|
1.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 262/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 960/2008
tat-30 ta’ Settembru 2008
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jinħtieġu miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata d-data li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija ta’ l-istatistika stabbilita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħha. |
|
(3) |
Il-miżuri previsiti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif hemm speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
MODULU 1: L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI
1. Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2009, magħżula mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:
|
— |
Sistemi ta’ l-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi, |
|
— |
użu ta’ l-internet u netwerks elettroniċi mill-intrapriżi, |
|
— |
proċessi ta’ kummerċ elettroniku u ta’ negozju elettroniku. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta ma’ l-intrapriżi:
Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:
|
— |
L-użu tal-kompjuter. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
|
— |
(fakultattiv) perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa, |
|
— |
użu ta’ netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN), |
|
— |
użu ta’ home page interna (intranet), |
|
— |
użu ta’ extranet |
|
— |
użu ta’ esplojtazzjoni ħielsa jew b’sors miftuħ, bħal-Linux (jiġifieri bil-kodiċi tas-sors disponibbli, l-ebda spiża ta’ drittijiet ta’ l-awtur, u l-possibbiltà biex timmodifika u/jew tqassamha (mill-ġdid)), |
|
— |
użu ta’ teknoloġiji RFID. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN):
|
— |
użu ta’ aċċess bla wajers fin-netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw l-RFID:
|
— |
użu ta’ l-RFID għall-identifikazzjoni tal-prodott, |
|
— |
użu ta’ l-RFID għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-produzzjoni industrijali, |
|
— |
użu ta’ l-RFID għall-katina ta’ forniment u għas-sejba u l-ittraċċjar ta’ l-inventarju, |
|
— |
użu ta’ l-RFID għas-servizz u l-immaniġġjar taż-żamma ta’ informazzjoni jew l-immaniġġjar ta’ l-assi, |
|
— |
użu ta’ l-RFID għall-applikazzjonijiet ta’ pagamenti, |
|
— |
użu ta’ l-RFID għall-identifikazzjoni ta’ persuna jew il-kontroll ta’ aċċess. |
Użu ta’ l-internet u netwerks elettroniċi mill-intrapriżi
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
|
— |
aċċess għall-internet. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-internet:
|
— |
perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw kompjuters imqabbda mal-World Wide Web ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa, |
|
— |
konnessjoni ma’ l-internet: modem tradizzjonali jew ISDN, |
|
— |
konnessjoni ma’ l-internet: DSL, |
|
— |
konnessjoni ma’ l-internet: konnessjoni fissa oħra ma’ l-internet, |
|
— |
konnessjoni ma’ l-internet: konnessjoni bit-telefown ċellulari, |
|
— |
użu (fakultattiv) ta’ l-internet għal servizzi bankarji u finanzjarji, |
|
— |
użu (fakultattiv) ta’ l-internet għat-taħriġ u l-edukazzjoni, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’interazzjoni ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
|
— |
użu ta’ websajt. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ l-internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:
|
— |
użu ta’ l-internet għal ksib ta’ tagħrif minn websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
|
— |
użu ta’ l-internet għal ksib ta’ formoli mill-websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex jintbagħtu lura l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
|
— |
użu ta’ l-internet li jieħu ħsieb il-proċedura amministrattiva kollha b’mod elettroniku mingħajr ma jinħtieġ xogħol addizzjonali ta’ kitba, fis-sena kalendarja ta’ qabel, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex jintbagħtu l-proposti f’sistema elettronika ta’ l-offerti (kuntratti pubbliċi b’mod elettroniku), fis-sena kalendarja ta’ qabel. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt:
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: stqarrija speċifika dwar il-politika ta’ privatezza, siġill ta’ privatezza jew ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt, |
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: katalogi tal-prodotti jew listi tal-prezzijiet, |
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: possibbiltà għal viżitaturi biex jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti, |
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn, |
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: faċilità li tittraċċa l-ordni onlajn, |
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: kontenut personalizzat għal viżitaturi regolari/repetuti, |
|
— |
forniment (fakultattiv) tal-faċilità li ġejja: riklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjoni għal xogħol onlajn. |
Proċessi ta’ kummerċ elettroniku u negozju elettroniku
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
|
— |
użu ta’ skambju awtomatizzat ta’ data (ADE), definit bħala skambju ta’ messaġġi (eż. ordnijiet, fatturi, tranżazzjonijiet ta’ ħlas jew deskrizzjoni ta’ prodotti) permezz ta’ l-internet jew netwerks oħra bil-kompjuter f’format miftiehem li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tagħhom (eż. XML, EDIFACT eċċ.) mingħajr ma l-messaġġ individwali jkun ittajpjat manwalment, |
|
— |
tqassim elettroniku ta’ tagħrif dwar l-immaniġġjar tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri, |
|
— |
qsim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni ta’ l-inventarju ta’ l-immaniġġjar, |
|
— |
qsim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni ta’ l-immaniġġjar tal-kontijiet, |
|
— |
qsim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni ta’ l-immaniġġjar tal-produzzjoni jew servizzi, |
|
— |
qsim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tad-distribuzzjoni ta’ l-immaniġġjar, |
|
— |
qsim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jitwasslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni ta’ l-inventarju ta’ l-immaniġġjar, |
|
— |
qsim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jitwasslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni ta’ l-immaniġġjar tal-kontijiet, |
|
— |
użu ta’ pakkett ta’ softwer ERP biex jinqasam tagħrif dwar il-bejgħ u/jew xiri ma’ oqsma funzjonali interni (pereżempju, il-finanzi, l-ippjanar, it-tqegħid fis-suq), |
|
— |
użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tat-tagħrif dwar il-klijenti (l-hekk imsejjaħ CRM) biex issir jaqbad, jaħżen u jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju t-tagħrif dwar il-klijenti tagħhom, |
|
— |
użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-immaniġġjar ta’ tagħrif dwar il-klijenti (l-hekk imsejħa CRM) biex issir l-analiżi ta’ dan it-tagħrif dwar il-klijenti għal finijiet ta’ tqegħid fis-suq (iffissar tal-prezzijiet, promozzjoni tal-bejgħ, għażla tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, eċċ.), |
|
— |
użu ta’ firma diġitali fi kwalunkwe messaġġ mibgħut, jiġifieri metodi ta’ kodifikazzjoni li jiżguraw l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġ (marbut unikament ma’ u kapaċi jidentifika l-firmatarju u fejn kwalunkwe bidla fil-messaġġ tista’ tiġi osservata). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw skambju awtomatizzat tad-data:
|
— |
użu ta’ ADE biex: jintbagħtu l-ordnijiet lill-fornituri, |
|
— |
użu ta’ ADE biex: jiġu rċevuti invojsijiet elettroniċi, |
|
— |
użu ta’ ADE biex: jiġu rċevuti ordnijiet mill-klijenti, |
|
— |
użu ta’ ADE biex: jintbagħtu invojsijiet elettroniċi, |
|
— |
użu ta’ ADE biex: jintbagħat jew jiġi rċevut tagħrif dwar il-prodott, |
|
— |
użu ta’ ADE biex: jintbagħtu jew jiġu rċevuti dokumenti għat-trasport, |
|
— |
(fakultattiv) użu tal-format ADE: ibgħit ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet finanzjarji, |
|
— |
(fakultattiv) użu tal-format ADE: ibgħit jew twassil ta’ data lil/minn awtoritajiet pubbliċi. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:
|
— |
ordnaw permezz ta’ kompjuter netwerks, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
irċevew ordnijiet permezz ta’ kompjuter netwerks, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: prodotti jew servizzi mhux adatti għal kummerċ eletroniku, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: klijenti li ma jridux jixtru permezz ta’ kummerċ elettroniku, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: preokkupazzjonijiet ta’ sigurtà, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: problemi relatati mal-loġistika, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: inċertezza dwar il-qafas legali, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: kwistjonijiet tekniċi fl-implimentazzjoni tal-kummerċ elettroniku, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: ħtieġa biex u organizzati mill-ġdid il-proċessi ta’ negozju għal kummerċ elettroniku, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: esperjenzi negattivi waqt bejgħ elettroniku fl-imgħoddi, |
|
— |
(fakultattiv) problemi jew diffikultajiet għal kummerċ elettroniku: problemi lingwistiċi relatati ma’ kummerċ elettroniku internazzjonali. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu tagħrif dwar il-ġestjoni tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri:
|
— |
skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar l-inventarju, il-produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar it-tbassir tad-domanda, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-livelli ta’ l-inventarju, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni, |
|
— |
skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-progress tal-konsenji, |
|
— |
skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar l-inventarju, il-produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar it-tbassir tad-domanda, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-livelli ta’ l-inventarju, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni, |
|
— |
skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-progress tal-konsenji, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ websajts, |
|
— |
(fakultattiv) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew il-klijenti permezz ta’ skambju awtomatizzat ta’ data. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ kompjuter netwerks u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K ta’ l-NACE Rev. 2:
|
— |
perċentwali tal-bejgħ totali li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ kompjuter netwerks, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) perċentwali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) perċentwali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ skambju awtomatizzat ta’ data, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) perċentwali tal-bejgħ ta’ kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ skambju awtomatizzat ta’ data bl-użu ta’ l-internet, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) perċentwali tal-bejgħ ta’ kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ skambju awtomatizzat ta’ data bl-użu ta’ netwerks, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
bejgħ elettroniku b’destinazzjoni: fl-istess pajjiż, |
|
— |
bejgħ elettroniku b’destinazzjoni: f’pajjiżi oħra ta’ UE, |
|
— |
bejgħ elettroniku b’destinazzjoni: fil-bqija tad-dinja, |
|
— |
(fakultattiv) użu ta’ sistemi ta’ pagamenti onlajn għal bejgħ permezz ta’ websajts, |
|
— |
(fakultattiv) użu ta’ sistemi ta’ pagamenti offlajn għal bejgħ permezz ta’ websajts, |
|
— |
użu ta’ protokolli ta’ sigurtà (SSL/TLS) għal ordinijiet imwassla permezz ta’ l-internet, |
|
— |
(fakultattiv) effetti favorevoli ta’ l-adozzjoni ta’ bejgħ elettroniku: aċċess għal swieq ġodda, tkabbir fil-potenzjal tal-bejgħ, |
|
— |
(fakultattiv) effetti favorevoli ta’ l-adozzjoni ta’ bejgħ elettroniku: anqas spejjeż għat-tranżazzjoni, |
|
— |
(fakultattiv) effetti favorevoli ta’ l-adozzjoni ta’ bejgħ elettroniku: dħul akbar ta’ qligħ, |
|
— |
(fakultattiv) effetti favorevoli ta’ l-adozzjoni ta’ bejgħ elettroniku: effetti oħrajn. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet minn klijieti minn pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta’ kompjuter netwerks u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K ta’ l-NACE Rev. 2:
|
— |
(fakultattiv) bejgħ elettroniku b’destinazzjoni: il-pajjiż ta’ l-UE bl-akbar valur ta’ bejgħ elettroniku, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) bejgħ elettroniku b’destinazzjoni: il-pajjiż ta’ l-UE bit-tieni l-akbar valur ta’ bejgħ elettroniku, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
(fakultattiv) bejgħ elettroniku b’destinazzjoni: il-pajjiż ta’ l-UE bit-tielet l-akbar valur ta’ bejgħ elettroniku, fis-sena kalendarja preċedenti. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li bagħtu ordnijiet permezz ta’ kompjuter netwerks u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K ta’ l-NACE Rev. 2:
|
— |
perċentwali tal-valur tax-xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz ta’ kompjuter netwerks, fi klassijiet ta’ perċentwali, fis-sena kalendarja preċedenti ([0;1], [1;5], [5;10], [10;25], [25;50], [50;75], [75;100]), |
|
— |
xiri elettroniċi skond l-oriġini: fl-istess pajjiż, |
|
— |
xiri elettroniċi skond l-oriġini: f’pajjiżi oħra ta’ UE, |
|
— |
xiri elettroniċi skond l-oriġini: fil-bqija tad-dinja. |
(c) Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond ta’ l-intrapriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:
|
— |
l-attività ekonomika prinċipali għall-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
il-medja ta’ l-għadd ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
lokalità fis-sens ta’ reġjun ta’ konverġenza/nuqqas ta’ konverġenza, fis-sena kalendarja preċedenti. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:
|
— |
xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti, |
|
— |
dħul totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti. |
2. Kopertura
Il-karatteristiċi speċifiċi fl-intestaturi 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati fl-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, tad-daqs ta’ intrapriża li ġej u bl-ambitu ġeografiku li ġej.
(a) Attività ekonomika: intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:
|
Kategorija NACE |
Deskrizzjoni |
|
Taqsima C |
“Manifattura” |
|
Taqsima D, E |
“Elettriċità, gass u fwar, provvista ta’ l-ilma, immaniġġjar ta’ dranaġġ u ta’ skart” |
|
Taqsima F |
“Kostruzzjoni” |
|
Taqsima G |
“Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi” |
|
Taqsima H |
“Trasport u ħażna” |
|
Taqsima I |
“Akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizz ta’ l-ikel” |
|
Taqsima J |
“Tagħrif u komunikazzjoni” |
|
Klassijiet 64.19, 64.92, 66.12 u 66.19 Gruppi 65.1 u 65.2 |
“Attivitajiet finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni” |
|
Taqsima L |
“Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli” |
|
Diviżjonijiet 69-74 |
“Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi” |
|
Taqsima N |
“Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn” |
(b) Daqs ta’ l-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod fakultattiv.
(c) Ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.
3. Perjodi ta’ referenza
Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2008 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2009 għall-karatteristiċi l-oħra.
4. Tqassim
Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jingħataw il-karatteristiċi bl-isfond li ġejjin.
(a) Tqassim ta’ l-attività ekonomika: skond l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:
Aggregazzjoni NACE Rev. 2 għal kalkolu possibbli ta’ l-aggregati nazzjonali
|
|
10-18 |
|
|
19-22 |
|
|
23-25 |
|
|
26-33 |
|
|
35-39 |
|
|
41-43 |
|
|
45-47 |
|
|
49-53 |
|
|
55 |
|
|
56 |
|
|
58-63 |
|
|
64.19 + 64.92 + 65.1 + 65.2 + 66.12 + 66.19 |
|
|
68 |
|
|
69-74 |
|
|
77-82 |
|
|
79 |
Aggregazzjoni NACE Rev. 2 għal kalkolu possibbli ta’ l-aggregati Ewropej
|
|
10-12 |
|
|
13-15 |
|
|
16-18 |
|
|
26 |
|
|
27-28 |
|
|
29-30 |
|
|
31-33 |
|
|
45 |
|
|
46 |
|
|
47 |
|
|
58-60 |
|
|
61 |
|
|
62-63 |
|
|
64.19 + 64.92 |
|
|
65.1 + 65.2 |
|
|
66.12 + 66.19 |
|
|
77-78 + 80-82 |
Id-data għandha tipprovdi tqassim permezz ta’ l-aggregati NACE Rev. 11 rispettivi sabiex tiġi stabbilita l-komparabilità ta’ data bejn iż-żewġ verżjonijiet tal-klassifikazzjoni ta’ attività ekonomika.
Aggregazzjoni NACE
|
|
DA + DB + DC + DD + DE |
|
|
DF + DG + DH |
|
|
DI + DJ |
|
|
DK + DL + DM + DN |
|
|
45 |
|
|
50 |
|
|
51 |
|
|
52 |
|
|
55.1 + 55.2 |
|
|
60 + 61 + 62 + 63 |
|
|
64 |
|
|
65.12 + 65.22 |
|
|
66.01 + 66.03 |
|
|
72 |
|
|
70 + 71 + 73 + 74 |
|
|
92.1 + 92.2 |
Jekk kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għall-kategoriji fakultattivi NACE Rev. 1.1.
Aggregazzjoni NACE
|
|
22 |
|
|
40+41 |
|
|
55.3+55.4+55.5 |
|
|
92.3 sa 92.7 |
|
|
93 |
|
|
67.12 + 67.13 + 67.2 |
(b) Tqassim tad-daqs tal-klassi: id-data għandha titqassam skond il-klassijiet tad-daqs li ġejjin ta’ l-għadd ta’ persuni impjegati.
Daqs tal-klassi
|
|
10 persuni impjegati jew aktar |
|
|
10 sa 49 persuni impjegati |
|
|
50 sa 249 persuna impjegati |
|
|
250 persuna impjegati jew aktar |
Jekk kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għal intrapriżi li għandhom anqas minn 10 persuni impjegati. (Il-karatteristiċi għandhom jiġu pprovduti għal klassijiet ta’ daqs “B’anqas minn 5 persuni impjegati” u “b’5 jew 9 persuni impjegati” b’mod fakultattiv.)
Daqs tal-klassi
|
|
Anqas minn 10 persuni impjegati (fakultattiv) |
|
|
Anqas minn 5 persuni impjegati (fakultattiv) |
|
|
5 sa 9 persuni impjegati (fakultattiv) |
(c) Tqassim ġeografiku: id-data għandha tiġi mqassma fil-gruppi reġjonali li ġejjin:
Grupp Reġjonali
|
|
Reġjuni ta’ konverġenza |
|
|
Reġjuni mhux ta’ konverġenza |
5. Perjodiċità
Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2009.
6. Limiti ta’ żmien
(a) Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2009. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dataset għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.
(b) Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2009. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.
(c) Ir-rapport dwar kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2009. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.
ANNESS II
MODULU 2: INDIVIDWI, DJAR U S-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI
1. Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2009, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:
|
— |
aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fid-djar, |
|
— |
użu ta’ l-internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji, |
|
— |
kompetenza ta’ l-ICT, |
|
— |
ostakli għall-użu ta’ l-ICT u l-internet. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:
Aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fid-djar
Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar kollha:
|
— |
aċċess għal kompjuter id-dar, |
|
— |
aċċess għall-internet id-dar, sew jekk jintuża sew jekk le. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar b’aċċess għall-internet id-dar:
|
— |
strumenti wżati biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: kompjuter desktop, |
|
— |
strumenti wżati biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: kompjuter li jista’ jinġarr (laptop), |
|
— |
strumenti wżati biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: strumenti mobbli oħrajn, |
|
— |
(fakultattiv) strumenti wżati għall-aċċess għall-internet mid-dar: permezz ta’ telefown ċellulari li jista’ jaqbad ma’ i-Internet, |
|
— |
(fakultattiv) strumenti wżati għall-aċċess għall-internet mid-dar: permezz ta’ kompjuter miżmum bl-idejn, |
|
— |
strumenti wżati biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: sett tat-TV bi strument speċifiku għall-internet, |
|
— |
strumenti wżati biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: console għal-logħob, |
|
— |
strumenti wżati biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: mhux magħruf, |
|
— |
tip ta’ konnessjoni wżata biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: modem jew ISDN, |
|
— |
tip ta’ konnessjoni wżata biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL), |
|
— |
tip ta’ konnessjoni wżata biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: konnessjoni broadband oħra (eż. kejbil, UMTS), |
|
— |
tip ta’ konnessjoni wżata biex jinkiseb aċċess għall-internet fid-dar: telefown ċellulari fuq in-narrowband (GPRS, eċċ.). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:
|
— |
l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter fid-dar, fix-xogħol jew f’post ieħor (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża kompjuter). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:
|
— |
frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar), |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar), |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor (eż. f’librerija pubblika, lukanda, ajruport, internet kafè). |
Użu ta’ l-internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:
|
— |
l-aktar użu reċenti ta’ l-internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża l-internet). |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu wżaw l-internet:
|
— |
l-aktar attività ta’ kummerċ bl-internet reċenti għal użu privat (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex issir imħatra (eż. imħatra fuq sports) jew logħob ta’ l-ażżard jew lottu f’dawn l-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
(fakultattiv) għarfien tad-drittijiet fondamentali tal-konsumaturi fl-UE fir-rigward ta’ xiri onlajn ta’ oġġetti mill-internet (esklużi l-irkantijiet): tħassir ta’ xiri u dritt għal rimborż fi żmien qasir għal biċċa l-kbira ta’ l-oġġetti, |
|
— |
(fakultattiv) għarfien tad-drittijiet fondamentali tal-konsumaturi fl-UE fir-rigward ta’ xiri onlajn ta’ oġġetti mill-internet (esklużi l-irkantijiet): twassil ta’ l-oġġetti fi żmien massimu ta’ 30 ġurnata wara li ssir l-ordni (sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor fil-kuntratt bejn iż-żewġ partijiet), |
|
— |
(fakultattiv) għarfien tad-drittijiet fondamentali tal-konsumaturi fl-UE fir-rigward ta’ xiri onlajn ta’ oġġetti mill-internet (esklużi l-irkantijiet): privatezza u protezzjoni tad-data (eż. l-għoti tal-kunsens għall-ipproċessar ta’ data li jmur lilhinn mill-ordni u mir-rekwiżiti ta’ ħlas), |
|
— |
(fakultattiv) għarfien tad-drittijiet fondamentali tal-konsumaturi fl-UE fir-rigward ta’ xiri onlajn ta’ oġġetti mill-internet (esklużi l-irkantijiet): dritt li wieħed jiġi informat dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali, |
|
— |
(fakultattiv) għarfien tad-drittijiet fondamentali tal-konsumaturi fl-UE fir-rigward ta’ xiri onlajn ta’ oġġetti mill-internet (esklużi l-irkantijiet): ebda wieħed minn dawn ta’ hawn fuq. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:
|
— |
frekwenza medja ta’ użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar), |
|
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar, |
|
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar), |
|
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim, |
|
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor, |
|
— |
fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: librerija pubblika, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju tal-posta, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju pubbliku, muniċipju jew aġenzija tal-gvern, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: għaqda tal-komunità jew volontarja, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: internet kafè, |
|
— |
(fakultattiv) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: hotspot (f’lukandi, ajruporti, postijiet pubbliċi eċċ.), |
|
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet: telefown ċellulari, |
|
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet: telefown ċellulari permezz tal-GPRS, |
|
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet: telefown ċellulari permezz tal-UMTS, HSDPA (3G, 3G+), |
|
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet: kompjuter ta’ l-id (palmtop, PDA), |
|
— |
użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet: kompjuter li jista’ jinġarr (laptop) permezz ta’ konnessjoni bla wajers mhux mid-dar jew mix-xogħol, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-e-mails, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati minn fuq l-internet, telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-internet, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat messaġġi fuq chat sites, blogs, newsgroups jew forum ta’ diskussjoni onlajn, l-użu ta’ l-ibgħit instantanju ta’ messaġġi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar oġġetti u servizzi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta ma’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju u/jew jara t-televixin fuq il-web, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ kontenut maħluq minnu stess (test, stampi, ritratti, vidjos, mużika eċċ.) fi kwalunkwe websajt biex jitqassam, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel softwer (ħlief softwer tal-logħob), |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jilgħab jew jiddawnlowdja l-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex xogħol jew jibgħat applikazzjoni għal xogħol, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar is-saħħa, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-użu ta’ servizzi bankarji fuq l-internet, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ rkantijiet, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar offerti edukattivi, ta’ taħriġ jew ta’ korsijiet, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jagħmel kors onlajn (fi kwalunkwe suġġett), |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikkonsulta l-internet għall-fini ta’ tagħlim, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi, |
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li wżaw l-internet fl-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex ifittxu tagħrif dwar oġġetti jew servizzi:
|
— |
(fakultattiv) it-tagħrif intuża biex jinxtraw oġġetti jew servizzi, |
|
— |
(fakultattiv) it-tagħrif intuża biex isir xiri bl-internet. |
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jaqraw jew iniżżlu aħbarijiet, gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn:
|
— |
użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti jew rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn li l-individwu jkun abbona għalihom biex jirċivihom regolarment. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw l-internet għal attivitajiet kummerċjali bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna films jew mużika fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament għal films: jekk ġew ikkunsinjati onlajn; għandu jiġi rapportat separatament għal mużika: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna kotba, rivisti, gazzetti jew materjal ta’ tagħlim elettroniku fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna softwer għal logħob bil-kompjuter u upgrades f’dawn l-aħħar tnax-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ softwer għal-kompjuter u upgrades: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna kompjuter softwer u upgrades f’dawn l-aħħar tnax-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ softwer għal logħob bil-kompjuter u upgrades: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex jiġu ordnati servizzi ta’ telekomunikazzjoni (eż. TV, abbonament fi broadband, abbonament f’linja fissa jew telefown ċellulari, tqegħid ta’ flus f’kards telefoniċi mħallsa minn qabel), |
|
— |
użu ta’ l-internet għax-xiri ta’ ishma, polzi ta’ assigurazzzjoni u servizzi finanzjarji oħra fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet għal akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna arranġamenti oħra ta’ vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta’ karozza, eċċ.; għandu jiġi rapportat separatament ma’ biljett għal avvenimenti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar 12-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament mal-biljetti għall-ivvjaġġar: jekk ġew ikkunsinjati onlajn), |
|
— |
użu ta’ l-internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar tnax-il xahar, |
|
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa nazzjonali, |
|
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn ta’ l-UE, |
|
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa mill-bqija tad-dinja, |
|
— |
oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar: il-pajjiżi ta’ l-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf, |
|
— |
(fakultattiv) għadd ta’ ordnijiet jew oġġetti jew servizzi mixtrija bl-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (1-5 ordnijiet/xirjiet; bejn >5 u 10 ordnijiet/xirjiet, >10 ordnijiet/xirjiet; mhux magħruf), |
|
— |
(fakultattiv) valur totali ta’ l-oġġetti jew is-servizzi (minbarra ishma jew servizzi finanzjarji oħrajn) mixtrija bl-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (ammont f’valuta nazzjonali jew fi klassijiet, jekk l-ewro hi l-valuta nazzjonali: anqas minn 50 ewro, minn 50 ewro sa anqas minn 100 ewro, minn 100 sa anqas minn 500 ewro, minn 500 sa anqas minn 1 000 ewro, 1 000 ewro jew aktar; mhux magħruf), |
|
— |
metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar: l-għoti ta’ dettalji dwar kards ta’ kreditu jew debitu bl-internet, |
|
— |
metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar: l-għoti bl-internet ta’ dettalji dwar kard imħallsa minn qabel jew kont imħallas minn qabel, |
|
— |
metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar: trasferiment bankarju b’mod elettroniku permezz ta’ l-ibbankjar bl-internet, |
|
— |
metodu ta’ ħlas għal oġġetti jew servizzi ordnati bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar: pagament mhux permezz ta’ l-internet (fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju ordinarju, eċċ.), |
|
— |
problemi ffaċċjati f’dawn l-aħħar tnax-il xahar waqt xiri jew l-ordni ta’ oġġetti jew servizzi bl-internet għal użu privat irrispettivament mit-tip ta’ problema, |
|
— |
għażla uża’ ta’ oġġetti jew servizzi hi r-raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (imporanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
prezzijiet orħos hi r-raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
websajt li faċilment tuża hi r-raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
konvenjenza (eż. anqas konsum ta’ ħin, xiri fil-ħin li trid, transkonfinali) hi raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
opportunità li tixtri prodotti li ma jinstabux fiż-żona jew reġjun hi raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
ċertifika ta’ kwalità ta’ servizzi tal-websajts minn entità indipendenti jew disponibilità ta’ marka ta’ fiduċja magħrufa hi raġuni għal ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
klassifika ta’ opinjonijiet u informazzjoni mogħtija lura hi r-raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
ċertezza dwar id-drittijiet u l-garanziji legali hi r-raġuni għall-ordni ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ l-internet għal finijiet privati (importanti ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn), |
|
— |
kondizzjonijiet ta’ bejgħ li jinqraw waqt ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi bl-internet għal użu privat (dejjem; xi kultant; qatt). |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw l-internet għal attivitajiet kummerċjali bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal xiri ta’ mediċina:
|
— |
(fakultattiv) attivitajiet kummerċjali bl-internet għal ordni ta’ mediċina b’riċetta, |
|
— |
(fakultattiv) attivitajiet kummerċjali bl-internet għal ordni ta’ mediċina mingħajr riċetta. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw l-internet għal attivitajiet kummerċjali għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar u li ffaċċjaw kwalunkwe problema fil-kummerċ bl-internet:
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: ħsara teknika fil-websajt waqt l-ordni jew il-ħlas, |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: diffikultajiet biex jinsab tagħrif dwar garanziji u drittijiet legali oħra, |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: veloċità ta’ twassil aktar baxxa minn dak indikat, |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: spejjeż finali ogħla minn dawk indikati (eż. pustaġġ ogħla, ħlas mhux mistenni għat-tranżazzjoni), |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: twassil ta’ oġġetti mhux ordnati jew li saritilhom ħsara, |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: problemi ta’ frodi li wieħed seta’ ltaqa’ magħhom (eż. ma ntbagħat ebda jew ma ngħata ebda oġġett/servizz, użu ħażin ta’ detalji tal-kard ta’ kreditu), |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: diffikultà dwar ilment jew rimborż jew ebda tweġiba ta’ sodisfazzjoni wara lment, |
|
— |
problemi ffaċċjati fil-kummerċ bl-internet: oħrajn. |
Kompetenza fl-ICT
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:
|
— |
(fakultattiv) l-aktar kors ta’ taħriġ reċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma ħadt kors), |
|
— |
ħiliet fil-kompjuter ta’ kkuppjar jew ċaqliq ta’ fajl jew fowlder, |
|
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ l-għodda ta’ kkuppjar u ppejstjar jew ċaqliq ta’ informazzjoni fi ħdan dokument, |
|
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ formoli ta’ aritmetika bażiċi ġewwa spreadsheet, |
|
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-ikkompressar (jew iżżippjar) ta’ fajls, |
|
— |
ħiliet fil-kompjuter għall-konnessjoni jew installazzjoni ta’ strumenti ġodda, eż. printer jew modem, |
|
— |
ħiliet fil-kompjuter fil-kitba ta’ programmi tal-kompjuter bl-użu ta’ lingwa speċjalizzata ta’ pprogrammar. |
Xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-internet.
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal familji b’aċċess għall-internet fid-dar, iżda mhux permezz ta’ kollegament broadband:
|
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-internet permezz ta’ broadband: għali wisq, |
|
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-internet permezz ta’ broadband: ebda ħtieġa, |
|
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-internet permezz ta’ broadband: ma jinstabx fiż-żona tiegħi, |
|
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-internet permezz ta’ broadband: għandi aċċess broadband band’oħra (eż. fuq ix-xogħol), |
|
— |
xkiel għall-aċċess mid-dar għall-internet permezz ta’ broadband: ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn. |
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu wżaw l-internet iżda dan ma għamluhx għal attivitajiet ta’ kummerċ bl-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: ebda ħtieġa, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: preferenza għal xiri li jsir fuq il-post, aħjar wieħed jara l-prodott, lealtà lejn il-ħwienet, bħala drawwa, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: tagħrif rilevanti dwar oġġetti u servizzi li hu diffiċli li jinstab fil-websajt, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: nuqqas ta’ ħiliet, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: it-twassil ta’ l-oġġetti ordnati bl-internet hu problema (eż. jieħu wisq ħin jew diffiċli mil-lat loġistiku), |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: preokkupazzjonijiet minħabba s-sigurtà li tinvolvi l-ħlas (eż. l-għoti tad-dettalji tal-kard ta’ kreditu bl-internet), |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: preokkupazzjonijiet minħabba l-privatezza (eż. l-għoti tad-dettalji personali bl-internet), |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: preokkupazzjonijiet dwar il-fiduċja li wieħed jirċievi jew li jibgħat lura oġġetti, preokkupazzjonijiet dwar ilmenti jew rimborż, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: ebda kard ta’ pagament li biha jista’ jsir ħlas bl-internet, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: veloċità tal-konnessjoni ta’ l-internet hi baxxa wisq, |
|
— |
ostakli għal kummerċ bl-internet: oħrajn. |
2. Kopertura
(a) L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom ta’ l-anqas membru wieħed fil-grupp b’età bejn 16 u 74.
(b) L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw individwi li huma individwi b’età bejn 16 u 74.
(c) L-ambitu ġeografiku għandu jkopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.
3. Perijodu ta’ referenza
Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart ta’ l-2009.
4. Tqassim
(a) Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
|
— |
reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skond il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1), |
|
— |
(fakultattiv) reġjun ta’ residenza skond il-klassifikazzjoni NUTS2, |
|
— |
lokalità ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ konverġenza (inklużi reġjuni għal tneħħija gradwali); għixien f’kompetizzjoni reġjonali u reġjuni ta’ impjiegi, |
|
— |
grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa, |
|
— |
tip ta’ familja: għadd ta’ membri fil-familja (irid jinġabar separatament: għadd ta’ tfal taħt is-16), |
|
— |
(fakultattiv) dħul nett fix-xhar tal-familja (jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-kwartili). |
(b) Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu ma’ individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
|
— |
reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skond il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1), |
|
— |
(fakultattiv) reġjun ta’ residenza skond il-klassifikazzjoni NUTS2, |
|
— |
lokalità ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ konverġenza (inklużi reġjuni għal tneħħija gradwali); għixien f’kompetizzjoni reġjonali u reġjuni ta’ impjiegi, |
|
— |
grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa, |
|
— |
sess: maskili; mara, |
|
— |
età (trid tinġabar bħala valur jew bl-użu tal-gruppi ta’ l-età): taħt is-16 (fakultattiv); 16 sa 24; 25 sa 34; 35 sa 44; 45 sa 54; 55 sa 64; 65 sa 74; ’il fuq minn 74 (fakultattiv), |
|
— |
l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum skond il-Klassifikazzjoni ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Livelli Edukattivi (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6), |
|
— |
sitwazzjoni ta’ l-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu inklużi dawk ħaddiema tal-familja; bla xogħol; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol, |
|
— |
impjieg skond il-Klassifika ta’ l-Istandards ta’ l-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-88): ħaddiema ta’ l-idejn, ħaddiema mhux ta’ l-idejn; ħaddiema ta’ l-ICT, ħaddiema mhux ta’ l-ICT. |
5. Perjodiċità
|
— |
Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2009. |
6. Skadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati
(a) Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2009. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dataset għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.
(b) Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2009. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.
(c) Ir-rapport dwar kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2009. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.