<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-186/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0186</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:317">EU:T:2020:317</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
<HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200708">8.7.2020</DATE> – Kawża T‑186/19 [ESTRATTI]</HT>
<HT TYPE="SC">Zubedi vs Il-Kunsill</HT>
<HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)
<DATE ISO="20200708">8 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001">
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.
</NOTE>
Fil-Kawża T‑186/19,
</JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS>
<HT TYPE="BOLD">Khaled Zubedi</HT>, residenti f’Damascus (is-Sirja), irrappreżentat minn M. Lester, QC, u M. O’Kane, solicitor,
<PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS>
<HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn V. Piessevaux u A. Limonet, bħala aġenti,
<PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES>
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 13) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 4) sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent,
<PREAMBLE><PREAMBLE.INIT>
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn S. Gervasoni, President, L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
<HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002">
Qegħdin jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.
</NOTE></HT>
<HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20151012">12 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1836 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="75" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 266, p. 75</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="42" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 336, p. 42</REF.DOC.OJ>). Fl-istess jum, huwa adotta r-Regolament (UE) 2015/1828 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 266, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-premessa 6 tad-Deċiżjoni 2015/1836, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[i]l-Kunsill ivvaluta li minħabba l-kontroll strett eżerċitat fuq l-ekonomija mir-reġim Sirjan, ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja jistgħu biss iżommu l-istatus tagħhom minħabba li jgawdu minn assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u mill-appoġġ tiegħu, u billi għandhom influwenza fi ħdanu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>l-Kunsill iqis li għandu jipprevedi miżuri restrittivi biex jimponi restrizzjonijiet fuq id-dħul u jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati minn dawk in-negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja, kif identifikati mill-Kunsill u elenkati fl-Anness I, sabiex ma jħallihomx jipprovdu appoġġ materjali jew finanzjarju lir-reġim u, permezz tal-influwenza tagħhom, tiżdied il-pressjoni fuq ir-reġim innifsu biex ibiddel il-politiki ta’ repressjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255 ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2015/1836. Dawn l-artikoli jipprevedu issa restrizzjonijiet għad-dħul jew għat-tranżitu fuq it-territorju tal-Istati Membri kif ukoll l-iffriżar tal-fondi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> sakemm ma jkunx hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>biżżejjed informazzjoni li [dawn il-persuni] m’humiex, jew m’għadhomx, assoċjati mar-reġim jew ma jeżerċitawx influwenza fuqu jew ma joħolqux riskju reali ta’ ċirkomvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT>
</TI><STI>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ 50 % f’Zub[e] u [Kalai] LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u għal liema r-reġim ta ftehim ta’ 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. F’din il-kapaċità huwa marbut ma’ Nader [Kalai]. Khaled al-Zub[e] jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ dan is-sehem fl-iżvilupp ta’ Grand Town.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>
</QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan għandu jiġi dedott li r-rikorrent ġie inkluż fil-listi inkwistjoni minħabba, l-ewwel nett, l-istatus tiegħu ta’ negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja u, it-tieni nett, ir-rabta tiegħu mar-reġim Sirjan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent hija bbażata, minn naħa, fuq il-kriterju ddefinit fil-paragrafu 2(a), tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 2013/255 u fil-paragrafu (1a) tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 36/2012 (kriterju ta’ negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja) u, min-naħa l-oħra, fuq il-kriterju ddefinit fil-paragrafu (1) tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 28 tal-imsemmija deċiżjoni u fil-paragrafu (1a) tal-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament (kriterju ta’ assoċjazzjoni mar-reġim).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandu jiġi eżaminat il-motiv uniku mqajjem mir-rikorrent u, qabelxejn, l-ewwel ilment, li huwa intiż, essenzjalment, li jikkontesta l-ewwel raġuni għal inklużjoni, jiġifieri li r-rikorrent huwa negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrent jammetti li huwa negozjant, iżda jikkontesta li huwa negozjant <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ewlieni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> u, f’dan ir-rigward, li jagħmel parti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li l-Kunsill kien obbligat juri l-eżistenza ta’ rabta bejnu u r-reġim Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza li fuqha jibbaża ruħu r-rikorrent ingħatat f’kuntest leġiżlattiv differenti minn dak eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-atti kkontestati. B’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Anbouba vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:248">EU:C:2015:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li kienet tobbliga lill-Kunsill jipproduċi quddiem il-qorti tal-Unjoni sensiela ta’ indizji, preċiżi u konkordanti, li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn il-persuna suġġetta għal miżura ta’ ffriżar tal-fondi tagħha u r-reġim li kontrih tkun qiegħda tittieħed azzjoni, kienet taqa’ f’kuntest leġiżlattiv speċifiku, jiġifieri dak li jirriżulta mid-Deċiżjoni 2013/255 qabel l-emenda tagħha fl‑2015 bid-Deċiżjoni 2015/1836, fejn l-uniċi kriterji li kienu jeżistu għall-inklużjoni tal-isem ta’ persuna fil-listi inkwistjoni kienu, preċiżament, ir-rabtiet stretti mar-reġim Sirjan, l-appoġġ ta’ dan tal-aħħar u/jew il-benefiċċju miksub minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni seħħet fil-kuntest leġiżlattiv tad-Deċiżjoni 2013/255 kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836. Għal dan il-għan, id-Deċiżjoni 2015/1836 b’mod partikolari introduċiet bħala kriterju ta’ inklużjoni oġġettiv, awtonomu u suffiċjenti dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, b’tali mod li l-Kunsill ma għadux obbligat li juri l-eżistenza ta’ rabta bejn din il-kategorija ta’ persuni u r-reġim Sirjan, u lanqas bejn din il-kategorija ta’ persuni u l-appoġġ mogħti lil dan ir-reġim jew il-benefiċċju miksub minn dan tal-aħħar, billi l-fatt li wieħed ikun negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja huwa suffiċjenti għall-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni fir-rigward ta’ persuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑540/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:707">EU:C:2019:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Sharif vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:216">EU:T:2019:216</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> (mhux ippubblikati), u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Haswani vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑231/15 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:589">EU:T:2019:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li mill-kriterju dwar il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> setgħet tiġi dedotta preżunzjoni konfutabbli ta’ rabta mar-reġim Sirjan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Sharif vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:216">EU:T:2019:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Haswani vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑231/15 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:589">EU:T:2019:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din il-preżunzjoni tapplika meta l-Kunsill ikun f’pożizzjoni li juri li l-persuna hija mhux biss negozjant li jopera fis-Sirja, iżda wkoll li hija tista’ tiġi kklassifikata bħala ewlenija. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-kliem tal-premessa 6 tad-Deċiżjoni 2015/1836, kif imfakkar fil-punt 9 iktar ’il fuq, hija l-influwenza li din il-kategorija ta’ persuni tista’ teżerċita fuq ir-reġim Sirjan li l-Kunsill għandu l-intenzjoni li jisfrutta billi jġegħelhom, permezz tal-miżuri restrittivi li jadotta fir-rigward<?PAGE NO="4"?> tagħhom, jagħmlu pressjoni fuq ir-reġim Sirjan sabiex jibdel il-politika ta’ repressjoni tiegħu. Għalhekk, peress li l-Kunsill irnexxielu juri l-influwenza li negozjant jista’ jeżerċita fuq l-imsemmi reġim, ir-rabta bejn l-imsemmija persuna u r-reġim Sirjan hija preżunta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-osservanza tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova fil-qasam ta’ miżuri restrittivi mill-Qorti Ġenerali timplika li din tal-aħħar tosserva l-prinċipju stabbilit mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 31 iktar ’il fuq u mfakkar mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:707">EU:C:2019:707</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jipprovdi li, essenzjalment, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-istituzzjoni fil-każ ta’ kontestazzjoni tal-fondatezza tar-raġunijiet għal inklużjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet għalhekk li l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ informazzjoni suffiċjenti, fis-sens tal-Artikolu 27(3) u tal-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni 2013/255, li tindika li r-rikorrent ma kienx, jew ma kienx għadu, marbut mar-reġim Sirjan, li huwa ma kien jeżerċita ebda influenza fuqu u li ma huwiex assoċjat ma’ riskju reali ta’ evitar tal-miżuri restrittivi adottati fir-rigward ta’ dan ir-reġim ma kienx jaqa’ fuq ir-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Makhlouf vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑458/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:441">EU:C:2018:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑540/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:707">EU:C:2019:707</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma jistax jiġi impost fuq ir-rikorrent livell ta’ prova eċċessiv sabiex jikkonfuta l-preżunzjoni ta’ rabta mar-reġim Sirjan. Għalhekk, ir-rikorrent għandu jiġi kkunsidrat li rnexxielu jikkonfuta l-imsemmija preżunzjoni jekk isostni argumenti jew provi li jistgħu jikkontestaw serjament l-affidabbiltà tal-provi prodotti mill-Kunsill jew l-evalwazzjoni tagħhom, b’mod partikolari fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 27(3) u mill-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni 2013/255, jew jekk huwa jipproduċi quddiem il-qorti tal-Unjoni sensiela ta’ indizji tal-ineżistenza jew tal-għajbien tar-rabta mal-imsemmi reġim, tal-assenza ta’ influwenza fuq l-imsemmi reġim jew tal-assenza ta’ assoċjazzjoni ma’ riskju reali ta’ evitar ta’ miżuri restrittivi, skont l-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 28(3) ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrent madankollu ma rnexxilux jikkonfuta l-preżunzjoni ta’ rabta mar-reġim Sirjan. Fil-fatt, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-ewwel ilment, ir-rikorrent ma ppreżenta l-ebda argument jew element li jippermetti li tiġi ddubitata l-affidabbiltà tal-provi prodotti mill-Kunsill jew l-evalwazzjoni tagħhom, u lanqas ma rrefera għall-ebda indizju konkret li jippermetti lill-Qorti Ġenerali tikkunsidra li ma kinitx teżisti, jew ma kinitx teżisti iktar, rabta bejnu u l-imsemmi reġim, li huwa ma kien jeżerċita l-ebda influwenza fuq dan ir-reġim jew li ma kien hemm l-ebda riskju min-naħa tiegħu ta’ evitar tal-miżuri restrittivi. Min-naħa l-oħra, anki jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-argumenti mressqa mir-rikorrent fil-kuntest tat-tielet ilment u intiżi li jikkontestaw it-tieni raġuni għal inklużjoni, relatata mal-assoċjazzjoni mar-reġim inkwistjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27(1) u fl-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255, ir-rikorrent ma jistax jitqies li pproduċa indizji ta’ natura li jikkonfutaw l-imsemmija preżunzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrent jiċħad l-eżistenza tar-rabta tiegħu mar-reġim Sirjan u l-influwenza tiegħu fuqu, iżda jikkonferma li jipparteċipa fil-proġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Grand Town<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li fih huwa assoċjat il-Ministeru għat-Turiżmu Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li r-raġuni għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni bbażata fuq l-istatus ta’ negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja hija sostnuta biżżejjed, b’tali mod li, fid-dawl ta’ dan il-kriterju, l-imsemmija inklużjoni hija fondata. Għaldaqstant, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud.</TXT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)
<?PAGE NO="5"?>
taqta’ u tiddeċiedi:
</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Khaled Zubedi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY>
Gervasoni
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Madise
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Martín y Pérez de Nanclares
</SIGNATORY>
Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20200708">8 ta’ Lulju 2020</DATE>.
<SIGNATORY>
Firem
</SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>