskartellamt, li jirrigwardaw il-kummerċjalizzazzjoni barra mis-suq komuni ta’ varjetà kbira ta’ kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja, medja u baxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Dawn il-ftehimiet kienu, [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>].</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Hekk kif sostniet essenzjalment il-Kummissjoni, il-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] u l-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>], huma biss il-ftehimiet fost il-ftehimiet inkwistjoni li ma kinux limitati għall-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma jew ta’ taħt l-art , kienu ftehimiet li jaqgħu taħt [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]. [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] u tal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>], li huma ftehimiet antiki, pubbliċi, notifikati lill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru u, bħala prinċipju, kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, fihom infushom ma jammontawx għal indizju suffiċjentement serju minħabba l-fatt li ċerti firmatarji tal-ftehimiet waslu sussegwentement ma’ produtturi oħra għal ftehimiet sigrieti kuntrarji għall-imsemmija regoli u li jirrigwardaw l-istess prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li ebda element tal-fajl ma jippermetti li ssir rabta tal-akkordju ssuspettat mal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] jew mal-[<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>], kuntrarjament għal dak li l-Kummissjoni sostniet fis-seduta. Lanqas ma jirriżulta mid-dokumenti li l-Kummissjoni forniet lill-Qorti Ġenerali li l-akkordju ssuspettat kien organizzat bħala estensjoni għal dawk l-ftehimiet.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ewwel nett, jirriżulta mill-proċess, [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>].</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>It-tieni nett, [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] l-applikant għal trattament favorevoli [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kien indika b’mod ċar fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20081121">21 ta’ Novembru 2008</DATE>, hekk kif ir-rikorrenti ġustament isostnu [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>].</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tielet nett, jirriżulta mill-proċess [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>].</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad li, fost id-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ stħarriġ ta’ konċentrazzjonijiet li, skont il-Kummissjoni, juru li ma teżistix differenzjazzjoni ċara bejn il-kejbils tal-elettriku abbażi tat-tensjoni tagħhom, tidher id-deċiżjoni Pirelli/BICC (ara l-punt 56 iktar ’il fuq). Issa, fil-premessa 32 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, kuntrarjament għal dak li sostniet fir-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[I]l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ kejbils tal-elettriku [ta’ tensjoni baxxa u medja], minn naħa, u tal-kejbils tal-elettriku [ta’ tensjoni għolja u ta’ tensjoni għolja ħafna], min-naħa l-oħra, jammontaw għal swieq distinti. L-ewwel nett, ma teżisti l-ebda sostitwibbiltà fuq il-livell tad-domanda bejn dawn il-prodotti. It-tieni nett, l-ispejjeż u t-termini implikati mill-passaġġ tal-produzzjoni ta’ tensjonijiet baxxi għal tensjonijiet għola huma kunsiderevoli. It-tielet nett, is-sostitwibbiltà limitata fil-livell tal-offerta ma’ tekwilibrax l-effetti tan-nuqqas ta’ sostitwibbiltà fil-livell tad-domanda […] Fl-aħħar nett, huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-medda ta’ prodotti [ta’ tensjoni baxxa u medja], minn naħa, u l-livelli ta’ tensjoni iktar għolja ([tensjoni għolja u tensjoni għolja ħafna]), min-naħa l-oħra, minħabba l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni differenti li jirregolaw l-offerta u d-domanda ta’ dawn il-prodotti. Il-Kummissjoni tqis madankollu li ma jeżistux provi suffiċjenti sabiex jingħad li l-kejbils tal-elettriku<?PAGE NO="15"?> biż-żejt likwidu ta’ tensjoni għolja ħafna jammontaw għal suq ta’ prodotti distinti minn dawk ta’ kejbils [ta’ tensjoni għolja ħafna] prodotti b’tekniċi oħra (essenzjalment permezz ta’ [cross-linked polyethylene extrusion]), peress li l-produtturi u l-parti l-kbira tal-klijenti Ewropej jikkunsidraw li dawn it-tipi ta’ kejbils huma sostitwibbli.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>B’hekk, minn din id-deċiżjoni jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li sostniet fir-risposta tagħha għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, li kienu jeżistu differenzi sinjifikattivi bejn il-kejbils ta’ tensjoni għolja, dik medja u dik baxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni ma wrietx li hija kellha indizji suffiċjentement serji sabiex tordna spezzjoni tal-kejbils kollha tal-elettriku u tal-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni, li hija bbażata esklużivament fuq l-analiżi tal-elementi li l-Kummissjoni kellha fl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, hija min-naħa l-oħra kkonfermata, minn naħa, mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni stess, fil-punt 36 tal-kontroreplika, li skont dawn, il-kliem tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni jippermettu lir-rikorrenti li jifhmu li l-ispezzjoni ma tikkonċernax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kwalunkwe kejbils tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u, min-naħa l-oħra, mill-fatt li l-Kummissjoni tammetti li hija llimitat l-intervent fl-ispezzjoni għal riċerki li jirrigwardaw it-tipi ta’ kejbils tal-elettriku ċċitati bħala eżempju fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni għandha, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, indizji suffiċjentement serji sabiex tordna spezzjoni tal-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u ta’ taħt l-art u fuq il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>B’hekk għandha tintlaqa’ l-parti preżenti sa fejn hija tkopri l-kejbils tal-elettriku minbarra l-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u ta’ taħt l-art kif ukoll il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra. Hija għandha tiġi miċħuda għall-kumplament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, bbażata fuq il-portata ġeografika eċċessivament estiża tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-unika indikazzjoni mogħtija fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni fuq il-portata ġeografika tal-investigazzjoni hija li l-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma previsti minn din id-deċiżjoni għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>probabbilment portata mondjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Id-deċiżjoni ta’ spezzjoni ma tindikax li ċerti proġetti li jinstabu barra mill-Unjoni setgħu jaffettwaw is-suq komuni, l-unika sitwazzjoni li fiha dawn il-proġetti setgħu jkunu suġġetti għall-Atikolu 81 KE. Il-proġetti ta’ kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ l-ilma jkunu, min-naħa l-oħra, lokalizzati ħafna. Madankollu, il-Kummissjoni kienet ikkupjat dokumenti dwar proġetti żviluppati għall-Medju-Orjent jew l-Asja. Din l-imġiba tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>partikolarment dannuża<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fir-rigward ta’ kooperazzjoni ġdida eżistenti bejn l-awtoritajiet differenti tal-kompetizzjoni. Nexans France kienet speċifikament irriżervat id-drittijiet tagħha dwar il-kwistjoni dwar jekk dawn id-dokumenti kienu previsti mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni, iżda, ma kinitx taf il-portata preċiża tal-investigazzjoni, hija ma kinitx f’pożizzjoni li tevalwa d-dmir tagħha ta’ kollaborazzjoni. Din tammonta għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż tad-drittijiet tagħhom tad-difiża, tad-dritt tagħhom għal smigħ xieraq, tad-dritt tagħhom li ma jinkriminawx lilhom infushom u tad-dritt tagħhom għall-preżunzjoni tal-innoċenza.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, billi indikat li l-ftehimiet u/jew l-prattiki miftiehma ssuspettati għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>probabbilment portata mondjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, il-Kummissjoni ddeskriviet b’mod iddettaljat il-portata ġeografika tal-akkordju ssuspettat. Il-preċiżjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni li tirrigwarda l-portata ġeografika tal-ksur eventwali għad-dritt tal-kompetizzjoni fejn l-eżistenza kienet issuspettata mill-Kummissjoni għandha b’hekk titqies li hija suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Madankollu, huwa possibbli li l-argumenti tar-rikorrenti jiġu interpretati fis-sens li huma jikkritikaw lill-Kummissjoni mhux talli identifikat b’mod vag wisq il-portata ġeografika tal-akkordju ssuspettat iżda talli setgħet inkludiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni dokumenti li jirrigwardaw swieq ġeografiċi ta’ natura lokali li jinsabu barra mis-suq komuni mingħajr ma tippreċiża r-raġunijiet li għalihom aġir tal-impriża inkwistjoni f’dawn is-swieq seta’ jxekkel il-kompetizzjoni fis-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li t-titolu stess tar-Regolament Nru 1/2003 juri li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni minn dan ir-regolament għandhom bħala għan l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni previsti fl-Artikoli 81 KE u 82 KE. Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jipprojbixxu ċertu aġir min-naħa ta’ impriżi sa fejn dan ikun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri u li għandu bħala għan jew effett li jwaqqaf, jirrestrinġi jew ixekkel il-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tuża s-setgħat tagħha ta’ spezzjoni biss għall-finijiet li tiżvela aġir bħal dan. Il-Kummissjoni b’hekk ma tistax twettaq spezzjoni fil-bini ta’ impriża jekk hija tissuspetta l-eżistenza ta’ ftehim jew ta’ prattika miftiehma li l-effetti tagħhom seħħew esklużivament f’suq wieħed jew iktar barra mis-suq komuni. Min-naħa l-oħra, xejn ma jwaqqafha milli teżamina dokumenti dwar dawn is-swieq sabiex jiġi identifikat aġir li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri u li għandu bħala għan jew effet li jwaqqaf, jirrestrinġi jew ixekkel il-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>B’hekk, il-parti preżenti għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, għandha tintlaqa’ t-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, sa fejn din tkopri kejbils tal-elettriku oħra barra mill-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u ta’ taħt l-art kif ukoll il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra u li jiċħduha għall-kumplament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tal-opinjoni legali annessa mar-replika</P></TI></TITLE><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-opinjoni legali annessa mar-replika, insostenn tal-argumenti tar-rikorrenti dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi (it-tieni u t-tielet kapijiet ta’ talbiet), hija inammissibbli. Hija tinvoka żewġ eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà, l-ewwel waħda, ibbażata, essenzjalment, fuq ksur tal-Artikolu 5(3) u (7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali adottati fil-<DATE ISO="20070705">5 ta’ Lulju 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="232" DATE.PUB="2007">ĠU L 232, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, t-tieni, ibbażat fuq il-fatt li l-opinjoni kontenzjuża ma tissostanzjax argumenti speċifikament invokati fir-replika u jikkontjenu spjegazzjonijiet li ma humiex ripetuti hemmhekk.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ibbażata fuq ksur tal-Artikolu 5(3) u (7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika li l-Artikolu 5(3) u (7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali jipprojbixxu lir-rikorrenti li titrażmetti l-atti ta’ proċedura lil persuni oħra barra mill-avukati tagħhom. Issa, l-awturi tal-opinjoni kontenzjuża, li ma jkunux l-avukati tar-rikorrenti, kienu kkonsultaw ir-risposta.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>L-avukati jew l-aġenti tal-partijiet f’kawża quddiem il-Qorti [Ġenerali] jew il-persuni awtorizzati minnhom jistgħu jikkonsultaw, fir-reġistru, l-inkartament oriġinali tal-kawża, inklużi l-inkartamenti amministrattivi mressqa quddiem il-Qorti [Ġenerali], u jitolbu kopji jew estratti ta’ l-atti ta’ proċedura u tar-reġistru.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 5(7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali huwa redatt hekk kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Ebda terza persuna, privata jew pubblika, ma jista’ jkollha aċċess għall-inkartament tal-kawża jew għall-atti ta’ proċedura mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa tal-President tal-Qorti [Ġenerali] jew, fil-każ ta’ kawża li għadha pendenti, tal-President tal-Kulleġġ ġudikanti li quddiemu tkun tressqet il-kawża, wara li jinstemgħu l-partijiet. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss fuq talba bil-miktub flimkien ma’ ġustifikazzjoni ddettaljata ta’ l-interess leġittimu għall-konsultazzjoni ta’ l-inkartament.<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>F’din il-kawża, l-opinjoni kontenzjuża hija ffirmata minn żewġ persuni li huma identifikati biss b’isimhom. Mill-fajl ma jirriżultax li dawn iż-żewġ persuni huma avukati. F’kull każ, hekk kif sostniet il-Kummissjoni, minn naħa, il-firmatarji tal-opinjoni ma jidhrux fost l-avukati mqabbda mir-rikorrenti sabiex jirrapreżentawhom quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża preżenti u, min-naħa l-oħra, ma jirriżultax mill-fajl li huma kienu debitament awtorizzati minn dawn l-avukati sabiex jikkonsultaw il-fajl. Issa, l-awturi tal-imsemmija opinjoni kellhom aċċess għar-risposta, sa fejn huma jirreferu għaliha numru ta’ drabi, ħaġa li r-rikorrennti kkonfermaw fis-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-awturi tal-opinjoni kontenzjuża ma humiex avukati tal-partjiet jew persuni debitament awtorizzati minn din sabiex tikkonsulta l-fajl ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li huma terzi li ma għandhomx id-dritt li jaċċedu għall-fajl, fis-sens tal-Artikolu 5(3) u (7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet, li għandhom bħala għan prinċipali li jirregolaw l-aċċess għall-proċess fl-uffiċċji tar-reġistru tal-Qorti Ġenerali, għandhom ikunu interpretati fid-dawl tal-għan tagħhom. Huma jirreflettu l-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li skont din il-partijiet għandhom id-dritt li jiddefendu l-interessi tagħhom indipendentement minn kull influwenza esterna u li teħtieġ li parti li tingħata l-aċċess għall-atti proċedurali ta’ partijiet oħra tuża dan id-dritt biss għall-finijiet tad-difiża tal-kawża tagħha, bl-esklużjoni ta’ kull għan ieħor (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Svenska Journalistförbundet vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-174/95" PAGE.ECR="II-2289" YEAR="1998">T-174/95, Ġabra p. II-2289</REF.DOC.ECR>, punti 135 sa 137, u d-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20070316">16 ta’ Marzu 2007</DATE>, V vs Il-Parlament, T-345/05 R, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 70 u 71). Din hija r-raġuni għaliex il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-komunikazzjoni ta’ atti ta’ proċedura minn parti lil terzi f’sitwazzjoni fejn dawn id-dokumenti ma kinux trażmessi għall-finijiet tad-difiża tal-kawża ta’ din il-parti tammonta għal abbuż ta’ proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Svenska Journalistförbundet vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 139).</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 5(3) u (7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali ma jipprekludux li parti għal kawża tippermetti lil espert li jikkonsulta att proċedurali, meta dan għandu bħala għan li jiffaċilità t-tfassil mill-imsemmi espert ta’ dokument għall-finijiet tad-difiża tal-kawża ta’ din il-parti, użata biss għall-finijiet tal-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq it-tieni eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, li skont din l-opinjoni kontenzjuża ma tissostanzjax argumenti speċifikament imressqa fir-replika u li jikkontjenu spjegazzjonijiet li ma humiex ripetuti hawnhekk</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-opinjoni kontenzjuża tista’ tiġi kkunisdrata biss sa fejn issaħħaħ l-argumenti speċifikament invokati fir-replika. Issa, l-opinjoni tesponi argumenti ġuridiċi fuq l-ammissibbiltà, minflok isaħħaħ jew tikkompleta l-punti ta’ fatt jew ta’ dritt speċifikament imsemmija fir-replika. Barra minn hekk, din tintroduċi argumenti li ma jidhrux f’din.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li, bis-saħħa tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura, kull rikors għandu jinkludi s-suġġett tal-kawża u sunt tal-motivi invokati. Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex rikors ikun ammissibbli, huwa meħtieġ li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikun ibbażat jirriżultaw, minn tal-inqas fil-qosor iżda b’mod koerenti u li jinftiehem, mit-test tar-rikors innifsu. Għalkemm it-test proprju tar-rikors jista’ jiġi ssostanzjat u kkompletat, fir-rigward ta’ punti speċifiċi, permezz ta’ riferimenti għal siltiet speċifiċi ta’ dokumenti li huma annessi miegħu, riferiment ġenerali għal dokumenti oħra, anki jekk dawn ikunu annessi mar-rikors, ma jistax jikkumpensa għan-nuqqas tal-punti essenzjali tal-argumentazzjoni legali, li, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, għandhom ikunu inklużi fir-rikors. Barra minn hekk, ma hijiex il-Qorti Ġenerali li għandha tfittex u tidentifika, fl-annessi, il-motivi u l-argumenti li hija tista’ tqis li jikkostitwixxu l-bażi tar-rikors, u dan peress li l-annessi għandhom funzjoni purament probatorja u strumentali (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, Microsoft vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-201/04" PAGE.ECR="II-3601" YEAR="2007">T-201/04, Ġabra p. II-3601</REF.DOC.ECR>, punt 94, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tapplika wkoll għall-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tar-replika li, skont l-Artikolu 47(1) tal-istess Regoli, hija intiża li tikkompleta r-rikors (ara s-sentenza Microsoft vs Il-Kummissjoni, punt 112 iktar ’il fuq, punt 95, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>F’din il-kawża, fir-replika, l-opinjoni kontenzjuża ġiet invokata biss darbtejn. L-ewwel nett, ir-replika tindika, mingħajr ma tforni spjegazzjonijiet oħra, li l-konklużjoni li għaliha jaslu l-awturi tal-opinjoni kontenzjuża, fl-eżami tad-domanda tal-ammissibbiltà tat-tieni u tat-tielet kapijiet ta’ talbiet, hija wkoll dik li hija esposta fir-replika, mingħajr ma ssir referenza f’liema punti speċifiċi ta’ dan l-anness ta’ tliet paġni saret referenza. Barra minn hekk, hija tindika li l-opinjoni kontenzjuża tissostanzja d-dikarazzjoni li skont din id-dritt li ma tixhedx kontriha stess u l-protezzjoni kontra l-interventi arbitrarji fl-isfera ta’ attività privata ta’ kull persuna huma drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju. Għalhekk, huwa biss fir-rigward ta’ din l-aħħar indikazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni kontenzjuża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-151/01" PAGE.ECR="II-1607" YEAR="2007">T-151/01, Ġabra p. II-1607</REF.DOC.ECR>, punti 78 u 81).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, jammontaw għal atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament fis-sens tal-Artikolu 230 KE l-miżuri li jipproduċu effetti ġuridiċi obbligatorji ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jbiddlu b’mod distint is-sitwazzjoni ġuridika ta’ din (sentenzi<?PAGE NO="19"?> tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, IBM vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="60/81" PAGE.ECR="2639" YEAR="1981">60/81, Ġabra p. 2639</REF.DOC.ECR>, punt 9, u tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19921218">18 ta’ Diċembru 1992</DATE>, Cimenteries CBR <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-10/92+T-11/92+T-12/92+T-15/92" PAGE.ECR="II-2667" YEAR="1992">T-10/92 sa T-12/92 u T-15/92, Ġabra p. II-2667</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, il-miżuri intermedjarji intiżi sabiex jippreparaw id-deċiżjoni finali ma jikkostitwixxux atti li jistgħu jiġu kkontestati. Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-atti adottati matul il-proċedura preparatorja li fihom infushom jikkostitwixxu t-terminu finali ta’ proċedura speċjali distinta minn dik li għandha tippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-mertu u li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jibdlu b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni legali tagħhom, jikkostitwixxu wkoll atti li jistgħu jiġu kkontestati (sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, punt 115 iktar ’il fuq, punti 10 u 11, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20060607">7 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Österreichische Postsparkasse u Bank für Arbeit und Wirtschaft vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-213/01+T-214/01" PAGE.ECR="II-1601" YEAR="2006">T-213/01 u T-214/01, Ġabra p. II-1601</REF.DOC.ECR>, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi huma inammissibbli. Dawn l-atti jkunu atti purament ta’ implementazzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni u ma jbiddlux b’mod partikolari s-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-atti kontenzjużi mmodifikaw b’mod kunsiderevoli s-sitwazzjoni ġuridika tagħhom u affettwaw b’mod gravi u irriversibbli d-drittijiet fundamentali tagħhom għall-ħajja privata u għad-difiża. B’hekk, huma għandhom ikunu kkunsidrati bħala atti kontestabbli. L-ewwel nett, peress li ma kinux previsti mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni, dawn l-atti ma jistgħux jammontaw għal miżuri ta’ implementazzjoni. It-tieni nett, il-forma ta’ miżura tkun irrilevanti fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk din tipproduċi effetti ġuridiċi obbligatorji. Issa, l-atti kontenzjużi jimponu fuq ir-rikorrenti, obbligi li josservawhom sabiex jevitaw li jkunu obbligati jħallsu żieda fuq l-ammont tal-multa li huma jkunu eventwalment dovuti minnhom jew anki sabiex jevitaw li jkollhom iħallsu penali. Dawn l-atti jkunu b’hekk simili għal talbiet għal informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, dispożizzjoni li tipprovdi speċifikament għall-karattru kkontestabbli ta’ miżuri bħal dawn. It-tielet nett, l-atti kontenzjużi kienu kkompromettew il-possibbiltà, għar-rikorrenti, li jiddefendu ruħhom f’investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni quddiem qrati oħra. Fl-aħħar nett, fir-raba’ lok, id-deċiżjoni li tieħu kopji ta’ fajls informatiċi varji u tal-ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C kienu wasslu għal effetti skont il-liġi, peress li dawn il-medja informatiċi kienu jikkontjenu data, bħall-posta elettronika, indirizzi, eċċ. ta’ natura personali protetti mid-dritt għall-ħajja privata u mis-sigriet tal-korrispondenza.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jingħad li l-atti kontenzjużi huma miżuri intermedjarji fejn l-uniku għan huwa dak li tiġi ppreparata l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni finali b’applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE. Permezz ta’ dawn l-atti, il-Kummissjoni kkupjat ċerti files informatiċi li nstabu fl-ispezzjoni u kisbu spjegazzjonijiet fuq dokumenti preċiżi li nstabu wkoll fl-ispezzjoni sabiex tiġi vverifikata r-realità u l-portata ta’ sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ dritt li fir-rigward tagħhom hija kellha diġà informazzjoni, jiġifieri l-akkordju ssuspettat, sabiex tipprepara, jekk ikun il-każ, deċiżjoni finali dwar din is-sitwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 20(2)(ċ) u (e) tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li kemm it-teħid ta’ kull kopji jew ta’ estratti ta’ kull dokument professjonali, ikun xi jkun il-medja użat, tal-impriża kkonċernata minn spezzjoni ordnat skont l-Artikolu 20(4) tal-istess regolament kif ukoll it-talba lill-impjegati jew lir-rappreżentanti ta’ din l-impriża għal spjegazzjonijiet fuq dokumenti fir-rigward tas-suġġett u l-għan ta’ din l-ispezzjoni jammontaw għal miżuri ta’ implementazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha, l-ispezzjoni ġiet ordnata. Id-deċiżjoni ta’ spezzjoni stess tipprovdi li Nexans France kellha tawtorizza lill-ispetturi jikkupjaw dawn id-dokumenti professjonali kif ukoll li jagħtuhom fuq il-post <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>spjegazzjonijiet fuq is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (ara l-punt 3 iktar ’il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Hekk kif il-Kummissjoni ġustament sostniet, kull spezzjoni ordnata bis-saħħa tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 timplika selezzjoni ta’ dokumenti li għandhom jiġu eżaminati u, jekk ikun il-każ, li jiġu kkupjati kif ukoll selezzjoni ta’ domandi li għandhom jiġu mistoqsija lill-impjegati jew lir-rappreżentanti tal-impriżi kkonċernati li jirrigwardaw s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni. Issa, huwa bis-saħħa tad-deċiżjoni li tordna l-ispezzjoni li dawn l-impriżi huma marbuta jawtorizzaw lill-Kummissjoni tikkopja d-dokumenti inkwistjoni u li jawtorizzaw lill-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom li jfornu l-ispjegazzjonijiet mitluba, u mhux skont att ieħor distint adottat fl-ispezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Il-paragun tal-Artikolu 18(3) u tal-Artikolu 20(2)(ċ) u (e) tar-Regolament Nru 1/2003 jippermetti wkoll li jiġi kkunsidrat li l-kopja tad-dokumenti u t-talbiet għal spjegazzjonijiet li saru fl-ispezzjonijiet jammontaw għall-miżuri ta’ implementazzjoni tad-deċiżjonijiet li jordnaw spezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, huwa previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 li t-talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-impriżi skont din id-dispożizzjoni jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors awtonomu. Min-naħa l-oħra, xejn ma huwa indikat fir-Regolament Nru 1/2003 fir-rigward tal-ispjegazzjonijiet mitluba fl-ispezzjonijiet u tal-kopja tad-dokumenti mwettqa f’dawn.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li l-Kummissjoni tista’, skont dawn id-dispożizzjonijiet, titlob lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet tal-impriżi li jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja. Min-naħa l-oħra, bis-saħħa tal-Artikolu 20(2)(e) ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob biss spjegazzjonijiet fuq il-fatti jew dokumenti li jirrigwardaw is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>B’hekk għandu jiġi kkunsidrat li l-kopja ta’ kull dokument u l-ifformular ta’ kull domanda li saret fl-ispezzjoni ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala att separabbli mid-deċiżjoni li permezz tagħha l-ispezzjoni ġiet ordnata, iżda bħala miżuri ta’ implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li, hekk kif il-Kummissjoni sostniet, hija ma tistax tissanzjona lir-rikorrenti, peress li huma kienu rrifjutaw li jippermettulha tikkopja d-dokumenti inkwisjtoni u li tagħti risposta kompluta għad-domandi tal-ispetturi lis-Sur C, mingħajr ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1)(ċ) u (d) tar-Regolament Nru 1/2003. Din id-deċiżjoni, li hija distinta mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni kif ukoll mid-deċiżjoni finali adottata skont l-Artikolu 81(1) KE, tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors li fil-kuntest tiegħu l-Qorti Ġenerali tkun imġiegħla teżamina jekk il-kopja tad-dokumenti kkonċernati kif ukoll il-kisba tal-ispjegazzjonijiet mitluba mill-Kummissjoni skont l-atti kontenzjużi affettwaw id-drittijiet fundamentali għall-ħajja privata u għad-difiża tar-rikorrenti, hekk kif affermat minn dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Sabiex tissostanzja l-argument tagħhom li skont dan l-atti kontenzjużi jipproduċu effetti ġuridiċi obbligatorji ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tagħhom billi tbiddel b’mod distint is-sitwazzjoni ġuridika tagħhom u, sussidjarjament, jammontaw fihom infushom it-terminu aħħari ta’ proċedura speċjali distinta ta’ din li għandha tippermetti lill-Kummissjoni tiddeċidi fuq il-mertu skont il-ġurisprudenza prevista fil-punt 116 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti jinvokaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19820518">18 ta’ Mejju 1982</DATE>, AM &amp; S Europe vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="155/79" PAGE.ECR="1575" YEAR="1982">155/79, Ġabra p. 1575</REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-125/03+T-253/03" PAGE.ECR="II-3523" YEAR="2007">T-125/03 u T-253/03, Ġabra p. II-3523</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jingħad li r-rikorrenti fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi previsti fil-punt preċedenti kienu sostnew quddiem il-Kummissjoni li ċerti dokumenti li din tal-aħħar kienet talbiethom li jippreżentaw f’verifika ordnata skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u u [82 KE] tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08, Vol. 01, p. 3), jew sussegwentement għaliha, kienu koperti mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti. Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-qorti kkunsidrat li d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba għall-protezzjoni tad-dokumenti inkwistjoni jipproduċu effetti ġuridiċi fir-rigward tal-impriżi<?PAGE NO="21"?> kkonċernati, sa fejn huma jirrifjutaw il-benefiċċju ta’ protezzjoni prevista mid-dritt Komunitarju u għandha karattru definittiv u indipendenti mid-deċiżjoni finali li tikkonstata ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenza Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni, punt 127 iktar ’il fuq, punt 46; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza AM &amp; S Europe vs Il-Kummissjoni, punt 127 iktar ’il fuq, punti 27 u 29 sa 32).</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Iżda, ir-rikorrenti ma sostnewx fl-adozzjoni tal-atti kontenzjużi li d-dokumenti kkupjati mill-Kummissjoni jew l-informazzjoni miksuba minn din bis-saħħa ta’ dawn l-atti jibbenefikaw minn protezzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni simili għal dik mogħtija lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u l-klijenti. Meta l-Kummissjoni ddeċidiet li tikkopja dawn id-dokumenti u li titlob lir-rikorrenti li jfornu din l-informazzjoni, hija b’hekk ma adottatx deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ din il-protezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tad-dokumenti kkupjati fl-ispezzjoni, għandu jitfakkar li r-rikorrenti kkonservaw l-oriġinali, jew fil-forma kartaċja, jew fil-forma elettronika, u huma f’pożizzjoni li jkunu jafu n-natura u l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti. Minkejja dan, ir-rikorrenti ma identifikawx dokumenti preċiżi jew partijiet mid-dokumenti li jibbenefikaw minn protezzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti jillimitaw ruħhom li jsostnu li l-Kummissjoni ma kellhiex id-dritt li tikkopja dawn id-dokumenti sabiex jiġu eżaminati wara fl-uffiċċji tagħha. Skont ir-rikorrenti, huma kellhom jeżaminawhom fl-uffiċċji ta’ Nexans France, peress li l-Kummissjoni setgħet tieħu kopja biss tad-dokumenti rilevanti għall-investigazzjoni. B’hekk, hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti ma jatribwixxux lill-Kummissjoni li din ikkonsultat jew ikkupjat ċerti dokumenti speċifiċi protetti, iżda li eżaminathom fl-uffiċċji tagħha f’Brussell pjuttost milli fl-uffiċċji ta’ Nexans France u li kkonservathom sal-mument tal-eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-domandi li saru lis-Sur C fl-ispezzjoni, mill-proċess jirriżulta li r-rikorrenti, li kienu akkumpanjati mill-avukati tagħhom, ma mmanifestaw ebda oppożizzjoni li l-Kummissjoni tikseb l-informazzjoni mitluba. Fil-formulazzjoni ta’ dawn id-domandi, il-Kummissjoni b’hekk ma setgħetx tadotta deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ protezzjoni prevista mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-atti kontenzjużi ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala atti kontestabbli. Il-legalità ta’ dawn l-atti setgħet tiġi biss eżaminata, minbarra fil-kuntest ta’ rikors għal annullament imressaq kontra d-deċiżjoni li timponi sanzjoni prevista fil-punt 126 iktar ’il fuq, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat, jekk ikun il-każ, kontra d-deċiżjoni finali adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81(1) KE. Fil-fatt, l-istħarriġ ġudizzjarju fuq il-kundizzjonijiet li fihom seħħet spezzjoni jaqa’ taħt rikors għal annullament imressaq, jekk ikun il-każ, kontra d-deċiżjoni finali adottata mill-Kummissjoni taħt dik id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990420">20 ta’ April 1999</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-305/94+T-306/94+T-307/94+T-313/94+T-314/94+T-315/94+T-316/94+T-318/94+T-325/94+T-328/94+T-329/94+T-335/94" PAGE.ECR="II-931" YEAR="1999">T-305/94 sa T-307/94, T-313/94 sa T-316/94, T-318/94, T-325/94, T-328/94, T-329/94 u T-335/94, Ġabra p. II-931</REF.DOC.ECR>, punti 413 u 414).</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk ir-rikorrenti jqisu li l-atti li permezz tagħhom il-Kummissjoni ħadet kopja ta’ fajls informatiċi varji u ta’ ħard disk tal-kompjuter tas-Sur C sabiex jeżaminawhom wara fl-uffiċċji tagħha u talbet lil dawn spjegazzonijiet fuq dokumenti misjuba fl-ispezzjoni huma illegali u li kkawżawlhom dannu ta’ natura li jwassal għar-responsabbiltà tal-Unjoni, huma jistgħu jippreżentaw fir-rigward tal-Kummissjoni rikors għad-danni mhux kuntrattwali. Tali rikors ma jaqax taħt is-sistema ta’ stħarriġ tal-validità tal-atti tal-Unjoni li għandhom effetti ġuridiċi vinkolanti u li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, iżda huwa disponibbli meta parti tkun sofriet dannu minħabba aġir illegali ta’ istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-131/03 P" PAGE.ECR="I-7795" YEAR="2006">C-131/03 P, Ġabra p. I-7795</REF.DOC.ECR>, punti 82 u 83).</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>It-talbiet għal annullament tal-atti kontenzjużi għandhom b’hekk ikunu ddikjarati inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ u s-seba’ kapijiet ta’ talbiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Hekk kif ir-rikorrenti stess josservaw, permezz tar-raba’ sas-seba’ kapijiet ta’ talbiet tagħhom, huma għandhom bħala għan li l-Qorti Ġenerali tippronunċa ruħha fuq il-konsegwenzi eventwali tal-annullament tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni u tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>B’hekk, hekk kif il-Kummissjoni sostniet, ir-rikorrenti qegħdin jippruvaw jiksbu dikjarazzjoni fuq l-effetti tas-sentenza preżenti, li tkun tikkostitwixxi wkoll ordni fil-konfront tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżekuzzjoni tagħha. Issa, peress li l-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti, fil-kuntest tal-istħarriġ ta’ legalità abbażi tal-Artikolu 230 KE, sabiex tagħti sentenzi dikjaratorji (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20031209">9 ta’ Diċembru 2003</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-224/03" PAGE.ECR="I-14751" YEAR="2003">C-224/03, Ġabra p. I-14751</REF.DOC.ECR>, punti 20 sa 22) jew ordnijiet, anki jekk dawn jirrigwardaw il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi tagħha (digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19951026">26 ta’ Ottubru 1995</DATE>, Pevasa u Inpesca vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/94 P+C-200/94 P" PAGE.ECR="I-3709" YEAR="1995">C-199/94 P u C-200/94 P, Ġabra p. I-3709</REF.DOC.ECR>, punt 24), it-talba tar-rikorrenti għandha tiġi ddikjarata bħala manifestament inammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090204">4 ta’ Frar 2009</DATE>, Omya vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-145/06" PAGE.ECR="II-145" YEAR="2009">T-145/06, Ġabra p. II-145</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni għandha tiġi annullata sa fejn din tikkonċerna l-kejbils tal-elettriku barra minn dawk il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u ta’ taħt l-art kif ukoll il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra. Ir-rikors għandu jiġi miċħud għall-kumplament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafut tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew aktar tat-talbiet tagħhom, jew għal raġunijiet eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti essenzjalment tilfu fit-talbiet tagħhom, hemm lok li jiġi deċiż li r-rikorrenti jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="23"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 92/1, tad-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE>, li tordna lil Nexans SA u lill-impriżi kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża fosthom Nexans France SAS, sabiex tissuġġetta ruħha għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE], għandha tiġi annullata sa fejn din tikkonċerna l-kejbils tal-elettriku barra minn dawk il-kejbils tal-elettriku ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma u ta’ taħt l-art kif ukoll il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Nexans u Nexans France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Truchot</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq natura eċċessivament estiża u vaga tal-firxa ta’ prodotti kkonċernati mid-deċiżjoni ta’ spezzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq nuqqas ta’ preċiżjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-prodotti kkonċernati</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni lment, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kellha biss indizji suffiċjentement serji li jippermettu li tissuspetta ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mir-rikorrenti fis-settur tal-kejbils ta’ tensjoni għolja ta’ taħt l-ilma</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><?PAGE NO="24"?><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti, bbażata fuq il-portata ġeografika eċċessivament estiża tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tal-opinjoni legali annessa mar-replika</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ibbażata fuq ksur tal-Artikolu 5(3) u (7) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, li skont din l-opinjoni kontenzjuża ma tissostanzjax argumenti speċifikament imressqa fir-replika u li jikkontjenu spjegazzjonijiet li ma humiex ripetuti hawnhekk</ITEM.CONT><ITEM.REF>18</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tat-talbiet ta’ annullament tal-atti kontenzjużi</ITEM.CONT><ITEM.REF>18</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ u s-seba’ kapijiet ta’ talbiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>22</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>22</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>