European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/830

15.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11369 — TA ASSOCIATES / WARBURG PINCUS / EXERCITE GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/830)

1.   

Fil-5 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TA Associates Management, L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

AggroSport GmbH u JP Beteiligungs GmbH (“Exercite Group”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata minn Waterland Private Equity u l-fundatur ta’ Hansefit (parti minn Exercite Group).

TA Associates u Warburg Pincus se jakkwistaw kontroll konġunt ta’ Exercite Group, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

TA Associates hija kumpanija globali ta’ ekwità privata ffukata fuq setturi tat-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi tal-konsumatur u tan-negozju fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja,

—

Warburg Pincus hija kumpanija globali ta’ ekwità privata. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’firxa ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, it-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet,

—

Exercite Group jipprovdi soluzzjonijiet ta’ benefiċċji għas-saħħa u l-kundizzjoni fiżika tal-impjegati lin-negozji fil-Ġermanja u fin-Netherlands, u jippermetti li l-utenti (eż. l-impjegati) jaċċessaw u jużaw is-servizzi rilevanti, bħal sħubiji f’gyms u servizzi tal-kura tas-saħħa, eċċ., permezz ta’ portal jew app.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11369 — TA ASSOCIATES / WARBURG PINCUS / EXERCITE GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/830/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)