22003D0035



Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0040 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 35/2003

ta' l-14 ta' Marzu 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll dwar l-aġġustament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII tal-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/844/KE tat-23 ta' Ottubru 2002 li temenda d-Direttiva 2001/14/KE fir-rigward tad-data biex tinbidel l-iskeda tal-ħin tax-xogħol għat-trasport bil-ferroviji, [2]

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 41b (Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 32002 D 0844: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/84/KE tat-23 ta' Ottubru 2002 (ĠU L 289, tas-26.10.2002, p. 30)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2002/844/KE bl-Islandiku u n-Norveġiż, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, basta li n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew mgħoddija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 67.

[2] ĠU L 289, tas-26.10.2002, p. 30.

[3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------