|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/338 |
19.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/338
tat-18 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent, l-okkupazzjoni jew l-annessjoni illegali mill-Federazzjoni Russa ta’ ċerti żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 (1). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna deċiża tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-impenn sod tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku kontinwu lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. |
|
(3) |
Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b’mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni. |
|
(4) |
Abbażi ta’ rieżami, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 tiġġedded sal-24 ta’ Frar 2026. |
|
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/266, id-data “24 ta’ Frar 2025” hija sostitwita bid-data “24 ta’ Frar 2026”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent, l-okkupazzjoni jew l-annessjoni illegali mill-Federazzjoni Russa ta’ ċerti żoni tal-Ukrajna mhux ikkontrollati mill-gvern (ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/266/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/338/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)