Official Journal L 093 , 08/04/1999 P. 0010 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 728/1999 tas-7 ta'April 1999 li jipprovdi, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, għal perjodu ta' notifikazzjoni għall-bastimenti Komunitarji tas-sajd imdaħħla f'attivitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku, l-Iskagerrak u l-Kattegat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2846/98 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(3) tiegħu, Billi, skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jixtieq jutilizza postijiet ta' inżul fi Stat Membru ieħor għajr tal-bandiera ta' l-Istat Membru jkollu, fejn ma teżistix skema ta' portijiet indikati minn dan l-Istat Membru, jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti f'dan l-Istat Membru mill-inqas erba' sigħat minn qabel dwar il-post/postijiet ta' nżul u l-ħin stmat tal-wasla flimkien mal-kwantitajiet ta' l-ispeċje li jkunu sejrin jitniżżlu l-art; Billi, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tagħmel dispożizzjonijiet għal perjodu ieħor ta' notifika billi tqis, fost ħwejjeġ oħra, id-distanza bejn il-lantijiet tas-sajd, il-postijiet ta' nżul u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma rreġistrati jew imniżżla fil-lista; Billi, fid-dawl tad-distanza bejn il-lantijiet tas-sajd, il-postijiet ta' rmiġġ u l-portijiet fejn il-bastimenti kkonċernati huma rreġistrati jew imniżżla fil-lista, perjodu iqsar ta' notifika huwa ġustifikat għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jissuktaw attivitajiet ta' sajd fil-Baħar Baltiku, fl-Iskagerrak u fil-Kattegat li jixtiequ jniżżlu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet ta' ċerti Stati Membri; Billi l-miżuri f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u l-Akwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Minkejja l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-perjodu ta' notifika li għandu jiġi osservat mill-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jagħmel attivitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku u l-Iskagerrak u l-Kattegat, u li jixtieq juża postijiet ta' rmiġġ fid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Isvezja jew il-Finlandja, għandu jkun ta' mhux inqas minn sagħtejn. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 Lulju 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta'April 1999. Għall-Kummissjoni Emma Bonino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. [2] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5. --------------------------------------------------