|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2088 |
8.4.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12350 – ZÜBLIN / GEIGER BAUWERKSANIERUNG / CAPSYS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2088)
1.
Fis-27 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ed. Züblin AG (“Züblin”, il-Ġermanja), |
|
— |
Geiger Bauwerksanierung GmbH & Co. KG (“Geiger”, il-Ġermanja). |
Züblin u Geiger se jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ capsys GmbH & Co. KG (“capsys”, il-Ġermanja).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Züblin hija kumpanija tal-kostruzzjoni prinċipalment attiva fil-Ġermanja u fil-pajjiżi tal-Benelux, primarjament attiva fl-oqsma tal-kostruzzjoni ta’ bini lest minn kollox, inġinerija ċivili, konstruzzjoni ta’ mini u kostruzzjonijiet speċjalizzati oħra inkluż ir-riabilitazzjoni tal-bini, |
|
— |
Geiger hija kumpanija tal-kostruzzjoni primarjament attiva fil-Ġermanja, li tispeċjalizza fir-riabilitazzjoni tal-bini, b’mod partikolari l-pontijiet, il-parkeġġi ta’ taħt l-art tal-karozzi u t-tankijiet tal-ilma tax-xorb. |
3.
L-impriża capsys hija attiva fl-oqsma li ġejjin:Id-distribuzzjoni ta’ sistemi ta’ protezzjoni mill-korrużjoni tal-katodu għal strutturi tal-konkrit rinfurzat prinċipalment fil-Ġermanja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12350 — ZÜBLIN / GEIGER BAUWERKSANIERUNG / CAPSYS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
B - 1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2088/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)