Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0014 - 0015
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u psikosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea kif emendata bil-Protokoll li aġġusta l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/984/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 rigward it-tkomplija tat-testijiet u l-provi komparattivi Komunitarji fuq iż-żrieragħ u t-tnissil ta' materjal tal-gramineae, tat-Triticum aestivum, tal-Vitis vinifera, tal-Brassica napus u tal-Allium ascalonicum skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/ŻEE, 66/402/ŻEE, 68/193/ŻEE, 92/33/ŻEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 21 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni- 2002/756/KE) f'Parti 2 tal-Kapitolu III ta' l-Anness I mal-Ftehim: "22. 32002 D 0984: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni-2002/984/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar it-tkomplija tat-testijiet u tal-provi komparattivi Komunitarji fuq iż-żrieragħ u t-tnissil ta' materjal tal-gramineae, tat-Triticum aestivum, tal-Vitis vinifera, tal-Brassica napus u tal-Allium ascalonicum skond id-Direttivi tal-Kunsil 66/401/ŻEE, 66/402/ŻEE, 68/193/ŻEE, 92/33/ŻEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE (ĠU L 341, tas-17.12.2002, p. 70). Id- dispożizzjonijiet tad- Deċiżjoni għall-fini tal-Ftehim preżenti, għandhom jinqraw bl-adattamenti kif ġejjin: Referenzi għall-atti oħra fid-Deċiżjoni għandhom jiġu kkunsidrati relevanti ma' l-użu u mal-forma li dawn l-atti jinkorporaw fil-Ftehim." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2002/984/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u tan- Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun implimentata fil-21 ta' Ġunju 2003, sakemm in-notifiki kollha li jaqgħu taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sessjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 3. [2] ĠU L 341, tas-17.12.2002, p. 70. [3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata. --------------------------------------------------