2012R1258 — MT — 01.01.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1258/2012

tat-28 ta’ Novembru 2012

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet

(ĠU L 361, 31.12.2012, p.85)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1389/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013

  L 349

24

21.12.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1258/2012

tat-28 ta’ Novembru 2012

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar ( 1 ) (“il-Ftehim ta’ Sħubija”).

(2)

Fl-10 ta’ Mejju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (“il-Protokoll il-ġdid”). Il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar għandu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(3)

Fit-28 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/826/UE ( 2 ) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

(4)

Il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandha tiġi ddefinita għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità ( 3 ), jipprevedi illi jekk ikun jidher li l-awtorizzazzjonjiet għall-attivitajiet tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll il-ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. F’każ li ma tintbagħatx risposta sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perjodu kkonċernat. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita.

(6)

Minħabba li huwa previst li l-Protokoll jiġi applikat b’mod proviżorju mid-data tal-firma tiegħu u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013, huwa xieraq illi dan ir-Regolament jibda japplika mid-data hekk iddeterminata.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (“il-Protokoll”) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:



Tip ta’ bastiment

Stat Membru

Opportunitajiet tas-sajd

Bastimenti tas-sajd bit-tartarun għat-tonn

Spanja

21

Franza

18

L-Italja

1

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ aktar minn 100 TG

Spanja

17

Franza

9

Il-Portugall

5

Ir-Renju Unit

3

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ 100 TG jew anqas

Franza

22

▼M1

1a.  L-opportunitajiet tas-sajd għall-klieb il-baħar li jinqabdu flimkien mas-sajd ġestit mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (l-IOTC) bil-konzijiet tal-wiċċ huma b'dan iffissati għal 200 tunnellata kull sena. Dan it-tunnellaġġ huwa allokat fost l-Istati Membri kif ġej:



Stat Membru

Tunnellati

Spanja

166

Portugall

27

Franza

7

Renju Unit

0

Ammont totali

200

▼B

2.  Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija.

3.  Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jeżawrixxux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.  L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tinfurmahom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll u, l-aktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1.

( 2 ) Ara l-paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 3 ) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.