13.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1466

tat-12 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1) li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi.

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2020. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sas-16 ta’ Ottubru 2021 u jenħtieġ li tiġi aġġornata entrata waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 2 u 3, kif stabbilit fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2021. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25).


ANNESS

L-entrata Nru 5 fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 2 u 3 taħt is-subtitolu “A. Persuni fiżiċi”, kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

“5. Said SAID

magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa’id Sa’id,

Image 1

Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000) tal-SSRC;

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 11 ta’ Diċembru 1955

Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019”.