DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)
16 ta’ Lulju 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tweġiba li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew li ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli – Direttiva 92/83/KEE – Artikolu 3(1) – Determinazzjoni tal-ammont tad-dazju tas-sisa miġbur fuq il-birra – Metodu ta’ kalkolu tal-gradi Plato – Emenda leġiżlattiva sabiex jiġi ppreċiżat dan il-metodu – Direttiva (UE) 2020/1151 – Punt 1 tal-Artikolu 1 – Assenza ta’ effett ta’ din id-direttiva fuq is-sitwazzjonijiet li seħħew qabel”
Fil-Kawża C‑724/23,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis (il-Qorti Amministrattiva tal-Ewwel Istanza ta’ Thessaloniki, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑29 ta’ Settembru 2023, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑28 ta’ Novembru 2023, fil-proċedura
ATHINAÏKI ZYTHOPOIIA A. E.
vs
Anexartiti Archi Dimosion Esodon,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),
komposta minn O. Spineanu-Matei, Presidenta tal-Awla, C. Lycourgos (Relatur), President tar-Raba’ Awla, u L. S. Rossi, Imħallef,
Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
tagħti l-preżenti
Digriet
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/1151 tad‑29 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU 2020, L 256, p. 1), sa fejn din id-dispożizzjoni emendat l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad‑19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn ATHINAÏKI ZYTHOPOIIA A. E. (iktar ’il quddiem “Athinaïki Zythopoiia”) u l-Anexartiti Archi Dimosion Esodon (l-Awtorità Indipendenti tad-Dħul Pubbliku, il-Greċja iktar ’il quddiem l-“AADE”) dwar id-dazji tas-sisa miġbura, għas-sena 2019, fuq birra aromatizzata prodotta u kkummerċjalizzata minn din il-kumpannija. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
Fil-verżjoni inizjali tiegħu, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 kien ifformulat kif ġej: “It-taxxa [dazju] tas-sisa ntaxxata mill-Istati Membri fuq il-birra għandha tkun iffissata b’riferenza jew:
|
|
4 |
Il-premessi 2 u 3 tad-Direttiva 2020/1151 jgħidu li:
|
|
5 |
Il-punt 1 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva żied mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 it-tieni u t-tielet subparagrafu fformulati kif ġej: “L-ingredjenti kollha tal-birra, inkluż dawk li jiżdiedu wara li titlesta l-fermentazzjoni, għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ kejl tal-grad Plato. Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li, fid‑29 ta’ Lulju 2020, ma jiħdux kont tal-ingredjenti tal-birra miżjuda wara l-fermentazzjoni għall-finijiet ta’ kejl tal-grad Plato, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal‑31 ta’ Diċembru 2030.” |
|
6 |
Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2020/1151, l-Istati Membri kellhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill‑31 ta’ Diċembru 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva u kellhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill‑1 ta’ Jannar 2022. |
|
7 |
Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2020/1151, din daħlet fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Id‑dritt Grieg
|
8 |
Fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 92/83 kienet ġiet trasposta fid-dritt Grieg permezz tan-Nomos 2960/2001 “Ethnikos Teloneiakos Kodikas” (il-Liġi 2960/2001 “Kodiċi Doganali Nazzjonali”, FEK A’ 265/22.11.2001), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 1(1) tan-Nomos 3336/2005 (il-Liġi 3336/2005, FEK A’ 96/20.04.2005) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali Nazzjonali”). |
|
9 |
Konformement mal-Artikolu 86 tal-Kodiċi Doganali Nazzjonali, il-kunċett ta’ “birra” jkopri żewġ tipi ta’ prodotti ta’ qawwa alkoħolika proprja ta’ iktar minn 0.5 % vol., jiġifieri, minn naħa, ix-xorb alkoħoliku li jaqa’ taħt l-intestatura 2203 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas‑6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 285, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 288, p. 16) (iktar ’il quddiem in-“NM”), u, min-naħa l-oħra, it-taħlitiet ta’ birra u ta’ xorb mhux alkoħoliku li jaqgħu taħt l-intestatura 2206 tan-NM. |
|
10 |
L-Artikolu 87 tal-Kodiċi Doganali Nazzjonali jistabbilixxi, fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tiegħu, li l-ammont tad-dazju tas-sisa fuq dawn il-prodotti għandu jiġi ddeterminat b’riferiment għan-numru ta’ ettolitri għal kull grad Plato skont il-volum u jawtorizza, fil-punt (c) tal-paragrafu 1 tiegħu, il-poter eżekuttiv li jiffissa l-metodu ta’ kalkolu tal-gradi Plato. |
|
11 |
Abbażi ta’ din il-kompetenza ddelegata, il-Ministru għall-Finanzi adotta l-apofasi 3006674/1102/0029/2010 “Tropos ypologismou vathmon PLATO sti byra” (id-Deċiżjoni Nru 3006674/1102/0029/2010 “Modalitajiet ta’ Kalkolu tal-Gradi Plato fil-Birra”, FEK B’ 528/27.04.2010) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-Ministru għall-Finanzi”). |
|
12 |
Skont l-Anness I tad-deċiżjoni tal-Ministru għall-Finanzi, għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, il-gradi Plato huma l-valur li jesprimi l-massa, fi grammi (g), tal-estratt (niexef) ta’ malt jew ta’ materja prima oħra bil-lamtu jew ħelwa li tinsab f’100 cm3 (ml) jew f’100 g tal-most li minnu tiġi mmanifatturata l-birra, qabel ma tibda l-fermentazzjoni. |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
13 |
Athinaïki Zythopoiia tipproduċi birra aromatizzata bl-isem kummerċjali Amstel Radler. Dan il-prodott jikkonsisti f’taħlita ta’ birra u ta’ sustanzi mhux alkoħoliċi, jiġifieri meraq tal-lumi, meraq tal-larinġ u xropp taz-zokkor. Iż-żieda ta’ dawn is-sustanzi sseħħ wara li tkun tlestiet il-fermentazzjoni alkoħolika u ma tiġġenerax proċess ġdid ta’ fermentazzjoni. |
|
14 |
Bejn Frar 2019 u Jannar 2020, Athinaïki Zythopoiia ppreżentat tnax-il dikjarazzjoni tat-taxxa dwar id-dazju tas-sisa u taxxi oħra dovuti fuq il-bejgħ tal-imsemmi prodott matul is-sena 2019. |
|
15 |
Wara dawn id-dikjarazzjonijiet, hija ħallset, minħabba dan il-bejgħ, dazji tas-sisa għal ammont ta’ EUR 1 087 279.10 u taxxi oħra għal ammont ta’ EUR 44 534.96. Dawn l-ammonti ġew stabbiliti abbażi ta’ analiżi, f’laboratorju tal-Istat, ta’ kampjuni tal-birra aromatizzata inkwistjoni fil-kawża prinċipali wara fermentazzjoni u żieda ta’ sustanzi mhux alkoħoliċi. Skont din l-analiżi, in-numru ta’ gradi Plato ta’ dan il-prodott kien ta’ 10.07. Din iċ-ċifra ġiet arrotondata għal 10. |
|
16 |
Peress li kienet tal-fehma li l-gradi Plato kellhom jitkejlu mhux skont is-sustanzi kollha preżenti f’din il-birra aromatizzata, iżda skont il-massa tal-estratt niexef tal-most oriġinali qabel il-fermentazzjoni, Athinaïki Zythopoiia ressqet, fl‑10 ta’ April 2020, talba intiża għar-rimbors ta’ nofs id-dazji tas-sisa u taxxi oħra mħallsa. Fil-fatt, skont din il-kumpannija, kalkolu korrett iwassal, għall-imsemmija birra aromatizzata, għal numru ta’ gradi Plato ta’ 5. |
|
17 |
Insostenn ta’ din it-talba għal rimbors parzjali, Athinaïki Zythopoiia bbażat ruħha b’mod partikolari fuq is-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2018, Kompania Piwowarska (C‑30/17, EU:C:2018:325), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont taxxabbli tal-birer aromatizzati skont l-iskala ta’ Plato, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-estratt niexef tal-most oriġinali mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aromi u x-xropp taz-zokkor miżjuda wara li titlesta il-fermentazzjoni. |
|
18 |
Peress li t-talba għal rimbors parzjali ta’ Athinaïki Zythopoiia ġiet miċħuda impliċitament mill-awtoritajiet tat-taxxa Griegi, din il-kumpannija ressqet rikors kontra l-AADE quddiem id-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis (il-Qorti Amministrattiva tal-Ewwel Istanza ta’ Thessaloniki, il-Greċja), li hija l-qorti tar-rinviju. |
|
19 |
Quddiem din il-qorti, l-AADE tosserva li, fl‑2014, Athinaïki Zythopoiia ġiet informata li l-awtoritajiet tat-taxxa interpretaw il-leġiżlazzjoni Griega, fosthom id-deċiżjoni tal-Ministru għall-Finanzi, fis-sens li fil-każ ta’ birer aromatizzati, li jaqgħu taħt l-intestatura 2206 tan-NM, il-gradi Plato għandhom jiġu kkalkolati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ingredjenti kollha tal-prodott lest, u mhux biss il-birra tradizzjonali, li taqa’ taħt l-intestatura 2203 tan-NM, li hija integrata fil-prodott lest bħala ingredjent. |
|
20 |
Sa fejn Athinaïki Zythopoiia tirreferi għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2018, Kompania Piwowarska (C‑30/17, EU:C:2018:325), l-AADE tqis li ma hemmx lok li tittieħed inkunsiderazzjoni din l-interpretazzjoni, peress li mill-preċiżazzjoni magħmula mid-Direttiva 2020/1151 jirriżulta li l-metodu ta’ kalkolu li huwa neċessarju ma huwiex dak imsemmi mill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda dak li jikkonsisti fit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ingredjenti kollha tal-prodott lest. |
|
21 |
Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-fatti tal-kawża prinċipali jippreċedu d-dħul fis-seħħ, jew saħansitra l-adozzjoni, tad-Direttiva 2020/1151. Minn dan hija tiddeduċi li l-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83, introdotta bid-Direttiva 2020/1151, ma hijiex applikabbli. |
|
22 |
Madankollu, din il-qorti tistaqsi jekk il-preċiżazzjoni magħmula fl‑2020, fi tmiem proċedura leġiżlattiva li nbdiet fl‑2016, li l-gradi Plato għandhom jiġu kkalkolati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ingredjenti kollha tal-prodott lest, inklużi dawk miżjuda wara l-fermentazzjoni, għandhiex natura purament interpretattiva u għandhiex, f’dan ir-rigward, tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kawżi, bħal dik fil-kawża prinċipali, li jirrigwardaw fatti preċedenti għad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2020/1151. |
|
23 |
L-imsemmija qorti lanqas ma teskludi li l-preċiżazzjoni magħmula mid-Direttiva 2020/1151 tikkostitwixxi “element ġdid”, li jista’ jwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tbiddel l-interpretazzjoni li hija pprovdiet fis-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2018, Kompania Piwowarska (C‑30/17, EU:C:2018:325). |
|
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis (il-Qorti Amministrattiva tal-Ewwel Istanza ta’ Thessaloniki) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id‑domandi preliminari
|
25 |
Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, b’mod partikolari meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għal din id-domanda ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli. |
|
26 |
Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża. |
Fuq l‑ewwel domanda
|
27 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1151 jikkostitwixxix dispożizzjoni purament interpretattiva, jiġifieri dispożizzjoni li ma tbiddilx il-kontenut tad-dritt applikabbli iżda sempliċement tiċċara l-mod kif għandu jinftiehem dan id-dritt. |
|
28 |
Għandu jiġi kkunsidrat li r-risposta għal din id-domanda ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli. |
|
29 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-premessi 2 u 3 tad-Direttiva 2020/1151 jirriżulta li l-preċiżjoni introdotta mill-punt 1 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva hija intiża li tiżgura metodu ta’ kalkolu uniformi tal-“gradi Plato”. |
|
30 |
Issa, din il-preċiżazzjoni hija differenti mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2018, Kompania Piwowarska (C‑30/17, EU:C:2018:325). |
|
31 |
Fil-punti 26 sa 28 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet, fl-assenza ta’ definizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-kunċett ta’ “gradi Plato” jew tal-metodu ta’ kalkolu ta’ dawn il-gradi, ibbażat ruħha fuq is-sens abitwali ta’ dan il-kunċett fis-settur tal-birra. |
|
32 |
F’dawn il-punti tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja esponiet li, f’dan is-settur, l-iskala Plato hija intiża sabiex tikkalkola l-perċentwali ta’ estratt niexef fil-massa tal-most oriġinali, fejn grad Plato huwa ekwivalenti għal 1 g ta’ estratt niexef għal kull 100 g ta’ most oriġinali. Il-most oriġinali jindika, sal-mument meta jibda l-proċess ta’ fermentazzjoni, it-taħlita komposta minn ilma u minn ingredjenti oħra tal-birra ppreparati għall-fermentazzjoni, bħax-xgħir u l-ħops. L-estratt niexef ta’ dan il-most oriġinali jikkonsisti fl-ingredjenti kollha tal-imsemmi most minbarra l-ilma, qabel il-fermentazzjoni. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunċett ta’ “gradi Plato” kif huwa mifhum fis-settur tal-birra, il-gradi Plato għandhom jiġu kkalkolati mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aromi u x-xropp taz-zokkor miżjuda wara l-proċess ta’ fermentazzjoni. |
|
33 |
Fil-punti 31 sa 42 tal-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja esponiet li dan il-metodu ta’ kalkolu tal-gradi Plato huwa kkorroborat kemm mill-kuntest kif ukoll mill-għan tad-Direttiva 92/83, peress li din hija intiża li timponi livell ogħla ta’ dazji tas-sisa hekk kif il-kontenut ta’ alkoħol jiżdied. Fid-dawl ta’ dan l-iskop, is-sustanzi mhux alkoħoliċi jibqgħu newtrali fil-kalkolu tal-gradi Plato u, għalhekk, fil-kalkolu tad-dazji tas-sisa. |
|
34 |
Billi pprovdiet, fuq talba għal deċiżjoni preliminari, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83, il-Qorti tal-Ġustizzja żgurat li din id-dispożizzjoni jkollha effett uniformi fl-Istati Membri kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2001, Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi, C‑561/19, EU:C:2021:799, punt 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
35 |
Billi żied mal-imsemmija dispożizzjoni subparagrafu ġdid li jimponi applikazzjoni uniformi differenti minn dik li kienet tirriżulta mis-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2018, Kompania Piwowarska (C‑30/17, EU:C:2018:325), il-leġiżlatur tal-Unjoni emenda, fir-rigward tal-metodu ta’ kalkolu tal-gradi Plato, l-istat tad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, il-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1151 għandu jitqies li jemenda d-dritt applikabbli u mhux bħala dispożizzjoni li sempliċement tiċċara l-mod kif dan id-dritt għandu jinftiehem. |
|
36 |
Minn dan isegwi li r-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1151 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix dispożizzjoni purament interpretattiva. |
Fuq it‑tieni domanda
|
37 |
Fid-dawl tar-risposta negattiva mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. |
Fuq it‑tielet domanda
|
38 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1151 jikkostitwixxix element ġdid li jiġġustifika jew jimponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tibdel l-interpretazzjoni li hija pprovdiet tal-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83, li hija applikabbli fil-kawża prinċipali. |
|
39 |
Ir-risposta għal din id-domanda tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza. |
|
40 |
Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li dispożizzjoni legali ġdida tapplika mid-dħul fis-seħħ tal-att li jistabbilixxiha u għalhekk ma tapplikax għas-sitwazzjonijiet legali li nħolqu u li seħħew definittivament qabel dan id-dħul fis-seħħ. Hija tapplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tinħoloq taħt is-sistema tar-regola l-qadima kif ukoll għas-sitwazzjonijiet legali ġodda. Is-sitwazzjoni tkun differenti, u bla ħsara għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi, jekk ir-regola l-ġdida tkun akkumpanjata b’dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw b’mod speċjali l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ratione temporis tagħha (sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, Azienda Municipale Ambiente, C‑15/19, EU:C:2020:371, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
41 |
Jista’ jkun mod ieħor, b’mod eċċezzjonali, meta għan ta’ interess ġenerali jeżiġi dan u meta l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jiġu debitament osservati (sentenza tal‑25 ta’ Jannar 2022, VYSOČINA WIND, C‑181/20, EU:C:2022:51, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
42 |
F’dan il-każ, la d-Direttiva 2020/1151 u lanqas il-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 li tirriżulta minnha, ma jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu li din il-verżjoni l-ġdida tiġi applikata għal sitwazzjoni legali li nħolqot preċedentement u li seħħet definittivament, bħal dik tal-ġbir tad-dazji tas-sisa għas-sena 2019. |
|
43 |
Għall-kuntrarju, mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2020/1151 jirriżulta li l-Istati Membri kellhom terminu ta’ traspożizzjoni, li kien jiskadi f’data sussegwenti għal dik tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, sabiex jikkonformaw ruħhom mal-emendi li saru permezz tagħha. Barra minn hekk, mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mid-Direttiva 2020/1151, jirriżulta li l-metodu ta’ kalkolu tal-gradi Plato, kif ippreċiżat fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 3(1), ser ikun vinkolanti biss mill‑1 ta’ Jannar 2031 għall-Istati Membri li kienu jibbażaw ruħhom, fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1151, fuq metodu ieħor. |
|
44 |
Minn dan isegwi li d-Direttiva 2020/1151 ma tistax tiġi interpretata fis-sens li hija tippermetti li jiġi applikat it-tieni subparagrafu miżjud mill-punt 1 tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83 għal sitwazzjoni legali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li nħolqot u li seħħet definittivament qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2020/1151. |
|
45 |
Għalhekk, l-interpretazzjoni li tinsab fis-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2018, Kompania Piwowarska (C‑30/17, EU:C:2018:325), dwar l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, torbot lill-awtoritajiet tat-taxxa Griegi u lill-qorti tar-rinviju. |
|
46 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1151 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix element ġdid li jiġġustifika jew jimponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tibdel l-interpretazzjoni li hija pprovdiet tal-verżjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/83, qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2020/1151. |
Fuq l‑ispejjeż
|
47 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Grieg.