2000R0790 — MT — 06.01.2005 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 790/2000

ta’ l-14 ta’ April 2000

li jippreskrivi l-istandard għall-marketing tat-tadam

(ĠU L 095, 15.4.2000, p.24)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Numru 717/2001 tal-10 ta’ April 2001

  L 100

11

11.4.2001

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 46/2003 tal-10 ta’ Jannar 2003

  L 7

61

11.1.2003

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 907/2004 tad-29 ta' April, 2004

  L 163

50

30.4.2004




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 790/2000

ta’ l-14 ta’ April 2000

li jippreskrivi l-istandard għall-marketing tat-tadam



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tadam huwa fost il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalih iridu jiġu adotti standards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 778/83 li jippreskrivi standards ta’ kwalità għat-tadam ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2522/97 ( 4 ), ġie emendat spiss u ma jistax jiżgura ċ-ċarezza legali.

(2)

Ir-regoli għandhom għalhekk jiġu abbozzati mill-ġdid, u r-Regolament (KEE) Nru 778/83 għandu jitħassar. Għal dan l-iskop u fl-interess li tiġi priservata t-trasparenza fis-suq dinji, għandu jitqies l-istandard għat-tadam rakkommandat mill-Grupp tax-Xogħol tan-ĠM/ECE dwar l-istandardizzazzjoni u l-kwalità tal-prodotti li jitħassru malajr.

(3)

Għandu wkoll jiġi speċifikat illi t-tadam miż-żgħir (“cherry”) (inkluż it-tadam tal-cocktail-ijiet) jagħmlu r-raba’ tip kummerċjali separat mit-tlieta li kienu identifikati qabel (tadam mit-tond, tadam miċ-ċatt (bil-flieli) u tadam tawwali/bżenguli). Il-għamliet differenti aċċettabbli tal-preżentazzjoni kummerċjali speċifika għat-tadam għandhom ikunu dettaljati wkoll Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tas-suq fit-tadam frisk tiddependi mill-kwalità organolettika ta’ dan il-prodott li, partikolarment fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, jista’ jvarja ħafna. Il-kummerċ għandu għalhekk jitħalla li jindika fuq il-pakkeġġi l-valuri minimi u massimi għall-kriterji essenzali għall-maturità (tal-prodott) sabiex iħallu lill-konsumaturi l-liberta tal-għażla fix-xiri tal-frott tal-kwalità organolettika li jkunu jeħtieġu.

(4)

L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards għandhom jirriżultaw f’li l-prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti jitneħħew mis-suq, f’li jġibu l-produzzjoni spalla ma’ spalla mal-ħtiġiet tal-konsumaturi u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet kummerċjali bażati fuq il-kompetizzjoni ġusta, biex b’hekk jgħinu t-titjib fil-qligħ tal-flus mill-produzzjoni.

(5)

Il-livelli stabiliti huma applikabbli għall-istadji kollha tal-marketing. Il-ġarr fuq distanzi twal, il-ħażna għal ċertu tul taż-żmien jew it-tqandil bl-idejn jistgħu iwasslu għal deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew ix-xejra tagħhom li jinqerdu. Għandha tkun ikkunsidrata din id-deterjorazzjoni meta jiġu applikati l-istandards fl-istadji tal-marketing li jiġu wara d-dispaċċ. Ġaladarba l-prodotti fil-klassi “Extra” jridu jingħażlu u jiġu pakkjati b’kura partikolari, in-nuqqas tal-freskezza u tan-nefħa biss iridu jitqiesu fil-każ tagħhom.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott frisk u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-istandard għall-marketing tat-tadam li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0702 00 00 għandu jkun kif dikjarat fl-Anness.

Dan l-istandard għandu japplika fl-istadji kollha tal-marketing, skond il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Iżda, fl-istadji ta’ wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru fejn għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet tal-livell sabbilit:

— nuqqas ħafif ta’ freskezza u tan-nefħa,

— għall-prodotti gradati fi klassijiet oħra għajr il-klassi “Extra” class, deterjorazzjini ħafifa minħabba l-iżvilupp u x-xejra tagħhom li jinqerdu.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 778/83 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS

STANDARD GĦAT-TADAM

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tadam tal-varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw./Lycopersicon esculentum Mill. li jridu jiġu forniti friski lill-konsumatur, bl-esklużjoni tat-tadam għall-proċessar industrijali.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

— “tond”,

— ċatt (bil-flieli),

— “bżenguli” jew “tawwali”,

— tadam taċ-“cherry” (miż-żgħir) (inkluż it-tadam għall-cocktail-ijiet.

II.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ

Il-għan ta’ l-istandard huwa li jiddefinixxi l-ħtiġiet ta’ kwalità tat-tadam wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

A.   Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam irid ikun:

— mhux mittiefes,

— b’saħħtu; għandu jiġi eskluż il-prodott mittiefes bit-tinwir jew bid-deterjorazzjoni hekk li ma jkunx tajjeb għall-konsum,

— nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

— frisk fid-dehra,

— prattikament ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

— prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

— ħieles mill-umdità fuq barra iktar mis-soltu,

— ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tat-tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b’saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollha u minn kull materjal barrani li jidher.

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tat-tadam iridu jkunu hekk li jgħinuh:

— jiflaħ għall-ġarr u t-tqandil bl-idejn, u

— jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifika

It-tadam huwa klassifikat fi tliet kategoriji kif definiti hawn taħt:

(i) 

il-Klassi “Extra”

It-tadam ta’ din il-klassi irid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikollu laħam qawwi u jrid ikun karatteristiku tal-varjeàt rigward il-għamla, id-dehra u l-iżvilupp.

Il-kulur tiegħu, skond l-istat ta’ maturità jrid ikun hekk li jissodisfa l-ħtiġiet dikjarati fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu A ta’ hawn fuq.

Irid ikun ħieles mid-dawra ħadra mal-għerq (“greenbacks”) u minn kull difett ieħor, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, iżda dawn ma għandhomx jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkeġġ.

(ii) 

Il-Klassi I

It-tadam ta’ din il-klassi irid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà

Irid ikun ħieles mix-xquq u d-dwawar ħodor mal-għerq li jidhru. Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jiġu permessi, iżda dawn ma għandhomx affettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkeġġ:

— difett ħafif fil-għamla u fl-iżvilupp,

— difett ħafif fil-kulur,

— difetti ħfief fil-qoxra,

— brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam miċ-ċatt (bil-flieli) jista’ juri:

— xquq mejta ta’ mhux iktar minn 1 cm fit-tul,

— mingħajr protuberanzi eċċessivi,

— b’żokra żgħira u mingħajr tapp (nixfa bħal sufra),

— it-tapp (nixfa bħal sufra) ma’ l-istigma sa 1 ċm2,

— barxa sabiħa tal-fjura f’għamla tawwalija (bħal ħjata), imma mhux itwal minn tnejn minn tlieta ta’ l-ikbar dijametru tal-frotta.

(iii) 

Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax sabiex jidħol fil-klassijiet ogħla, imma jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.

Irid ikun raġjonevolment sod (imma jista’ jkun ftit li xejn inqas sod minn tal-Klassi I) u ma jridx juri xquq mhux niexfa.

Jistgħu jitħallew id-difetti li ġejjin, basta iżda illi t-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

— difetti fil-għamla, fl-iżilupp u fil-kulur,

— defetti jew brix fil-qoxra, iżda l-frott ma għandux ikun affettwat serjament,

▼M1

— qasmiet li jkunu għalqu ta’ mhux aktar minn 3 cm tul għal tadam tond tawwali jew irrigat.

▼B

Barra minn hekk, it-tadam miċ-ċatt (bil-flieli) jista’ juri:

— protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi għall-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-għamla tagħhom,

— żokra,

— it-tapp (nixfa bħal sufra) ta’ l-istigma sa 2 ċm2,

— barxa sabiħa tal-fjura f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skond id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma japplikawx għat-tadam taċ-“cherry”.

A.   Daqs minimu

Għat-tadam klassifikat bħala tal-Klassi Extra u tal-Klassijiet I u II, id-daqs minimu huwa stabbilit hekk:

— 35 mm għat-tadam mit-tond u miċ-ċatt (bil-flieli),

— 30 mm għat-tadam tawwali/bżenguli.

B.   Skala tal-għoti tad-daqs

It-tadam għandu jkun gradat skond l-iskala tal-għoti tad-daqs li ġejja:

— tat-30 mm u iktar imma taħt il-35 mm ( 5 ),

— tal-35 mm u iktar imma taħt l-40 mm,

— ta’ l-40 mm u iktar imma taħt is-47 mm,

— tas-47 mm u iktar imma taħt is-57 mm,

— tas-57 mm u iktar imma taħt is-67 mm,

— tas-67 mm u iktar imma taħt it-82 mm,

— tat-82 mm u iktar imma taħt il-102 mm,

— tal-102 mm u fuqhom.

L-osservanza ta’ l-iskala tal-għoti tad-daqs hija obbligatorja għat-tadam tal-Klassi “Extra” u tal-Klassi I.

L-iskala tal-għoti tad-daqs ma tapplikax għat-tadam f’għenieqed.

IV.   DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Għandhom jiġu permessi tolleranzi għall-kwalità u għad-daqs f’kull pakkeġġ għall-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi tal-kwalità

(i) 

Il-Klassi ‘Extra’

— 5 % skond in-numru jew l-użin tat-tadam li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi imma jilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, jidħol fit-tolleranzi għal din il-klassi.

(ii) 

Il-Klassi I

— 10 % skond in-numru jew l-użin tat-tadam li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi imma jilħaq dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalmwent, jidħol fit-tolleranzi għal din il-klassi.

— Fil-klassi tat-tadam fl-għenieqed, 5 % skond in-numru jew l-użin tat-tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii) 

Il-Klassi II

— 10 % skond in-numru jew l-użin tat-tadam li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġiet minimi, għajr il-prodott affettwat mit-tinwir, markat bil-brix jew kull deterjorazzjoni li jirrenduh mhux tajjeb għall-konsum.

— Fil-każ tat-tadam fl-għenieqed, 10 % skond in-numru jew l-użin tat-tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi rigward id-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 % skond in-numru jew l-użin tat-tadam li jikkonforma mad-daqs immedjatament ikbar jew iżgħar minn dak speċifikat b’minimu ta’ 33mm għat-tadam mit-tond u miċ-ċatt (bil-flieli) u 28 mm għat-tadam bżenguli/tawwali.

V.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkeġġ irid ikun indaqs u jkun fih biss tadam ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs (jekk ikun ittieħed id-daqs tiegħu).

Is-sajran u l-kulur tat-tadam tal-Klassi “Extra” u tal-Klassi I iridu jkunu prattikament uniformi. Barra dan, it-tul tat-tadam bżenguli/tawwali jrid ikun suffiċjentement uniformi.

Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkeġġ trid ikun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

▼M2

Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti f’dan il-punt, prodotti kopriti b’dan ir-Regolament jistgħu jiġu mħallta, f’pakketti ta’ bejgħ ►  ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi ◄ , b’tipi differenti ta’ frott u ħaxix frisk skond il-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 48/2003 ( 6 ).

▼B

B.   Il-pakkjar

It-tadam irid ikun pakkjat f’tali mod illi jipproteġi l-prodott kif jixraq.

Il-materjal użat ġewwa l-pakkeġġ irid ikun ġdid, nadif u ta’ kwalità hekk li jevita li jikkawża kull ħsara fuq barra jew fuq ġewwa lill-prodott. Huwa permess l-użu tal-materjali, partikolarment karta jew bolli, li jġorru speċifikazzjonijiet kummerċjali, iżda l-istampar jew l-ittikkettjar għandhom isiru b’kolla jew b’linka mhux tossiċi.

Il-pakkeġġi jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani.

▼M4

Tikketti li jitwaħħlu individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu hekk li meta jitneħħew ma jħallux warajhom traċċi ta' kolla li jidhru u li dawn ma jwasslux għal difetti fil-ġilda.

▼B

Ċ.   Il-preżentazzjoni

It-tadam jista’ jiġi preżentat kif ġej:

(i) bħala frott singolu, bil-buttun (“calyx”) u zokk qasir jew mingħarhom;

(ii) bħala għenieqed tat-tadam, jiġifieri jiġi preżentat bħala fjoritura waħda jew parti minnha, li kull fjoritura jew parti minnha jkun fiha mill-inqas in-numru li ġej ta’ frott:

— tliet frottiet (żewġ frottiet fil-waqt ta’ qabel il-pakkjar) jew

— fil-każ ta’ għenieqed tat-tadam taċ-“cherry”’, sitt frottiet (erba’ frottiet fil-waqt ta’ qabel il-pakkjar).

VI.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAL-MARKA

Kull pakkeġġ irid iġib il-partikolarijatjiet li ġejjin f’ittri mniżżla fi grupp fuq l-istess naħa, stampati li jinqraw u li ma jitħassrux u jidhru minn fuq barra:

▼M4

A.   Identifikazzjoni

L-isem u l-indirizz ta' min jippakkja u ta' min jibgħat.

Dan id-dettall jista' jinbidel:

— fil-każ tal-pakkjar kollu ħlief pakkjar li jkun lest minn qabel, bil-marka ta' kowd maħruġa uffiċjalment u aċċettata li tirrappreżenta lil min ippakkja u/jew lil min ikun jibgħat, indikata f'konnessjoni mill-qrib bir-riferenza “Min Ippakkja u/jew Min Qed Jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet li jfissru l-istess);

— fil-każ biss ta' pakkjar li jkun tlesta minn qabel, b'isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'konnessjoni mill-qrib bid-dettall “Ippakkjat għal:” jew b'xi dettall li jfisser l-istess. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll xi kowd li jirrappreżenta lil min ippakkja u/jew lil min ikun qed jibgħat. Il-bejjiegħ irid jagħti l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa mill-korp ta' spezzjoni dwar it-tifsira ta' dan il-kowd.

▼B

B.   In-natura tal-prodott

— “tadam” jew “għenieqed tat-tadam/tadam fl-għanqud” u t-tip kummerċjali jekk il-kontenuti ma jkunux jidhru minn fuq barra. Dawn id-dettalji jridu dejjem jinġiebu għat-tadam taċ-“cherry” (jew tal-cocktail-ijietl), sewwa jekk ikun f’għenieqed u sewwa jekk le.

— l-isem tal-varjetà (fakoltattiva).

Ċ.   L-oriġini tal-prodott

— il-pajjiż ta’ l-oriġini u, b’għażla, id-distrett fejn imkabbar, jew l-isem tal-post lokali, reġjonali jew nazzjonali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

— il-klassi

— id-daqs espress bħala dijametri minimi u massimi (jekk mogħtija d-daqs) jew l-espressjoni “mhux mogħti daqs” fejn jixraq.

— il-kontenut minimu ta’ zokkor, imkejjel b’refrattometru u espress fi gradi Brix (fakoltattiva).

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakoltattiva)

▼M4

L-ippakkjar m'għandux għalfejn juri d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta dan ikun jinkludi pakkjar lest għall-bejgħ, li jkun jidher biċ-ċar minn barra u li jkun fih dawn id-dettalji. Dan il-pakkjar m'għandux ikollu indikazzjonijiet li jistgħu iqarrqu. Meta dan l-ippakkjar ikun imqiegħed fuq pallets, id-dettalji għandhom jidhru permezz ta' avviż imqiegħed f'pożizzjoni ovvja fuq għall-inqas żewġ naħat tal-pallet.



( 1 ) ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

( 2 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

( 3 ) ĠU L 86, tal-31.3.1983, p. 14.

( 4 ) ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 44.

( 5 ) Għat-tadam żenguli/tawwali biss.

( 6 ) ĠU L 7, tal-11.1.2003, P.65.