|
10.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/68 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1165/2010
tad-9 ta' Diċembru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salzwedeler Baumkuchen (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ġermanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Salzwedeler Baumkuchen (IĠP)” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Klassifikazzjoni 2.4. Prodotti tal-ifran [tal-furnara], kejkijiet, ħlewwiet jew gallettini
IL-ĠERMANJA
Salzwedeler Baumkuchen (IĠP)