|
11.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1245
tal-10 ta' Lulju 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
|
(2) |
Jenħtieġ li persuna waħda ma tibqax tinżamm fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (“il-lista”). |
|
(3) |
Jenħtieġ li tiżdied entità waħda mal-lista ta' entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(4) |
Jenħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-informazzjoni relatata ma' persuna waħda li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-Parti A (“Persuni”), l-elenkar tal-persuna li ġejja u l-entrata relatata huma mħassra:
|
|
2. |
Fil-Parti A (“Persuni”), l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
3. |
Fil-Parti B (“Entitajiet”), tiżdied l-entrata għall-entità li ġejja:
|