|
17.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/5 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Awwissu 2016
dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar ta’ partijiet mill-Impjant tal-Enerġija Nukleari GKN-1 ta’ Neckarwestheim, li jinsab fil-Ġermanja
(it-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2016/C 297/03)
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal kull valutazzjoni addizjonali li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja (1).
Fis-17 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Ġermaniż, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan b’rabta mar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari GKI-1 ta’ Neckarwestheim.
Abbażi ta’ din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Frar 2016 u pprovdut mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-6 ta’ April 2016, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
|
1. |
Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ Franza, hija ta’ 69 km. |
|
2. |
Waqt operazzjonijiet ta’ dekummissjonar u żarmar normali tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari GKI-1 ta’ Neckarwestheim, ir-rilaxx ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi aktarx li ma jirriżultax f’esponiment li jkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, għall-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-limiti tad-dożi stabbiliti fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom). |
|
3. |
L-iskart solidu radjuattiv jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jintbagħat lil faċilitajiet ta’ trattament jew rimi liċenzjati fil-Ġermanja. L-iskart solidu u l-fdalijiet materjali mhux radjuattivi li jkunu konformi mal-livelli ta’ approvazzjoni se jiġu rrilaxxati mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ. Dan se jsir skont il-kriterji stabbiliti fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom). |
|
4. |
F’każ li jkun hemm skariku mhux ippjanat tal-effluwenti radjuattivi, li jista’ jseħħ wara xi inċident tat-tip u tad-daqs meqjusa fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom). |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li jirriżulta mid-dekommissjonar u miż-żarmar ta’ partijiet mill-Impjant tal-Enerġija Nukleari GKN-1 ta’ Neckarwestheim, li jinsab fil-land ta’ Baden-Württemberg fil-Ġermanja, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li ma tirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lati tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom).
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.