|
12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/8 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/354
tat-8 ta' Marzu 2018
li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Irlanda
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(p) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal, il-kontenut tal-laħam dgħif irid jiġi vvalutat permezz ta' metodi ta' gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, u jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta' valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta' parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-metodi ta' gradazzjoni tkun soġġetta għall-konformità ma' tolleranza massima għall-iżbalji statistiċi fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (2). |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1987/293/KE (3), ġie awtorizzat l-użu ta' żewġ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Irlanda. |
|
(3) |
L-Irlanda talbet lill-Kummissjoni biex tħassar il-metodu msejjaħ “Fat-O-Meat'er (FOM)” mil-lista ta' metodi awtorizzati għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Irlanda minħabba li m'għadux jintuża, biex tawtorizza tliet metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u biex taġġorna l-ekwazzjoni eżistenti għall-istrument “Hennessy Grading Probe 2 (HGP2)”. |
|
(4) |
L-Irlanda ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi l-ġodda, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. |
|
(5) |
Eżami ta' dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-metodi ta' klassifikazzjoni l-ġodda u għall-aġġornament tal-ekwazzjoni huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk il-metodi ta' klassifikazzjoni jiġu awtorizzati fl-Irlanda. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, għandha tiġi adottata Deċiżjoni ġdida. Id-Deċiżjoni 1987/293/KE għandha, għalhekk, titħassar. |
|
(7) |
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament permezz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-Punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fl-Irlanda:
|
(a) |
l-apparat “Hennessy Grading Probe 2 (HGP 2)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness; |
|
(b) |
l-apparat “Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti II tal-Anness; |
|
(c) |
l-apparat “Fat-O-Meat'er II (FOM II)” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti III tal-Anness; |
|
(d) |
l-apparat “AutoFom III” u l-metodi ta' valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti IV tal-Anness. |
Artikolu 2
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta' klassifikazzjoni awtorizzati ma għandhomx ikunu permessi sakemm dawk il-modifiki ma jkunux awtorizzati espliċitament permezz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 1987/293/KE titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1987/293/KE tat-18 ta' Mejju 1987 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Irlanda (ĠU L 146, 6.6.1987, p. 66).
ANNESS
METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FL-IRLANDA
PARTI I
Hennessy Grading Probe (HGP 2)
|
1. |
Ir-regoli previsti f'din il-parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala l-“Hennessy Grading Probe 2 (HGP 2)”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b'sonda b'dijametru ta' 5,95 millimetri (u ta' 6,3 millimetri fix-xafra li tinsab in-naħa ta' fuq tas-sonda), li jkun fiha fotodijodu (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO u fotodetettur tat-tip 58 MR) u li jkollha distanza operattiva ta' bejn 0 u 120 millimetru. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta' karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMPHGP 2 = 62,89706 – 0,69952 FHGP 2 + 0,09096 MHGP 2 fejn:
|
|
4. |
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 125 kilogramm (il-piż sħun tal-karkassa). |
PARTI II
Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)
|
1. |
Ir-regoli previsti f'din il-parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala l-“Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b'sonda b'dijametru ta' 5,95 millimetri (u ta' 6,3 millimetri fix-xafra li tinsab in-naħa ta' fuq tas-sonda), li jkun fiha fotodijodu (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO u fotodetettur tat-tip 58 MR) u li jkollha distanza operattiva ta' bejn 0 u 120 millimetru. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta' karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMPHGP 7 = 63,72237 – 0,75369 FHGP 7 + 0,09205 MHGP 7 fejn:
|
|
4. |
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 125 kilogramm (il-piż sħun tal-karkassa). |
PARTI III
Fat-O-Meat'er II (FOM II)
|
1. |
Ir-regoli previsti f'din il-parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Fat-O-Meat'er II (FOM II)”. |
|
2. |
Il-FOM II jikkonsisti f'sonda ottika b'sikkina, apparat għall-kejl tal-fond li għandu distanza operattiva ta' bejn 0 u 125 millimetru u bord għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f'kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II stess. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta' karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMPFOMII = 61,89462 – 0,73771 FFOMII + 0,10897 MFOMII fejn:
|
|
4. |
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 125 kilogramm (il-piż sħun tal-karkassa). |
PARTI IV
AutoFom III
|
1. |
Ir-regoli previsti f'din il-parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “AutoFom III”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b'sittax-il transdjuser ultrasoniċi ta' 2 MHz (Frontmatec Smørum A/S), b'distanza operattiva ta' 25 mm bejn it-transdjusers. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, tal-ħxuna tal-muskolu u ta' parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-użu ta' kompjuter. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta' karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
LMPAF3 = 66,63699 – 1,06859 R2P9 – 0,78459 R2P10 + 0,06723 R3P5 fejn:
|
|
4. |
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 125 kilogramm (il-piż sħun tal-karkassa). |