10.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10797 – PCG / PERSTORP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 305/06)

1.   

Fit-3 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PETRONAS Chemicals Group Berhad (“PCG”, il-Malażja);

—

PERSTORP HOLDING AB (publ.) (“Perstorp” jew “il-Kumpanija fil-Mira”, l-Iżvezja).

PCG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Perstorp.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PCG hija kumpanija kkwotata fil-borża debitament inkorporata u eżistenti skont il-liġijiet tal-Malażja. PCG hija attiva primarjament fil-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa diversifikata ta’ prodotti petrokimiċi bħal olefini, polimeri, fertilizzanti, metanol, u sustanzi kimiċi bażiċi u prodotti derivattivi oħra. PCG hija kkontrollata biss minn Petroliam Nasional Berhad (“Petronas”), li hija l-azzjonist ewlieni ta’ PCG.

—

Perstorp hija kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Malmö (l-Iżvezja), li sservi bħala l-kumpanija azzjonarja ewlenija għall-grupp ta’ kumpaniji Perstorp. Perstorp hija fornitur ta’ sustanzi kimiċi, b’enfasi fuq il-provvista ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għall-klijenti fir-reżini u l-kisi, il-fluwidi maħdumin u l-industriji tan-nutrizzjoni tal-annimali. Perstorp hija preżenti globalment b’seba’ impjanti ta’ produzzjoni fl-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u l-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10797 – PCG / PERSTORP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).