<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑466/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012TJ0466</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:151">EU:T:2015:151</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20150317">17.3.2015</DATE> – KAWŻA T‑466/12</P><P>RFA INTERNATIONAL vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni tal-ferrosiliċju li joriġina mir-Russja</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tat-talbiet ta’ rimbors tad-dazji antidumping imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Entità ekonomika waħda</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali</KEYWORD><KEYWORD>Bdil fiċ-ċirkustanzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(9) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑466/12,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RFA International, LP</HT>, stabbilita f’Calgary (il-Kanada), irrappreżentata minn B. Evtimov, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Němečková u A. Stobiecka‑Kuik, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2012) 5577 finali, C (2012) 5585 finali, C (2012) 5588 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali, tal‑<DATE ISO="20120810">10 ta’ Awwissu 2012</DATE>, fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jirrifjutaw ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li t-talba tagħhom ġiet iddikjarata inammissibbli minħabba l-iskadenza tat-terminu legali,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. E. Martins Ribeiro (Relatur), President, S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tad‑WTO</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Artikolu VI.1 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[i]l-partijiet kontraenti jirrikonoxxu li d-dumping, li jippermetti l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’ pajjiż fis-suq ta’ pajjiż ieħor bi prezz orħos mill-valur normali tagħhom, huwa kundannabbli jekk dan jikkawża jew jhedded li jikkawża dannu materjali sinjifikattiv għal fergħa mill-produzzjoni stabbilita ta’ parti kontraenti jew jekk jittardja b’mod sostanzjali l-ħolqien ta’ fergħa mill-produzzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim antidumping<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jinsab fl-Anness IA tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 82).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikoli 18.3 u 18.3.1 tal-Ftehim antidumping huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>18.3. Soġġetti għas-subparagrafi 3.1 u 3.2, id-dispożizzjonijiet [tal-Ftehim antidumping] għandhom japplikaw għall-investigazzjonijiet, u r-reviżjonijiet tal-miżuri eżistenti, mibdija skond l-applikazzjonijiet li saru fil jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ għal Membru soġġett għall-Ftehim tal-WTO.</ALINEA><ALINEA>18.3.1 Dwar il-kalkolu tal-marġini tad-damping fil-proċeduri tar-rimbors taħt paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 9, ir-regoli wżati fid-determinazzjonijiet iktar riċenti jew fir-reviżjonijiet tad-damping għandhom japplikaw.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-Regolament antidumping bażiku huwa kkostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat‑<DATE ISO="19951122">22 ta’ Novembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="1995">ĠU L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 7, p. 22</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), kif emendata.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku jesponi r-regoli li jirregolaw id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping. L-Artikolu 2(1) jiddefinixxi l-valur normali kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fejn l-esportatur fil-pajjiż esportatur ma jipproduċix jew ma jbigħx il-prodott simili, il-valur normali jista’ jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ bejjiegħa jew produtturi oħra.</ALINEA><ALINEA>Prezzijiet bejn partijiet li jidhru li jkunu assoċjati jew li jidhru li jkollhom arranġament ta’ kumpens ma’ xulxin ma jistgħux jitqiesu li jkunu fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ u ma jistgħux jintużaw biex jistabbilixxu valur normali sakemm ma jkunx stabbilit li huma ma humiex milquta mir-relazzjoni.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Biex jiġi stabbilit jekk żewġ partijiet humiex assoċjati, tista’ titqies it-tifsira ta’ partijiet relatati li tinsab fl-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikoli 2(8) u (9) tar-Regolament bażiku jikkonċernaw il-prezz ta’ esportazzjoni. Huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.008"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>8.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prezz ta’ l-esportazzjoni għandu jkun il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż ta’ l‑esportazzjoni lill-[Unjoni Ewropea].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet fejn ma hemm ebda prezz ta’ l-esportazzjoni jew fejn jidher li l-prezz ta’ l-esportazzjoni mhux ta’ min joqgħod fuqu minħabba assoċjazzjoni jew arranġament ta’ kumpens bejn l-esportatur u l-importatur jew parti terza, il-prezz ta’ l-esportazzjoni jista jiġi kostrutt fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti impurtati huma l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, jew, jekk il-prodotti mhumiex mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, jew mhumiex mibjugħin mill-ġdid fil-kundizzjoni li fiha ġew impurtati, fuq kwlaunkwe bażi raġjonevoli.</ALINEA><ALINEA>F’dawn il-każijiet, l-aġġustament għall-ispejjeż kollha, inklużi d-dazji u t-taxxi, sofferti bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li jseħħu, għandhom isiru sabiex jiġi stabbilit prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ min joqgħod fuqu, fil-livell tal-fruntiera [tal-Unjoni Ewropea].</ALINEA><ALINEA>L-oġġetti li għalihom għandu jsir aġġustament għandhom jinkludu dawk normalment merfugħa minn importatur imma mħallsa minn kwalunkwe parti, jew ġewwa jew barra l-[Unjoni Ewropea], li tidher li tkun assoċjata jew li għandha arranġament ta’ kumpens ma’ l-importatur jew ma’ l-esportatur, inkluż it-trasport tas-soltu, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, id-dazji tad-dwana, kwalunkwe dazji kontra dumping, u taxxi oħra li għandhom jitħallsu fil-pajjiż ta’ l-importazzjoni minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-merkanzija, u l-marġini raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali jew amministrattvi u l-profitt.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jipprovdi dan li ġej bħala paragun bejn il-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.010"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>10.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jsir paragun xieraq bejn il-prezz ta’ l-esportazzjoni u l-valur normali. Dan il-paragun għandu jsir fl-istess livell tal-kummerċ u fejn għandhom x’jaqsmu l-bejgħ magħmula, kemm jista’ jkun kważi fl-istess ħin, u b’kont dovut meħud ta’ differenzi oħra li jaffettwaw il-paragun tal-prezz. Fejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kif stabbiliti mhumiex fuq bażi daqshekk komparabbli għandu jkun hemm disposizzjoni, f’forma ta’ aġġustamenti, f’kull każ, fuq il-merti tiegħu, għal differenzi fil-fatturi li huma pretiżi, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragun tal-prezzijiet. Kwalunkwe duplikazzjoni meta jsiru l-aġġustamenti għandha tiġi evitata, b’mod partikolari fejn jidħlu tnaqqis, ribassi, kwantitajiet u l-livell tal-kummerċ. Fejn il-kondizzjonijiet speċifikati huma milħuqa, il-fatturi li għalihom jista jsir aġġustament huma mniżżla kif ġej:</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku jirregola l-proċedura ta’ rimbors ta’ dazji mħallsa. Din id-dispożizzjoni hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.008"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>8.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 2, importatur jista’ jitlob li jerġgħu jitħallsu lura d-dazji miġbura fejn jintwera li l-marġini tad-dumping, fuq il-bażi li fuqu kienu mħallsa d-dazji, jkun ġie eliminat, jew imnaqqas għal livell li huwa inqas mill-livell tad-dazju infurzat.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Fit-talba ta’ rifużjoni [rimbors] tad-dazji kontra d-dumping, l-importatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa permezz ta’ Stat Membru tat-territorju li fih il-prodotti tħallew għal ċirkulazzjoni ħielsa, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha kien ġie stabbilit l-ammont tad-dazji definittivi li kellhom jiġu ntaxxati kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti jew mid-data li fiha kienet ittieħdet deċiżjoni definittiva biex jiġu miġbura l-ammonti ggarantiti permezz ta’ dazju proviżorju. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-talba lill-Kummissjoni mal-ewwel.</ALINEA><ALINEA>Applikazzjoni għal rifużjoni għandha tiġi kkunsidrata biss meta din tkun appoġġjata kif suppost permezz ta’ evidenza fejn din ikollha informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta’ rifużjoni fuq id-dazji kontra d-dumping mitlub u d-dokumentazzjoni kollha tad-dwana li għandha x’taqsam mal-kalkulazzjoni u l-pagament ta’ ammont bħal dan. Għandha wkoll tinkludi evidenza, għal perjodu rappreżentattiv, tal-valuri normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-[Unjoni Ewropea] għall-esportatur jew il-produttur li għalih japplika d-dazju. F’każijiet fejn l-importatur ma jkunx assoċjat ma’ l-esportatur jew mal-produttur konċernat u informazzjoni bħal din mhix immedjatament disponibbli, jew fejn l-esportatur jew il-produttur ma jixtieqx jagħti din l-informazzjoni lill-importatur, l-applikazzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-esporatur jew il-produttur li l-marġini tad-dumping ġie mnaqqas jew eliminat, kif speċifikat f’dan l-Artikolu, u li sejra tingħata l-evidenza ta’ sostenn rilevanti lill-Kummissjoni. Fejn l-evidenza min-naħa ta’ l-esportatur jew tal-produttur ma tkunx disponibbli fi żmien perjodu raġonevoli ta’ żmien, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, tiddeċiedi jekk u sa liema punt l-applikazzjoni għandha tiġi mogħtija, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim, fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn reviżjoni bħal din imwettqa skond id-disposizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk u sa liema estent rifużjoni hija ġġustifikata. Rifużjonijiet tad-dazji għandhom normalment iseħħu fi żmien 12‑il xahar, u taħt ebda ċirkustanzi iktar tard minn 18‑il xahar wara d-data li fiha tkun saret talba għal rifużjoni, sostnuta kif suppost permezz ta’ evidenza, minn importatur tal-prodott soġġett għad-dazju kontra d-dumping. Il-ħlas ta’ kwlunkwe rifużjoni awtorizzata għandu normalment isir mill-Istati Membri fi żmien 90 ġurnata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, huwa previst kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Fl-investigazzjonijiet kollha ta’ reviżjoni jew ta’ rifużjoni imwettqa skond dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jkunux tbiddlu, tapplika l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, waqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-Artikolu 2, u b’mod partikolari għall-paragrafi 11 u 12 tiegħu, u għall-Artikolu 17.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iddefinixxiet il-Linji Gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, fl-Avviż tagħha dwar ir-rimbors tad-dazji antidumping (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, C 127, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Avviż interpretattiv<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Il-punt 3.2.3 tal-Avviż interpretattiv, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Analiżi tal-fondatezza tat-talba<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>a)</NO.P><TXT>Metodu ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><P>[…]</P><P>L-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tapplika <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-istess metodu bħal dak fl-investigazzjoni li tat lok għall-impożizzjoni tad-dazju, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 (determinazzjoni tad-dumping), b’mod partikolari tal-paragrafi 11 u 12 tiegħu (użu tal-mezzi pponderati fil-kalkolu tal-marġni ta’ dumping), u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 (teħid ta’ kampjuni)<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>.</P><P>[…]</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Użu tar-riżultati ta’ eżami mill-ġdid</TXT></NP></TI></TITLE><P>Meta teżamina talba għal rimbors, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe mument tiddeċiedi li tiftaħ eżami mill-ġdid intermedju konformement mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-proċedura relatata mat-talba għal rimbors hija għandha tiġi għalhekk sospiża sa ma tiġi konkluża l-investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid.</P><P>Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid jistgħu jintużaw sabiex tiġi ġġudikata l-fondatezza ta’ talba għal rimbors sa fejn id-data ta’ fatturazzjoni tat-tranżazzjonijiet li għalihom jintalab ir-rimbors tkun inkluża fil-perijodu ta’ investigazzjoni jew ta’ eżami mill-ġdid.</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></TI></TITLE></GR.SEQ></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, RFA International, LP, hija soċjetà in akkomandita kkostitwita fil-Kanada, li normalment twettaq l-attivitajiet kummerċjali ta’ kuljum tagħha permezz tas-sussidjarja tagħha li tinsab fl-Isvizzera. Sa minn data, mhux speċifikata, wara l‑<DATE ISO="20080225">25 ta’ Frar 2008</DATE>, ir-rikorrenti, permezz tas-sussidjarja Svizzera tagħha, tixtri, tbigħ mill-ġdid, timporta u taħżen, fl-Unjoni Ewropea, ferrosiliċju li joriġina mir-Russja prodott minn żewġ kumpanniji sister, stabbiliti fir-Russja, li huma Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>CHEMK<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>KF<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Il-ferrosiliċju huwa liga li tintuża fil-manifattura tal-azzar u tal-ħadid.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20080225">25 ta’ Frar 2008</DATE>, wara lment imressaq mill-Kumitat ta’ kollegament tal-industriji ta’ ligi tal-ħadid (Euroalliages), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adottat r-Regolament (KE) Nru 172/2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU L 55, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Regolament inizjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament inizjali, ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezzijiet netti, ħielsa fil-fruntiera tal-Komunità, qabel l-isdoganament, kienet ta’ 22.7 % għall-prodotti mmanifatturati minn CHEMK u KF.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, CHEMK u KF ippreżentaw talba għal eżami mill-ġdid intermedjarju parzjali, li kien jirrigwarda biss id-dumping, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni miftuħa mill-Kummissjoni wara li saret din it-talba kienet tkopri l-perijodu mill‑<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE> sat‑<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE> inkluż (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>perijodu ta’ investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bejn it‑<DATE ISO="20091230">30 ta’ Diċembru 2009</DATE> u l‑<DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, ir-rikorrenti, konformement mal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, adixxiet il-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet doganali Belġjani, Ġermaniżi, Taljani, Olandiżi, Finlandiżi, Svediżi u tar-Renju Unit, b’numru ta’ talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa. Dawn it-talbiet kienu jikkonċernaw dazji antidumping li r-rikorrenti kienel<?PAGE NO="6"?> ħallset matul il-perijodu inkluż bejn is‑<DATE ISO="20090107">7 ta’ Jannar 2009</DATE> u l‑<DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>. L-investigazzjoni ta’ rimbors kienet tirrigwarda l-perijodu mill‑<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> sat‑<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). Fid-dawl tal-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping ġodda, il-Kummissjoni qasmet dan il-perijodi fi tnejn, fejn l-ewwel perijodu kien jiddekorri mill‑<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> sat‑<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ewwel perijodu ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) u, it-tieni perijodu kien jiddekorri mill‑<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE> sat‑<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem it‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tieni perijodu ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). It-tieni perijodu ta’ investigazzjoni jikkorrispondi għall-perijodu ta’ investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20110112">12 ta’ Jannar 2011</DATE>, CHEMK, KF u r-rikorrenti (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>grupp CHEMK<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) bagħtu lill-Kummissjoni, bi tweġiba għal talba għal informazzjoni magħmula minnha fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid intermedju, spjegazzjonijiet dwar l-istruttura tal-grupp CHEMK.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti l-konklużjonijiet tagħha dwar l-ewwel perijodu ta’ investigazzjoni. Il‑Kummissjoni kkonstatat, għal dan il-perijodu, marġni ta’ dumping negattiv li jagħti lok għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20120116">16 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Kunsill, permezz tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 60/2012, li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fir-Russja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 22, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), temm il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid intermedju mingħajr ma biddel il-livell tal-miżura antidumping fis-seħħ. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni, il-Kunsill, b’mod partikolari, eżamina u ċaħad argumenti ppreżentati, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, minn CHEMK u KF, sabiex juri li, flimkien mar-rikorrenti, huma kienu jifformaw entità ekonomika waħda (premezzi 23, 24, 36 u 37 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal‑5 u tas‑<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti l-konklużjonijiet tagħha dwar it-tieni perijodu ta’ investigazzjoni. Minn dawn id-dokumenti jirriżulta li l-Kummissjoni kkalkolat, għal dan il-perijodu, marġni ta’ dumping li jammonta għal 24.1 %, fejn fil-fehma tagħha, it-talba għal rimbors għall-imsemmi perijodu kellha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tieni perijodu ta’ investigazzjoni u ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20120810">10 ta’ Awwissu 2012</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5585 finali, C (2012) 5588 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), li permezz tagħhom, hija, minn naħa, laqgħet it-talbiet ta’ rimbors li kienu jirrigwardaw l-ewwel perijodu ta’ investigazzjoni, sa fejn dawn it-talbiet kienu ammissibbli, u, min-naħa l-oħra, ċaħdet it-talbiet ta’ rimbors li kienu jirrigwardaw it-tieni perijodu ta’ investigazzjoni. Ir-rikorrenti rċeviet in-notifika ta’ dawn id-deċiżjonijiet fl‑<DATE ISO="20120814">14 ta’ Awwissu 2012</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjonijiet ikkontestati</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, minn naħa, il-Kummissjoni ppreċiżat, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-perijodu ta’ investigazzjoni ta’ rimbors. F’dan ir-rigward, hija kkunsidrat il-qsim, diġà magħmul matul l-investigazzjoni ta’ rimbors, ta’ dan il-perijodu f’żewġ perijodi (ara l-punt 14 iktar ’il fuq). Sa fejn it-tieni perijodu kien jikkorrispondi għall-perijodu ta’ investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni indikat li hija setgħet tuża l-konklużjonijiet tal-imsemmija investigazzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-fondatezza tat-talba għal rimbors, hekk kif jirriżulta mill-Avviż interpretattiv<?PAGE NO="7"?> (premessi 4 u 7 tad-deċiżjonijiet ikkontestati). Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni eżaminat l-ammissibbiltà tat-talbiet għal rimbors. F’dan ir-rigward, hija, b’mod partikolari, ikkonstatat li dawn it-talbiet kienu parzjalment inammissibbli ġaladarba kienu tressqu, għal ċerti tranżazzjonijiet imwettqa matul l-ewwel perijodu ta’ investigazzjoni, barra mit-terminu ta’ sitt xhur stabbilit fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku (premessi 10 tad-deċiżjonijiet ikkontestati).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni eżaminat il-fondatezza tat-talbiet għal rimbors.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-prezz ta’ esportazzjoni, il-Kummissjoni, li kkunsidrat li r-rikorrenti, li permezz tagħha CHEMK u KF kienu jwettqu l-bejgħ tagħhom bl-esportazzjoni, kienet teżerċita l-funzjonijiet kollha ta’ importazzjoni fl-Unjoni, l-ewwel nett, applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għalhekk hija ħolqot il-prezz ta’ esportazzjoni abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati kienu jinbigħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat minħabba l-ispejjeż kollha li kienu jirriżultaw bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid kif ukoll minħabba marġni ta’ qligħ, stabbilit għal 6 %, u minħabba marġni raġonevoli għall-ispejjeż ta’ bejgħ, nefqa amministrattiva u spejjeż ġenerali oħra (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ispejjeż SGA<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) [premessi 21 u 22 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessi 22 u 23 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. It-tieni nett, il-Kummissjoni eżaminat l-argument ippreżentat mir-rikorrenti kif ukoll minn CHEMK u KF dwar il-fatt li huma jmisshom ġew ikkunsidrati bħala entità ekonomika waħda, b’tali mod li ma kellu jsir ebda aġġustament minħabba l-ispejjeż SGA u minħabba l-marġni benefiċjarja waqt id-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni. Bi tweġiba għal dan l-argument, il-Kummissjoni, minn naħa, reġgħet tenniet il-konklużjoni tagħha li r-rikorrenti kellha tiġi kkwalifikata bħala importatur assoċjat, fis-sens tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Min-naħa l-oħra, hija qieset li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda kienet nieqsa minn rilevanza fid-dawl tal-aġġustamenti magħmula skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, li japplika espliċitament għas-sitwazzjonijiet li fihom l-esportatur u l-importatur huma assoċjati [premessi 23 u 24 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessi 24 u 25 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali].</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, il-Kummissjoni, l-ewwel nett, ikkonstatat li, għall-ewwel perijodu ta’ investigazzjoni, il-marġni ta’ dumping kien negattiv filwaqt li, għat-tieni perijodu, dan il-marġni, hekk kif korrett wara osservazzjonijiet mir-rikorrenti, kien jammonta għal 23.1 %.[premessa 29 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 30 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. It-tieni nett, il-Kummissjoni ppreċiżat li, fil-kuntest tal-investigazzjoni ta’ rimbors u d-differenza tal-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament inizjali, inizjalment hija kkalkolat marġni ta’ dumping għal CHEMK u marġni għal KF qabel ma stabbilixxiet marġni ta’ dumping medju għall-grupp CHEMK. Hija ġġustifikat l-applikazzjoni ta’ dan il-metodu l-ġdid bi bdil fiċ-ċirkustanzi, fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, li kienet tirrigwarda l-bdil fiċ-ċrieki ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tal-ferrosiliċju mill-grupp CHEMK, fejn, skont il-Kummissjoni, l-imsemmi metodu kien konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament [premessi 31 sa 33 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessi 32 sa 34 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali].</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eżaminat l-argumenti ppreżentati mir-rikorrenti bi tweġiba għat-trażmissjoni, min-naħa tagħha, tal-konklużjonijiet tagħha dwar l-investigazzjoni ta’ rimbors. F’dan ir-rigward, hija eżaminat u ċaħdet b’mod partikolari l-argumenti ppreżentati mir-rikorrenti bil-għan li tikkontesta l-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi li tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodu ġdid ta’ kalkolu [premessi 40 sa 47 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessi 41 sa 48 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. Min-naħa l-oħra, hija ċaħdet l-argumenti tar-rikorrenti dwar il-kunċett ta’ entità<?PAGE NO="8"?> ekonomika waħda [premessa 48 deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 49 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali].</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bdil fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tieni Awla, din il-kawża ġiet konsegwentement assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għamlet domanda bil-miktub lir-rikorrenti. Hija rrispondiet fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tas‑<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla parzjalment id-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jirrifjutaw ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li fir-rigward tagħhom it-talba ġiet iddikjarata inammissibbli minħabba l-iskadenza tat-terminu legali;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha għal annullament, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi jew fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni wettqet meta ġiet biex tiddetermina l-prezz ta’ esportazzjoni. It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li kien jeżisti bdil fiċ-ċirkustanzi u applikat metodu ġdid biex tistabbilixxi l-marġni ta’ dumping.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi jew fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa waqt id-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv ta’ annullament, ir-rikorrenti tilmenta, essenzjalment, li, meta ġiet biex tiddetermina l-prezz ta’ esportazzjoni, il-Kummissjoni b’mod żbaljat wettqet aġġustamenti fir-rigward tal-ispejjeż SGA tagħha u tal-qligħ tagħha marbuta mal-funzjonijiet ta’ esportazzjoni tagħha bħala taqsima ta’ bejgħ integrat u taqsima ta’ distribuzzjoni tal-entità ekonomika waħda li tifforma flimkien ma’ CHEMK u KF. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet fejn l-ewwel waħda tirrigwarda l-konklużjoni, li tirriżulta fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li r-rikorrenti ma tifformax entità ekonomika waħda ma’ CHEMK u KF u t-tieni waħda tirrigwarda l-kunsiderazzjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li l-kunċett ta’ entità ekonomika waħda hija nieqsa minn rilevanza fit-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Jeħtieġ li qabel kollox tiġi eżaminata t-tieni parti ta’ dan il-motiv qabel ma tiġi sussegwentement evalwata l-ewwel parti ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi jew żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda hija ineffettiva fuq it-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni konformement mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, meta mis-sentenzi tas‑<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP (C‑191/09 P u C‑200/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:78">EU:C:2012:78</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 55 u 56), u tal‑<DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill (T‑249/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 177) jirriżulta li l-kunċett ta’ entità ekonomika waħda, applikat ukoll fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur normali, huwa rilevanti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Filwaqt li din il-ġurisprudenza kienet tikkonċerna aġġustamenti magħmula skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, ir-rikorrenti tqis li mkien fil-kliem tal-Artikolu 2(9) u ebda raġuni legali jew ekonomika imperattiva ma jipprekludu t-traspożizzjoni tagħha fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tal-imsemmi regolament. Din it-traspożizzjoni jkollha bħala effett li l-ispejjeż SGA u l-qligħ relatat mal-funzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ kumpannija li topera bħala servizz ta’ esportazzjoni integrat ma jistgħux jiġu ssuġġettati għal aġġustamenti taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, f’dan il-każ, li kieku l-Kummissjoni ma kinitx wettqet l-iżbalji allegati, l-ispejjeż SGA u l-qligħ tar-rikorrenti kienu jiġu ssuġġettati għal aġġustamenti biss fil-limitu tal-ispejjeż SGA u tal-qligħ marbut mal-attivitajiet tagħha ta’ importazzjoni u ta’ postimportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-fondatezza ta’ dawn l-argumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, minn naħa, għandu jitfakkar li, fil-qasam tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali, il-Kunsill u l-Kummissjoni (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa minħabba l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi, politiċi u ġuridiċi li huma għandhom jeżaminaw (sentenza tas‑<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Ikea Wholesale, C‑351/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40). Minn dan jirriżulta li l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni dwar dawn l-evalwazzjonijiet għandu jiġi limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-korrettezza materjali tal-fatti kkonstatati sabiex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew tal-assenza ta’ abbuż ta’ poter (sentenzi tas-<DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, NTN Toyo Bearing <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, 240/84, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:202">EU:C:1987:202</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19; tal‑<DATE ISO="19900314">14 ta’ Marzu 1990</DATE>, Gestetner Holdings vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑156/87, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:116">EU:C:1990:116</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 63, u tas‑<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>, EuroChem MCC vs Il‑Kunsill, T‑84/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:64">EU:T:2013:64</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-prezz ta’ esportazzjoni huwa l-prezz realment imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, meta ma jkunx hemm prezz ta’ esportazzjoni jew meta jidher li l-prezz ta’ esportazzjoni ma huwiex affidabbli minħabba l-eżistenza ta’ assoċjazzjoni jew ta’ arranġament ta’ tpaċija bejn l-esportatur u l-importatur jew parti terza, il-prezz ta’ esportazzjoni jista’ jitfassal fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati jinbigħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti jew, jekk il-prodotti ma jinbigħux mill-ġdid lil xerrej indipendenti jew ma jinbigħux mill-ġdid fil-kundizzjoni li fiha ġew importati, fuq kwalunkwe bażi raġjonevoli oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-każ ta’ assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur, l-istituzzjonijiet għandhom id-dritt, konformement mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, li jfasslu l-prezz ta’ esportazzjoni. Il-ġurisprudenza taċċetta l-eżistenza ta’ tali assoċjazzjoni meta l-esportatur u l-importatur jappartjenu għall-istess grupp (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal‑<DATE ISO="19881005">5 ta’ Ottubru 1988</DATE>, Canon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs<?PAGE NO="10"?> Il‑Kunsill, 277/85 u 300/85, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:467">EU:C:1988:467</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31; tal‑<DATE ISO="19950914">14 ta’ Settembru 1995</DATE>, Descom Scales vs Il‑Kunsill, T‑171/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:164">EU:T:1995:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33, u tal‑<DATE ISO="19991020">20 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Swedish Match Philippines vs Il‑Kunsill, T‑171/97, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:263">EU:T:1999:263</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, meta l-prezz ta’ esportazzjoni jitfassal abbażi tal-prezz għall-ewwel xerrej indipendenti jew fuq kwalunkwe bażi raġjonevoli oħra, isiru aġġustamenti sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha li rriżultaw bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, sabiex jiġi stabbilit prezz ta’ esportazzjoni affidabbli mal-fruntiera tal-Unjoni. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jipprovdi li n-nefqa li għaliha jkun sar aġġustament tinkludi, b’mod partikolari, marġni raġjonevoli għall-ispejjeż SGA u l-qligħ (sentenza tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, CHEMK u KF vs Il‑Kunsill, T‑190/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:618">EU:T:2011:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, għandu jingħad ukoll li l-aġġustamenti previsti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 2(9) isiru <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-istituzzjonijiet (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas‑<DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, Nachi Fujikoshi vs Il‑Kunsill, 255/84, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:203">EU:C:1987:203</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33; tas‑<DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, Minebea vs Il‑Kunsill, 260/84, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:206">EU:C:1987:206</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43, u Descom Scales vs Il‑Kunsill, punt 39 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:164">EU:T:1995:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66). Barra minn hekk, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din id-dispożizzjoni ma teskludix li jsiru aġġustamenti għal spejjeż li jkunu seħħew qabel l-importazzjoni, sa fejn dawn l-ispejjeż normalment jiġu sostnuti mill-importatur (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Gestetner Holdings vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, punt 37 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:116">EU:C:1990:116</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 sa 33).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, għalkemm l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jipprovdi li għandu jsir aġġustament fir-rigward ta’ marġni raġonevoli għall-ispejjeż SGA u l-qligħ, din id-dispożizzjoni ma tipprevedix metodu ta’ kalkolu jew ta’ determinazzjoni tal-imsemmi marġni. Hija tillimita ruħha sabiex tirreferi għan-natura raġonevoli tal-imsemmi marġni li huwa suġġett għall-aġġustament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CHEMK u KF vs Il‑Kunsill, punt 40 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:618">EU:T:2011:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, id-determinazzjoni ta’ marġni raġonevoli għall-ispejjeż SGA u l-qligħ ma hijiex eċċezzjoni fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza, iċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq, li tgħid li fil-qasam tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali l-istituzzjonijiet għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, b’tali mod li l-qorti tal-Unjoni tista’ teżerċita biss stħarriġ ġudizzjarju limitat. Fil-fatt, din id-determinazzjoni tikkomporta neċessarjament evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CHEMK u KF vs Il‑Kunsill, punt 40 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:618">EU:T:2011:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38; ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, Miwon vs Il‑Kunsill, T‑51/96, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:92">EU:T:2000:92</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42, u tal‑<DATE ISO="20021121">21 ta’ Novembru 2002</DATE>, Kundan u Tata vs Il‑Kunsill, T‑88/98, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:280">EU:T:2002:280</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u fid-dawl tal-ġurisprudenza, għandu jiġi osservat li, fil-każ ta’ assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur, hija l-parti kkonċernata li għandha l-intenzjoni tikkontesta l-portata tal-aġġustamenti magħmula abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, sa fejn il-marġni ddeterminati fir-rigward tal-ispejjeż SGA u tal-qligħ ikunu eċċessivi, li għandha tipproduċi provi u l-kalkoli korretti li jiġġustifikaw l-allegazzjonijiet tagħha u, b’mod partikolari, ir-rata alternattiva li hija tipproponi jekk ikun il-każ (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Canon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, punt 39 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:467">EU:C:1988:467</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, qabel kollox, huwa paċifiku li, waqt il-proċedura amministrattiva, ir-rikorrenti ssostni, quddiem il-Kummissjoni, li hija kienet tifforma, flimkien ma’ CHEMK u KF, entità ekonomika waħda u li hija kienet teżerċita, minbarra funzjonijiet marbuta mal-importazzjoni, funzjonijiet ta’ esportazzjoni bħala taqsima ta’ distribuzzjoni integrata tal-imsemmija entità.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Sussegwentement, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni kkunsidrat, minn naħa, li r-rikorrenti kienet twettaq il-funzjonijiet kollha normalment imwettqa minn importatur konness, b’tali mod li hija kellha titqies li kienet assoċjata ma’ CHEMK u KF u li l-prezz ta’ esportazzjoni kellu jitfassal skont<?PAGE NO="11"?> l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni qieset li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda kienet nieqsa minn rilevanza fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-aġġustamenti kellhomx isiru skont l-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku japplika espliċitament fil-każ ta’ assoċjazzjoni tal-esportatur u tal-importatur [premessa 24 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 25 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet li l-fatt jekk l-assoċjazzjoni tiħux jew le l-forma ta’ entità ekonomika waħda huwa mingħajr rilevanza fil-kuntest ta’ aġġustament imwettaq skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Is-sentenzi Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, punt 35 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:78">EU:C:2012:78</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill, punt 35 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċċitati mir-rikorrenti, huma mingħajr rilevanza, ġaladarba l-kawża li tat lok għal dawn is-sentenzi tikkonċerna aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku [premessat 48 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 49 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali].</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, hekk kif jirriżulta mill-proċess, ħadet inkunsiderazzjoni, għat-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, ta’ marġni raġonevoli għal spejjeż SGA li jammonta għal 2.29 % tad-dħul mill-bejgħ nett tar-rikorrenti u ta’ marġni raġonevoli għal qligħ li jammonta għal 6 % tal-imsemmi dħul mill-bejgħ nett.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn ir-riferimenti u preċiżazzjonijiet li għandha tiġi eżaminata l-fondatezza tal-argumenti mqajma mir-rikorrenti insostenn ta’ din il-parti tal-ewwel motiv. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt inkwantu hija kkonkludiet b’mod żbaljat li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda kienet ineffettiva fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni, bil-għan li tikkontesta, essenzjalment, parti mill-aġġustamenti magħmula mill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fir-rigward tal-ispejjeż SGA tagħha u tal-qligħ tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li r-rikorrenti taqbel li, f’dan il-każ, kien hemm lok li l-Kummissjoni tipproċedi sabiex tfassal il-prezz ta’ esportazzjoni konformement mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fejn b’hekk, hija ma tikkontestax l-applikabbiltà tiegħu. Barra minn hekk, kif ikkonfermat waqt is-seduta, ir-rikorrenti tammetti li l-ispejjeż SGA u l-qligħ tagħha marbuta mal-funzjonijiet tagħha ta’ importatur, li, fil-fehma tagħha jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, kellhom jiġu ssuġġettati għal aġġustamenti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tallega, essenzjalment, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi inkwantu hija kkunsidrat b’mod żbaljat li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda kienet ineffettiva fil-kuntest tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li, bi tweġiba għall-argumenti ppreżentati mir-rikorrenti waqt il-proċedura amministrattiva u bbażati fuq il-fatt li hija kienet tifforma, flimkien ma’ CHEMK u KF, entità ekonomika waħda, il-Kummissjoni fakkret, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li r-rikorrenti kienet tissodisfa l-funzjonijiet li normalment jirrigwardaw importatur konness, b’tali mod li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kienu ssodisfatti. Hija ppreċiżat ukoll li l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ entità ekonomika waħda kienet ineffettiva fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk kienx hemm lok li jsiru aġġustamenti taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kienu ssodisfatti u l-imsemmija dispożizzjoni kienet tapplika espliċitament fil-preżenza ta’ assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-fatt li l-assoċjazzjoni bejn ir-rikorrenti kif ukoll CHEMK u KF tiħux jew le l-forma ta’ entità ekonomika waħda kien mingħajr rilevanza fil-kuntest ta’ aġġustament magħmul taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk jidher li ċ-ċaħda, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, tal-allegazzjoni, mir-rikorrenti, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda hija essenzjalment ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni li l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ tali entità hija, skont il-Kummissjoni, mingħajr rilevanza fir-rigward tal-applikabbiltà nnifisha tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fil-preżenza ta’ assoċjazzjoni, bħal f’dan il-każ, bejn il-produttur u l-importatur, fid-dawl tal-fatt li, ġaladarba l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ġew issodisfatti, il-Kummissjoni tqis li hija għandha tipproċedi għall-aġġustamenti li huma previsti għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li mid-deċiżjonijiet ikkontestati ma jirriżultax li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li teskludi l-fatt li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda tista’, jekk ikun il-każ, ikollha effett fuq il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jiġifieri, b’mod partikolari, fuq il-possibbiltà li ċerti spejjeż SGA u qligħ (pereżempju, dawk marbuta mal-attivitajiet ta’ esportazzjoni) jistgħu ma jittiħdux inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-aġġustamenti magħmula taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-motivi tad-deċiżjonijiet ikkontestati hija wisq iktar neċessarja inkwantu, hekk kif jirriżulta mill-imsemmija deċiżjonijiet, ir-rikorrenti sostniet, waqt il-proċedura amministrattiva, li l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda tipprekludi kull aġġustament, taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fir-rigward tal-ispejjeż SGA tagħha u tal-qligħ tagħha. Fil-fatt, huwa bi tweġiba għal din l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wieġbet, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li l-eżistenza ta’ tali entità ma kinitx, fil-fehma tagħha, tali li tipprekludi l-imsemmija aġġustamenti. Barra minn hekk, għalkemm, fl-osservazzjonijiet tagħha tal‑<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti tat x’tifhem li hija kienet qed tikkontesta biss parti mill-aġġustamenti magħmula fir-rigward tal-imsemmija spejjeż, xorta jibqa’ l-fatt li l-imsemmija osservazzjonijiet ma humiex univoċi fir-rigward tal-portata reali tal-kontestazzjoni mir-rikorrenti u li, fi kwalunkwe każ, fin-noti tagħha, ir-rikorrenti ma tagħmel ebda kritika partikolari dwar il-preżentazzjoni tal-argumenti tagħha, hekk kif jirriżultaw fid-deċiżjonijiet ikkontestati u hekk kif fakkret ir-rikorrenti nnifisha, fir-rikors, waqt l-espożizzjoni tal-kuntest fattwali ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti u sa fejn, minn naħa, ir-rikorrenti fl-ebda mument ma tikkontesta, hekk kif ikkonfermat waqt is-seduta b’risposta għal domanda magħmula mill-Qorti Ġenerali, l-applikabbiltà tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku anki fil-preżenza ta’ entità ekonomika waħda u sa fejn, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, sempliċement ikkunsidrat li l-eżistenza ta’ tali entità kienet ineffettiva fuq l-applikabbiltà tal-imsemmija dispożizzjoni u tal-aġġustamenti li kienu previsti, għandu jiġi konkluż li l-argumenti tar-rikorrenti ma humiex tali li jistabbilixxi li dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni huma vvizzjati bi żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda mingħajr lanqas ma jkun meħtieġ li jiġi ddeterminat, jekk ikun il-każ, liema huma l-effetti tal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda fuq id-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni u l-effett, f’dan ir-rigward, tas-sentenzi Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, punt 35 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:78">EU:C:2012:78</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill, punt 35 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċċitati mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, bħal ma ppreċiżat waqt is-seduta, ir-rikorrenti tallega, essenzjalment, li l-aġġustamenti magħmula, waqt it-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fir-rigward tal-ispejjeż SGA tagħha u tal-qligħ tagħha, huma eċċessivi. Hija tosserva li, fir-rigward ta’ kumpannija li, bħala nnifisha, topera kemm bħala importatur u kif ukoll bħala esportatur u li tagħmel parti minn entità ekonomika waħda, l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jippermetti li jsiru aġġustamenti għall-ispejjeż SGA u għall-qligħ biss fir-rigward tal-funzjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta’ importazzjoni u mhux dawk relatati mal-esportazzjoni. Barra minn hekk, sa fejn, waqt il-proċedura amministrattiva, hija ssostni li minbarra l-funzjonijiet tagħha ta’ importazzjoni hija kienet twettaq funzjonijiet ta’ esportazzjoni, ir-rikorrenti tqis li fid-dawl tal-aġġustamenti previsti fl-Artikolu 2(9)<?PAGE NO="13"?> tar-Regolament bażiku, kienet il-Kummissjoni li kellha twettaq distinzjoni bejn dawn iż-żewġ funzjonijiet u li twettaq aġġustamenti biss fir-rigward tal-ispejjeż SGA u tal-qligħ marbuta mal-funzjonijiet ta’ importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, mingħajr lanqas ma jkun meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk ir-rikorrenti effettivament tifformax entità ekonomika waħda ma’ CHEMK u KF u liema jkunu, jekk ikun il-każ, l-effetti tal-eżistenza ta’ tali entità fuq id-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku, għandu jiġi osservat li l-argumenti tar-rikorrenti ma humiex tali li jistabbilixxu li l-marġni msemmija fil-punt 47 iktar ’il fuq huma eċċessivi inkwantu l-Kummissjoni naqset milli twettaq distinzjoni skont il-funzjonijiet differenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-ewwel nett, waqt il-proċedura amministrattiva, ir-rikorrenti, hekk kif ikkonfermat waqt is-seduta b’risposta għal domanda magħmula mill-Qorti Ġenerali, ma ppreżentat ebda ċifri fid-dettall dwar l-ispejjeż u l-qligħ li, fil-fehma tagħha, ma misshomx kienu suġġetti għal aġġustamenti sa fejn huma marbuta mal-attivitajiet tagħha ta’ esportazzjoni. Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta li r-rikorrenti sempliċement allegat, quddiem il-Kummissjoni, li hija kienet tifforma, flimkien ma’ CHEMK u KF, entità ekonomika waħda u li kienet twettaq, minbarra funzjonijiet ta’ importazzjoni, funzjonijiet ta’ taqsima ta’ bejgħ integrat. Fl-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti, filwaqt li kkontestat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tieni perijodu ta’ investigazzjoni, sostniet, b’mod partikolari, li kienu biss l-ispejjeż SGA u l-qligħ relatat mal-funzjonijiet tagħha li setgħu jkunu s-suġġett ta’ aġġustamenti taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż SGA u tal-qligħ relatat mal-funzjonijiet tagħha ta’ esportazzjoni. Madankollu, hekk kif jirriżulta min-noti tal-Kummissjoni, mingħajr ma dan ġie kkontestat mir-rikorrenti, fir-rigward tal-aġġustamenti li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li twettaq, hija ħassret, fl-Anness 3 tal-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, il-kolonna intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Spejjeż [SGA] 2.29 % u qligħ normali perijodu ta’ investigazzjoni 6 %<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi osservat li, minbarra l-fatt li l-osservazzjonijiet ippreżentati mir-rikorrenti waqt il-proċedura amministrattiva ma humiex neqsin minn ambigwità, il-Kummissjoni kellha, fl-assenza ta’ kull preżentazzjoni mir-rikorrenti ta’ data b’ċifri preċiża fir-rigward tal-ispejjeż sostnuti u qligħ magħmul permezz tal-attivitajiet differenti tagħha, tiddetermina marġni raġonevoli għall-ispejjeż SGA u l-benefiċċju tar-rikorrenti, sabiex tkun tista’ twettaq l-aġġustamenti previsti fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, li l-applikabbiltà tagħha qatt ma tqiegħdet inkwistjoni mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 40 sa 44 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li, meta hija tipproċedi għat-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni twettaq <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-aġġustamenti previsti mill-imsemmija dispożizzjoni u tiddetermina, għal dan il-għan, marġni raġonevoli għall-ispejjeż SGA u għall-qligħ. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra b’mod partikolari fil-punt 44 iktar ’il fuq, hija l-parti kkonċernata, f’dan il-każ ir-rikorrenti, sa fejn ikollha l-intenzjoni, waqt il-proċedura amministrattiva, tikkontesta parti mill-aġġustamenti mħabbra, li tippreżenta ċifri insostenn tal-kontestazzjoni tagħha, bħal kalkoli konkreti li jiġġustifikaw l-allegazzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jingħad ukoll li l-allegazzjoni tal-eżistenza, jekk jitqies li ġiet stabbilita, ta’ entità ekonomika waħda li fi ħdanha r-rikorrenti topera prinċipalment bħala taqsima ta’ bejgħ integrat, b’tali mod li l-funzjonijiet ta’ importazzjoni tagħha huma kkompletati b’funzjonijiet ta’ esportazzjoni, ma hijiex, kuntrarjament għal dak li tosserva r-rikorrenti, tali li taqleb dan l-oneru ta’ prova billi timponi lill-Kummissjoni twettaq id-distinzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk jitqies li din hija ġustifikata, bejn iż-żewġ funzjonijiet ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u l-ispejjeż SGA u l-qligħ relatati magħhom. Fil-fatt, l-oneru baqa’ fuq ir-rikorrenti, sa fejn hija kienet tikkontesta parzjalment l-aġġustamenti deċiżi mill-Kummissjoni, li turi, billi tipproduċi provi, in-natura eċċessiva ta’ dawn l-aġġustamenti billi tistabbilixxi l-effett, fil-fehma tagħha, tal-funzjonijiet ta’ esportazzjoni tagħha fuq l-aġġustamenti li jistgħu jsiru mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li sostniet ir-rikorrenti waqt is-seduta, hija ma setgħetx tevita iżjed li tippreżenta ċifri sa fejn il-Kummissjoni kienet għadha ma ddeċidietx dwar l-eżistenza, f’dan il-każ, ta’ entità ekonomika waħda u tal-effett tagħha fuq it-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni. Fil-fatt sa fejn dan l-argument jissuġġetta l-preżentazzjoni ta’ tali data f’ċifri intiża għat-turija tan-natura eċċessiva ta’ ċerti aġġustamenti inkwantu jirrigwardaw funzjonijiet li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, għar-rikonoxximent minn qabel, mill-Kummissjoni, tal-eżerċizzju ta’ tali funzjonijiet, huwa ma jistax jiġi kkonċiljat mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 44 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-assenza ta’ data f’ċifri ddettaljata pprovduta mir-rikorrenti waqt il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest meta ddeterminat il-marġnijiet raġonevoli għal spejjeż SGA u qligħ tar-rikorrenti mingħajr ma wettqet distinzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk jitqies li din hija rilevanti, bejn l-ispejjeż SGA u l-qligħ iġġenerati mill-attivitajiet tagħha marbuta mal-funzjonijiet allegati tagħha, rispettivament, ta’ esportazzjoni u ta’ importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>It-tieni nett, minbarra l-fatt li waqt il-proċedura amministrattiva, ir-rikorrenti ma pprovdiet ebda ċifri intiżi sabiex tqiegħed inkwistjoni l-marġni raġonevoli għall-ispejjeż SGA u l-qligħ li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tapplika, għandu jingħad ukoll li, waqt din l-istanza, ir-rikorrenti lanqas ma stabbilixxiet in-natura eċċessiva tal-aġġustamenti magħmula mill-Kummissjoni. Fil-fatt, quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti ma pproduċiet ebda prova li tista’ tiddetermina, preċiżament, il-parti tal-aġġustamenti li hija tikkontesta sa fejn dawn jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tagħha bħala parti ta’ entità ekonomika waħda, u lanqas ma pproduċiet prova li tistabbilixxi n-natura allegatament eżaġerata tal-aġġustamenti mwettqa mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>B’hekk, l-ewwel nett, skont ir-rikorrenti, għalkemm il-Kummissjoni kienet applikat korrettament l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku billi ħadet inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda, il-marġni ta’ dumping għat-tieni perijodu ta’ investigazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kien kemmxejn inqas<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għal dak ikkalkolat mill-Kummissjoni, fejn l-aġġustamenti magħmula kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>eżaġerati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-effett tal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda fuq l-aġġustamenti magħmula taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jinsab f’medda inkluża bejn 8 u 20 % tal-marġni ta’ dumping ikkalkolata. It-tielet nett, il-marġni raġonevoli ta’ 2.29 % tad-dħul mill-bejgħ nett tagħha stabbilit għall-ispejjeż SGA <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>huwa ħafna ogħla<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> mill-marġni li setgħet tiġi kkonstatata li kieku l-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda. Ir-raba’ nett, il-marġni ta’ qligħ ta’ 6 % tal-imsemmi dħul mill-bejgħ nett jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>l-marġni ta’ qligħ medju ta’ kull operatur/importatur indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, filwaqt li, fil-preżenza ta’ entità ekonomika waħda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>hija biss parti negliġibbli tal-qligħ, jekk ikun il-każ, li tista’ tiġi attribwita għall-bejgħ mill-ġdid postimportazzjoni tar-rikorrenti/[entità ekonomika waħda] fl-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, dawn l-affermazzjonijiet vagi u mhux issostanzjati huma insuffiċjenti fir-rigward tar-rekwiżiti mfakkra fil-punt 44 iktar ’il fuq u ma humiex, għaldaqstant, tali li jqiegħdu inkwistjoni l-portata tal-aġġustamenti magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni applikat, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, marġni ta’ qligħ medju ta’ importatur indipendenti, jeħtieġ sempliċement li jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, il-marġni ta’ qligħ raġonevoli msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jista, fil-preżenza ta’ assoċjazzjoni bejn produttur u importatur tal-Unjoni, jiġi kkalkolat mhux biss abbażi tad-data relatata mal-importatur affiljat, li tista’ tiġi influwenzata minn din l-assoċjazzjoni, iżda minn dik relatata ma’ importatur indipendenti (sentenza CHEMK u KF vs Il‑Kunsill, punt 40 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:618">EU:T:2011:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tal‑<DATE ISO="19881005">5 ta’ Ottubru 1988</DATE>, Silver Seiko <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, 273/85 u 107/86, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:466">EU:C:1988:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25, u Canon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill, punt 39 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:467">EU:C:1988:467</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għalhekk ir-rikorrenti ma stabbilixxietx li l-aġġustamenti magħmula fir-rigward tal-ispejjeż SGA tagħha u tal-qligħ tagħha kienu eċċessivi.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest meta applikat, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, marġni raġonevoli ta’ 2.29 % u ta’ 6 % rispettivament fir-rigward tal-ispejjeż SGA u tal-qligħ tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li tiġi miċħuda t-tieni parti tal-ewwel motiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Insostenn tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, wettqet żball ta’ liġi jew żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludiet li hija ma kinitx tifforma, flimkien ma’ CHEMK u KF, entità ekonomika waħda. Ir-rikorrenti żżid li, għalkemm il-Kummissjoni kkwalifikatha, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, bħala importatur assoċjat mal-esportatur fis-sens tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, hija ma tistax teskludi li din il-kwalifika tistrieħ fuq il-konklużjoni li hija ma kinitx tagħmel parti minn entità ekonomika waħda u li, sa fejn iċ-ċaħda mill-Kummissjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, tal-kunċett ta’ entità ekonomika waħda huwa bbażat fuq l-evalwazzjonijiet li jinsabu fil-premessi 24 u 37 tar-Regolament ta’ implementazzjoni, dawn l-evalwazzjonijiet huma żbaljati.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel parti ta’ dan il-motiv huwa inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi osservat li, hekk kif jirriżulta mir-riferiment, fil-punt 46 iktar ’il fuq, għad-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni, hekk kif ikkonfermat waqt is-seduta, ma ddeċidietx, fl-imsemmija deċiżjonijiet, li kienet teżisti entità ekonomika waħda li tiġbor fi ħdanha lir-rikorrenti kif ukoll lil CHEMK u KF. Fil-fatt, f’dawn id-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni qieset biss li, minn naħa, ir-rikorrenti kienet twettaq il-funzjonijiet tipiċi ta’ importatur konness, b’tali mod li l-prezz ta’ esportazzjoni kellu jitfassal abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku u li, min-naħa l-oħra, l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ entità ekonomika waħda kienet ineffettiva f’dan ir-rigward peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kienu ssodisfatti. Għalhekk l-ewwel parti ta’ dan il-motiv għandu jiġi miċħud peress li huwa dirett kontra konklużjonijiet li ma jirriżultawx fid-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Sussegwentement, anki li kieku kellu jitqies li, bħal ma ssostni r-rikorrenti, billi kkwalifikatha bħala importatur konness, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni teskludi l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda f’dan il-każ, għandu jiġi osservat, fi kwalunkwe każ, li l-fatt, jekk jitqies li dan ġie stabbilit, li r-rikorrenti tifforma, bħalma ssostni hija stess, entità ekonomika waħda ma’ CHEMK u KF huwa, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti, ineffettiv fuq l-evalwazzjoni tal-legalità tat-tfassil tal-prezz ta’ esportazzjoni fid-deċiżjonijiet ikkontestati. Fil-fatt, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ma stabbilixxietx in-natura eċċessiva, minħabba l-eżistenza, fil-fehma tagħha, ta’ entità ekonomika waħda, tal-aġġustamenti magħmula skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki li kieku kellu jitqies li hija effettivament tifforma entità ekonomika waħda ma’ CHEMK u KF u li l-Kummissjoni eskludiet b’mod żbaljat dan il-kunċett, żball ta’ dan it-tip ma huwiex tali li jaffettwa l-aġġustamenti magħmula minn din tal-aħħar fir-rigward tal-ispejjeż SGA u tal-qligħ tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sa fejn ir-rikorrenti tirreferi għall-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Kunsill fir-Regolament ta’ implementazzjoni, konklużjonijiet li, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni kellha, konformement mal-punt 3.2.3(a), tal-Avviż interpretattiv, tieħu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati, jeħtieġ, l-ewwel nett, li jiġi osservat li, għalkemm huwa minnu li mill-premessi 5 rispettivi tad-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżulta li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni, bħala prinċipju, issegwi, fl-imsemmija deċiżjonijiet, il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid, xorta jibqa’ l-fatt li, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni, hija<?PAGE NO="16"?> fl-ebda mument ma ħadet pożizzjoni dwar l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda. Fil-fatt, huwa biss fir-Regolament ta’ implementazzjoni li tirriżulta evalwazzjoni, mill-Kunsill, tal-elementi prodotti mill-grupp CHEMK bil-għan li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament ta’ implementazzjoni ma jaqax taħt is-suġġett ta’ dan ir-rikors, hekk kif wara kollox ikkonfermat ir-rikorrenti waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li, skont il-ġurisprudenza, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> (sentenzi tal‑<DATE ISO="19621214">14 ta’ Diċembru 1962</DATE>, Meroni vs L‑Awtorità Għolja, 46/59 u 47/59, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1962:44">EU:C:1962:44</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 801, u tat‑<DATE ISO="19720628">28 ta’ Ġunju 1972</DATE>, Jamet vs Il‑Kummissjoni, 37/71, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:57">EU:C:1972:57</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 12), il-Qorti Ġenerali ma tistax, f’dan il-każ, tevalwa l-legalità tal-motivi li msemmija fil-premessi 24 u 37 tar-Regolament ta’ implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn, waqt is-seduta, ir-rikorrenti indikat li, fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża tagħha, kien hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha mhux biss id-deċiżjonijiet ikkontestati, iżda wkoll tal-investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid, għandu jiġi osservat li l-kwistjoni dwar jekk ir-rikorrenti għandhiex għalhekk l-intenzjoni li tinvoka ksur, mill-Kummissjoni, tad-drittijiet tad-difiża tagħha, ma tirriżultax bil-kjarezza meħtieġa mill-indikazzjonijiet ipprovduti waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki li kieku kellu jitqies li b’hekk ir-rikorrenti għandha l-intenzjoni tinvoka ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha, għandu jiġi kkonstatat li, bħal ma osservat ġustament il-Kummissjoni, dan huwa motiv ġdid imressaq għall-ewwel darba waqt is-seduta u, għaldaqstant, huwa inammissibbli fid-dawl tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li, konformement mal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża huwa pprojbit, sakemm dawn il-motivi ma jkunux ibbażati fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li rriżultaw matul il-proċeduri (sentenza tas‑<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE>, Compagnie maritime belge transports <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, C‑395/96 P u C‑396/96 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:132">EU:C:2000:132</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 99). Issa, waqt is-seduta, ir-rikorrenti fl-ebda mument ma invokat li rriżulta xi punt ta’ liġi jew ta’ fatt matul il-proċeduri li jiġġustifika t-tressiq ta’ motiv ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, skont il-ġurisprudenza, motiv li jikkostitwixxi estensjoni ta’ motiv iddikjarat preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jippreżenta rabta mill-qrib miegħu, għandu jiġi ddikjarat ammissibbli (digriet tat‑<DATE ISO="20011113">13 ta’ Novembru 2001</DATE>, Dürbeck vs Il‑Kummissjoni, C‑430/00 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:607">EU:C:2001:607</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17), madankollu għandu jiġi osservat li, f’dan il-każ, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża allegat mir-rikorrenti waqt is-seduta ma jistax jiġi kkunsidrat bħala estensjoni tali. Bil-kontra, sa fejn, fir-rikors, ir-rikorrenti kkontestat, permezz ta’ din il-parti tal-ewwel motiv, iċ-ċaħda eventwali, mill-Kummissjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, tal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda, l-allegazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha minħabba n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-argumenti mressqa mir-rikorrenti bil-għan li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ tali entità hija neċessarjament ibbażata fuq premessa inversa, jiġifieri l-allegat nuqqas, mill-Kummissjoni, li teżamina l-argumenti mressqa mir-rikorrenti bil-għan li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda jew li tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-investigazzjoni ta’ eżami mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda kif ukoll, għaldaqstant, l-ewwel motiv fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv ta’ annullament, ir-rikorrenti tikkontesta l-bdil fil-metodu użat mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ikkontestati għad-determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping. Essenzjalment hija tilmenta lil-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li jeżisti bdil fiċ-ċirkustanzi li<?PAGE NO="17"?> jiġġustifika l-imsemmi bdil fil-metodu, b’tali mod li din tal-aħħar wettqet kemm żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll ksur tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Qabel kollox, ir-rikorrenti tikkontesta l-motivi tad-deċiżjonijiet ikkontestati li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kkonkludiet li kien jeżisti bdil fiċ-ċirkustanzi fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, hija ssostni li l-Kummissjoni ma pprovatx li l-bdil fiċ-ċirkustanzi kien tali li jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak applikat waqt l-investigazzjoni inizjali. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li, waqt l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni hija limitata, b’tali mod li din l-istituzzjoni kellha l-obbligu li tapplika l-istess metodu bħal dak applikat waqt l-investigazzjoni inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkuntesta l-fondatezza ta’ dawn l-argumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għażla bejn metodi differenti ta’ kalkolu tal-marġni ta’ dumping u l-evalwazzjoni tal-valur normali ta’ prodott jirrikjedu l-evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, u l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ evalwazzjoni bħal din għandu għalhekk ikun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati biex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew tal-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter (ara s-sentenza Ikea Wholesale, punt 37 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza tat‑<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Huvis vs Il‑Kunsill, T‑221/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fil-proċeduri kollha ta’ rimbors fis-sens tal-paragrafu 8 ta’ din l-istess dispożizzjoni, il-Kummissjoni tapplika, sa fejn iċ-ċirkustanzi ma jkunux inbiddlu, l-istess metodu bħal dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali li tat lok għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping inkwistjoni, b’mod partikolari fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-istess regolament (sentenza tad‑<DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill, C‑15/12 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-eċċezzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni tapplika, waqt il-proċedura ta’ rimbors, metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali meta ċ-ċirkustanzi nbidlu għandha neċessarjament tkun suġġetta għal interpretazzjoni stretta, peress li deroga jew eċċezzjoni għal regola ġenerali għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv (ara s-sentenza Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill, punt 87 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza Huvis vs Il‑Kunsill, punt 86 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41). Għalhekk hija l-Kummissjoni li għandha turi li ċ-ċirkustanzi nbidlu jekk hija għandha l-intenzjoni li tapplika metodu differenti minn dak applikat waqt l-investigazzjoni inizjali (sentenzi Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill, punt 87 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18, u Huvis vs Il‑Kunsill, punt 86 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-ħtieġa ta’ interpretazzjoni stretta, għandu jingħad ukoll li, sabiex tkun ġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-bdil fil-metodu għandu jkun marbut mal-bdil fiċ-ċirkustanzi kkonstatat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Huvis vs Il‑Kunsill, punt 86 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tan-natura eċċezzjonali ta’ tali bdil fiċ-ċirkustanzi fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, mill-ġurisprudenza jirriżulta li r-rekwiżit ta’ interpretazzjoni stretta ma jistax jippermetti lill-Kummissjoni tinterpreta u tapplika din id-dispożizzjoni b’mod inkompatibbli mal-formulazzjoni u l-finalità tagħha. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-imsemmija dispożizzjoni tipprovdi b’mod partikolari li l-metodu applikat għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku (ara s-sentenza Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill, punt 87 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:572">EU:C:2013:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza Huvi vs Il‑Kunsill, punt 86 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>, MTZ Polyfilms vs Il‑Kunsill, T‑143/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:441">EU:T:2009:441</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Għalhekk, barra minn hekk, kieku kellu jirriżulta, fl-istadju tal-proċedura ta’ rimbors, li l-applikazzjoni tal-metodu użat waqt l-investigazzjoni inizjali ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jkollha obbligu li ma tapplikax iżjed l-imsemmi metodu (ara s-sentenza tas‑<DATE ISO="20111216">16 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il‑Kunsill, T‑423/09, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:764">EU:T:2011:764</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata), fejn hija l-Kummissjoni li għandha turi li l-metodu applikat waqt l-investigazzjoni inizjali ma kienx konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Huvis vs Il‑Kunsill, punt 86 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51). Min-naħa l-oħra, sabiex jiġi ġustifikat bdil fil-metodu, ma huwiex biżżejjed li metodu ġdid ikun iktar xieraq mill-qadim, madankollu fl-ipoteżi fejn il-metodu l-qadim ikun konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku (sentenza Huvis vs Il‑Kunsill, punt 86 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:258">EU:T:2008:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn ir-riferimenti li għandha tiġi eżaminata l-fondatezza ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ, inizjalment, li jiġi osservat li huwa paċifiku li, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni, meta kkunsidrat li kien hemm bdil fiċ-ċirkustanzi, applikat, sabiex tiddetermina l-marġni ta’ dumping, metodu differenti minn dak applikat waqt l-investigazzjoni inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżulta li, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, il-Kummissjoni kkalkolat, qabel kollox, marġni ta’ dumping individwali, rispettivament għal CHEMK u KF, qabel ma stabbilixxiet marġni ta’ dumping medju għall-grupp CHEMK (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>metodu l-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>). Min-naħa l-oħra, waqt l-investigazzjoni inizjali, l-istituzzjonijiet kienu ġabru flimkien data rilevanti dwar il-bejgħ intern fil-pajjiż esportatur, in-nefqa ta’ produzzjoni, il-vijabbiltà u l-bejgħ lejn l-Unjoni ta’ CHEMK u ta’ KF (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>metodu inizjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) [premessa 31 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 32 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali].</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ metodi jiddistingwu ruħhom hekk, kif spjegat il-Kummissjoni fin-noti tagħha mingħajr ma ġiet ikkontestata mir-rikorrenti, mill-mument li fih id-data li tirrigwarda CHEMK u KF inġabret flimkien bil-għan li jiġi ddeterminat il-marġni ta’ dumping tal-grupp CHEMK. Fil-fatt, fil-kuntest tal-metodu l-ġdid, l-imsemmija data nġabret flimkien għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping meta l-Kummissjoni bdiet biex ikkalkolat marġni ta’ dumping individwali, rispettivament għal CHEMK u għal KF, abbażi ta’ prezz ta’ esportazzjoni u ta’ valur normali korrispondenti magħhom b’mod individwali, qabel ma għaddiet l-ammonti hekk ikkalkolati u stabbilixxiet marġni ta’ dumping medju. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-metodu inizjali, l-istituzzjonijiet kienu ġabru flimkien sa mill-bidu d-data relatata ma’ CHEMK u KF, b’tali mod li ma kienet ġiet applikata ebda differenza fuq il-prezz ta’ esportazzjoni u fuq il-valur normali.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ, sussegwentement, li jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni kellhiex id-dritt li tapplika l-metodu l-ġdid waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors. F’dan ir-rigward, peress li, hekk kif ikkonfermat waqt is-seduta, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-kompatibbiltà tal-metodu l-ġdid mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni pprovatx li ċ-ċirkustanzi kienu effettivament inbidlu u li dan il-bdil kien jiġġustifika l-użu tal-metodu l-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżulta li l-Kummissjoni kkonkludiet li kien jeżisti bdil fiċ-ċirkustanzi minħabba, essenzjalment, bdil fl-istruttura tal-grupp CHEMK u tal-organizzazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ CHEMK u ta’ KF. F’dan ir-rigward, qabel kollox, il-Kummissjoni qieset li, waqt l-investigazzjoni inizjali, minn naħa, CHEMK biss kienet topera bħala produttur‑esportatur tal-grupp CHEMK, fejn il-bejgħ kollu għall-esportazzjoni taż-żewġ produtturi tal-grupp, CHEMK u KF, kien isir permezz ta’ CHEMK, u li, min-naħa l-oħra, CHEMK kienet tesporta l-prodotti permezz ta’ numru ta’ operaturi konnessi qabel ma tbigħhom lix-xerrejja finali fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, skont il-Kummissjoni, matul l-investigazzjoni ta’ rimbors, kemm CHEMK kif ukoll KF kellhom jitqiesu bħala produtturi‑esportaturi ġaladarba dawn iż-żewġ kumpanniji kienu jbigħu il-produzzjoni tagħhom individwalment u direttament lir-rikorrenti bil-għan tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni [premessa 32<?PAGE NO="19"?> tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 33 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, filwaqt li, waqt l-investigazzjoni inizjali, il-grupp CHEMK kien iwettaq l-esportazzjonijiet tiegħu permezz ta’ ċirkwit wieħed biss ta’ bejgħ, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, l-esportazzjonijiet kienu jsiru permezz ta’ żewġ ċirkwiti ta’ bejgħ [premessi 41 u 46 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessi 42 u 47 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li, waqt l-investigazzjoni inizjali, kien prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali għal CHEMK u għal KF peress li l-oriġini tal-prodotti mibjugħa lix-xerrejja indipendenti fl-Unjoni ma kinitx speċifikata fil-listi ta’ bejgħ, filwaqt li din l-informazzjoni ġiet ipprovduta matul l-investigazzjoni ta’ rimbors [premessa 32 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 final, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 final u C (2012) 5611 finali; premessa 33 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali]. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-istruttura tal-bejgħ fis-suq intern tal-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni osservat li, waqt l-investigazzjoni inizjali, operatur konness kien ibigħ sehem mill-produzzjoni tal-grupp fl-imsemmi suq intern, filwaqt li, matul l-investigazzjoni ta’ rimbors, il-bejgħ intern kollu kien isir direttament minn CHEMK u minn KF [premessa 32 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finali u C (2012) 5611 finali; premessa 33 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 finali].</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Minn dawn ir-riferimenti għad-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżulta li l-konklużjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi li tiġġustifika bdil fil-metodu kienet ibbażata, essenzjalment, fuq il-bdil fl-istruttura tal-grupp CHEMK u tal-organizzazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu, b’mod partikolari minħabba l-integrazzjoni tar-rikorrenti fl-imsemmija struttura u l-bdil fiċ-ċirkwiti ta’ bejgħ għall-esportazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni identifikat lil CHEMK u lil KF bħala żewġ produtturi‑esportaturi li jwettqu l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom permezz tar-rikorrenti. Barra minn hekk, fis-suq intern tal-pajjiż esportatur, il-bejgħ kollu eventwalment kien isir direttament minn CHEMK u minn KF. Għalhekk, u barra minn hekk fid-dawl tal-possibbiltà li jkollha, kuntrarjament għal dak li rriżulta waqt l-investigazzjoni inizjali, data li tippermettilha tikkalkola prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali għal CHEMK u għal KF, il-Kummissjoni tapplika l-metodu l-ġdid billi tikkalkola marġnijiet ta’ dumping individwali għal kull wieħed miż-żewġ produtturi‑esportaturi qabel ma tistabbilixxi, fid-dawl tal-appartenenza tagħhom għall-grupp CHEMK, marġni ta’ dumping medju pponderat għall-imsemmi grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>B’hekk, il-grupp CHEMK kien suġġett għal bidliet importanti b’mod partikolari minħabba l-integrazzjoni tar-rikorrenti fil-grupp u fl-organizzazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kif wara kollox ammettiet ir-rikorrenti kemm waqt il-proċedura amministrattiva, fl-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, kif ukoll, fl-istadju ta’ din l-istanza, fir-replika. Barra minn hekk, fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-grupp CHEMK, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-fatt li, filwaqt li, waqt l-investigazzjoni inizjali, kemm il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ CHEMK kif ukoll dik ta’ KF kien isir minn CHEMK permezz ta’ numru ta’ intermedjarji, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, CHEMK u KF kienu jipproċedu individwalment għall-bejgħ għall-esportazzjoni permezz tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkunsidrat peress li dan il-bdil li jaffettwa l-istruttura tal-grupp CHEMK u l-organizzazzjoni tal-bejgħ tiegħu għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, huwa jikkostitwixxi bdil fiċ-ċirkustanzi fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li dan il-bdil fiċ-ċirkustanzi huwa tali li jiġġustifika l-bdil fil-metodu applikat, konformement mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fejn l-imsemmi bdil fil-metodu jirrifletti l-preżenza ta’ kanal ieħor ta’ bejgħ tal-grupp CHEMK u, b’hekk, il-bdil li seħħ fl-organizzazzjoni tal-bejgħ tal-imsemmi grupp.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li, konformement mal-metodu l-ġdid, il-Kummissjoni kkalkolat marġnijiet ta’ dumping individwali għal kull wieħed miż-żewġ produtturi‑esportaturi, CHEMK u KF, qabel ma ddeterminat marġni ta’ dumping medju għall-grupp CHEMK. Issa, dan il-kalkolu ta’ marġnijiet ta’ dumping individwali li jirrifletti d-duwalità tal-kanali ta’ esportazzjoni tal-grupp CHEMK jirrikjedi l-kalkolu, minn qabel, ta’ valur normali u ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali għal kull wieħed miż-żewġ produtturi‑esportaturi tal-imsemmi grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>L-argumenti mqajma mir-rikorrenti insostenn ta’ dan il-motiv ma humiex tali li jqiegħdu inkwistjoni dawn il-kunsiderazzjonijiet. Dawn l-argumenti jistgħu jinġabru, essenzjalment, f’serje ta’ tliet argumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fl-ewwel sensiela ta’ argumenti, ir-rikorrenti tikkontesta l-motivi tad-deċiżjonijiet ikkontestati li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-konklużjoni tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li, kemm fl-investigazzjoni inizjali u kif ukoll fl-investigazzjoni ta’ rimbors, kien hemm biss produttur‑esportatur wieħed, b’tali mod li ma kien hemm ebda bdil fiċ-ċirkustanzi f’dan ir-rigward. Fil-fatt, minn naħa, kuntrarjament għal dak li indikat il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ikkontestati, l-istituzzjonijiet ikkunsidraw lill-grupp CHEMK u mhux lill-kumpannija CHEMK bħala produttur‑esportatur waqt l-investigazzjoni inizjali. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti tqis li, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, CHEMK u KF kienu jikkostitwixxu flimkien produttur‑esportatur filwaqt li dawn iż-żewġ kumpanniji kienu jappartjenu għal entità ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm huwa minnu li, hekk kif issostni r-rikorrenti, mill-premessa 62 tar-Regolament inizjali jirriżulta li l-istituzzjonijiet kienu kkwalifikaw lill-grupp CHEMK bħala produttur‑esportatur, xorta jibqa’ l-fatt li, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjonijiet ikkontestati u kif sostniet il-Kummissjoni waqt il-proċedura bil-miktub, mingħajr ma ġiet ikkontestata mir-rikorrenti, kienet biss il-kumpannija CHEMK li kienet tipproċedi bl-esportazzjonijiet tal-grupp lejn l-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li s-sempliċi kwalifika formali, waqt l-investigazzjoni inizjali, tal-grupp CHEMK bħala produttur‑esportatur ma hijiex biżżejjed biex jiġi pprovat li l-istituzzjonijiet kellhom l-intenzjoni, waqt l-imsemmija investigazzjoni inizjali, li jibbażaw l-għażla tal-metodu inizjali fuq il-kunsiderazzjoni li l-grupp CHEMK kellu jiġi kkwalifikat bħala produttur‑esportatur, pjuttost milli fuq dik, imressqa mill-Kummissjoni fin-noti tagħha, li l-grupp CHEMK kien jesporta permezz ta’ wieħed biss mill-produtturi tiegħu. Għalhekk, peress li, hekk kif jirriżulta mill-punt 100 iktar ’il fuq, seħħ bdil fiċ-ċirkustanzi fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-bejgħ tal-grupp CHEMK għall-esportazzjoni, is-sempliċi kwalifika formali, waqt l-investigazzjoni inizjali, tal-imsemmi grupp bħala produttur‑esportatur ma hijiex tali li tinvalida l-konklużjoni, li tinsab fil-punt 101 iktar ’il fuq, li dan il-bdil kien tali li jiġġustifika l-bdil ta’ metodu mwettaq mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kunċett ta’ entità ekonomika waħda, għandu jitfakkar li dan il-kunċett ġie żviluppat, minn ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku (sentenza Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, punt 35 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:78">EU:C:2012:78</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55). Skont din il-ġurisprudenza, meta produttur jalloka kompiti li normalment jaqgħu taħt dipartiment ta’ bejgħ intern lil kumpannija ta’ distribuzzjoni tal-prodotti tagħha li huwa jikkontrolla ekonomikament, l-użu, għad-determinazzjoni tal-valur normali, tal-prezzijiet imħallsa mill-ewwel xerrej indipendenti lill-imsemmija kumpannija ta’ distribuzzjoni huwa ġġustifikat, peress li dawn il-prezzijiet jistgħu jitqiesu li huma l-prezzijiet tal-ewwel bejgħ tal-prodott magħmul matul tranżazzjonijiet kummerċjali normali, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<DATE ISO="19881005">5 ta’ Ottubru 1988</DATE>, Brother Industries vs Il‑Kunsill, 250/85, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:464">EU:C:1988:464</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15, u tal‑<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>, Canon vs Il‑Kunsill, C‑171/87, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:106">EU:C:1992:106</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 9 u 11).</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li din il-ġurisprudenza ġiet trasposta, b’analoġija, għall-aġġustamenti magħmula, skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fuq il-prezz ta’ esportazzjoni (sentenza Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs Il‑Kunsill, punt 35 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:62">EU:T:2009:62</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 177). F’dan il-kuntest, ġie deċiż espliċitament li, filwaqt li produttur jiddistribwixxi l-prodotti tiegħu lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpannija ġuridikament distinta iżda mqiegħda taħt il-kontroll ekonomiku tiegħu, il-ħtieġa ta’ konstatazzjoni li tirrifletti r-realtà ekonomika tar-relazzjonijiet bejn dan il-produttur u din il-kumpannija ta’ bejgħ tiffavorixxi pjuttost l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ entità ekonomika waħda għall-kalkolu tal-prezz ta’ esportazzjoni (sentenza Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, punt 35 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:78">EU:C:2012:78</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Għalhekk il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda huwa bbażat, b’mod partikolari, fuq il-ħtieġa li tittieħed inkunsiderazzjoni r-realtà ekonomika tar-relazzjonijiet bejn il-produttur u l-kumpannija ta’ bejgħ tiegħu, fejn din tal-aħħar twettaq il-kompiti ta’ dipartiment ta’ bejgħ integrat mal-imsemmi produttur.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minn dan l-argument, hekk kif spjegat fil-punt 105 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti tislet konsegwenzi differenti minn dan l-istess kunċett ta’ entità ekonomika waħda. L-argument tagħha, fil-fatt, huwa bbażat fuq il-premessa li l-fatt li żewġ produtturi jappartjenu għall-istess grupp u jifformaw, flimkien ma’ kumpannija ġuridikament distinta li tappartjeni wkoll għall-imsemmi grupp u li hija inkarigata minn kompiti ta’ dipartiment ta’ bejgħ integrat, entità ekonomika waħda, jobbliga lill-istituzzjonijiet jikkunsidraw li l-entità waħda biss tista’ tiġi kkwalifikata bħala produttur‑esportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Issa, mingħajr ma lanqas ikun meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk CHEMK u KF għandhomx jitqiesu li jappartjenu għal entità ekonomika waħda, għandu jiġi osservat li la din il-premessa u lanqas, għalhekk, l-argument li jirriżulta minnha ma jistgħu jintlaqgħu. Fil-fatt, minn naħa, din il-premessa teskludi r-realtà ekonomika li tikkonsisti fil-fatt li, minkejja l-appartenenza tagħhom, bħala kumpanniji sister miżmuma mill-istess azzjonisti, għall-istess grupp, jew saħansitra, li kieku titqies li ġiet ikkonstatata, għal entità ekonomika waħda, iż-żewġ produtturi inkwistjoni jikkostitwixxu entitajiet ġuridiċi distinti li, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, kienu jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom b’mod individwali. Fi kliem ieħor, l-imsemmija premessa teskludi l-eżistenza ta’ żewġ kanali ta’ bejgħ distinti. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti baqgħet ma spjegatx ir-raġunijiet għalfejn, fil-preżenza, li kieku titqies li ġiet ikkonstatata, ta’ entità ekonomika waħda, ikun meħtieġ li din ir-realtà ekonomika tiġi eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li kien hemm ċirkwiti ġodda ta’ bejgħ għall-esportazzjoni peress li l-bejgħ imwettaq mingħandha permezz ta’ CHEMK u KF kellu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda, bħala bejgħ minn intragruppi.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet bħal dawk li jinsabu fil-punti 108 sa 112 iktar ’il fuq, dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball billi kkunsidrat li kien impossibbli, waqt l-investigazzjoni inizjali, li tiġi stabbilita d-data dwar il-bejgħ għal kull entità ta’ manifattura, anki meta hija kienet naqset, waqt l-imsemmija investigazzjoni, li titlob sabiex din id-data tiġi ppreżentata. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma tistax tiġġustifika bdil fiċ-ċirkustanzi bi bdil fil-metodu tagħha ta’ investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti tar-rikorrenti huma ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hekk kif jirriżulta mill-punti 100 sa 102 iktar ’il fuq, il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi li jiġġustifika, konformement mal-Artikolu 11(9), il-bdil fil-metodu applikat mill-Kummissjoni, tista’ tistrieħ fuq is-sempliċi bdil, rikonoxxut mir-rikorrenti fl-istruttura u l-organizzazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-grupp CHEMK. F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki li kieku<?PAGE NO="22"?> kellu jitqies li, hekk kif issostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset milli titlob, waqt l-investigazzjoni inizjali, li tiġi ppreżentata d-data individwali, dan in-nuqqas ma huwiex tali li tiġi vvizzjata b’illegalità l-konklużjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, dwar l-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżulta li, skont il-Kummissjoni, li kieku kellu jitqies li hija setgħet kienet fil-pussess tad-data neċessarja sabiex tistabbilixxi prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali għal kull produttur, hija ma kinitx setgħet tagħmel dawn il-kalkoli individwali ġaladarba hija kellha biss, waqt l-investigazzjoni inizjali, produttur‑esportatur wieħed biss [premessi 42 u 46 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5577 finali, C (2012) 5595 finali, C (2012) 5596 finali, C (2012) 5598 finalu u C (2012) 5611 finali; premessi 43 u 47 tad-deċiżjonijiet C (2012) 5585 finali u C (2012) 5588 final]. Issa, ir-rikorrenti ma tikkontestax din il-kunsiderazzjoni, li fi kwalunkwe każ il-kalkoli individwali ma setgħux isiru waqt l-investigazzjoni inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, mill-proċess jirriżulta li dawn l-argumenti tar-rikorrenti huma wkoll infondati. B’hekk, għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni ma talbitx espliċitament il-provvista ta’ data dwar il-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ KF imwettaq permezz ta’ CHEMK, madankollu mill-imsemmija elementi jirriżulta li, hekk kif issostni l-Kummissjoni fin-noti tagħha, din tal-aħħar effettivament talbet lil CHEMK u lil KF it-trażmissjoni ta’ data li kienu jippermettulha tikkalkola, b’mod individwali, il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni li kien jirrigwarda kull waħda minn dawn iż-żewġ kumpanniji. Qabel kollox, permezz ta’ ittra tad‑<DATE ISO="20070309">9 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-Kummissjoni talbet il-kjarifika dwar it-tranżazzjonijiet li kienu jinsabu fl-informazzjoni pprovduta minn CHEMK u, b’mod iktar partikolari, dwar l-oriġini tagħhom. Sussegwentement, permezz ta’ din l-istess ittra, il-Kummissjoni talbet kjarifiki fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ CHEMK. Fl-aħħar nett, permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20070420">20 ta’ April 2007</DATE>, il-Kummissjoni talbet preċiżazzjonijiet fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni magħmul permezz ta’ ċerti negozjanti intermedjarji li kienu ssemmew f’din l-informazzjoni. Issa, mill-proċess jirriżulta li, fir-rigward ta’ dawn it-talbiet, il-grupp CHEMK baqa’ ma pprovdiex id-data individwali mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, waqt din l-istanza, minn naħa, ir-rikorrenti ma kkontestatx il-portata tat-talbiet ta’ data msemmija fil-punt 119 iktar ’il fuq. Min-naħa l-oħra, hija ma ppreżentat ebda argument sostanzjali intiż sabiex jintwera li l-imsemmija data ma kinitx tali li tippermetti lill-Kummissjoni tikkalkola, b’mod individwali, il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni rispettivament fir-rigward ta’ CHEMK u KF. Bil-kontra, ir-rikorrenti indikat, fis-seduta, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>jista’ jkun [...] li l-Kummissjoni [kellha] raġun [...] meta hija [kienet] qalet li hija ma kinitx talbet data għall-operaturi intermedjarji<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, filwaqt li speċifikat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>li dawn l-operaturi intermedjarji ma kinux ivverifikati biżżejjed biex [ikunu jistgħu] jipprovdu informazzjoni bħal din<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li l-allegat bdil fiċ-ċirkustanzi fis-suq intern tal-pajjiż esportatur kien negliġibbli u ma setax jitqies li jiġġustifika bdil fil-metodu.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Issa, minbarra l-fatt li, permezz tal-argumenti mfakkra essenzjalment fil-punt preċedenti, ir-rikorrenti tammetti l-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi fis-suq intern tal-pajjiż esportatur, għandu jiġi kkonstatat li, anki li kieku kellu jitqies li, hekk kif hija ssostni, l-imsemmi bdil, minħabba n-natura negliġibbli tiegħu, ma jistax iservi sabiex jiġġustifika bdil fil-metodu, xorta jibqa’ l-fatt li, hekk kif spjegat ġustament il-Kummissjoni fin-noti tagħha, il-bdil fil-metodu, inkluż fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali, huwa bbażat fuq numru ta’ bidliet fattwali. Dawn jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-bidliet li jaffettwaw l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-grupp CHEMK, li kienu, hekk kif jirriżulta mill-punti 100 sa 102 iktar ’il fuq, biżżejjed fihom infushom sabiex jiġġustifikaw il-bdil fil-metodu applikat mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="23"?><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, hekk kif ġie osservat diġà fil-punt 102 iktar ’il fuq, hija speċifikament l-eżistenza ta’ żewġ produtturi‑esportaturi li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-metodu l-ġdid li permezz tiegħu l-Kummissjoni tiddetermina, abbażi ta’ valuri normali u ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni individwali, żewġ marġnijiet ta’ dumping individwali għal CHEMK u KF rispettivament, qabel ma tistabbilixxi marġni ta’ dumping medju għall-grupp CHEMK.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Għalhekk, anki li kieku kellu jitqies li l-kunsiderazzjonijiet imsemmija mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet ikkontestati fir-rigward ta’ bdil eventwali fis-suq tal-pajjiż esportatur huma vvizzjati bi żball, dan it-tip ta’ żball ma huwiex tali li jivvizzja d-deċiżjonijiet ikkontestati b’illegalità.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni setgħetx tikkwalifika l-bdil fis-suq tal-pajjiż esportatur bħala bdil fiċ-ċirkustanzi fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi konkluż li l-argumenti mqajma f’dan ir-rigward mir-rikorrenti huma ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti ssostni li l-affermazzjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li l-metodu l-ġdid huwa iktar preċiż, huwa nieqes minn rilevanza peress li l-kunsiderazzjonijiet ta’ opportunità ma humiex tali li jiġġustifikaw bdil fiċ-ċirkustanzi u, għaldaqstant, ta’ metodu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ssostnix li l-metodu inizjali ma kienx konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Ċertament, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 91 iktar ’il fuq, sabiex jiġi ġġustifikat bdil fil-metodu, ma huwiex biżżejjed li metodu ġdid ikun iktar xieraq mill-qadim, sa kemm dan l-aħħar metodu jkun konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, għandu jitfakkar li, hekk kif diġà ġie kkonstatat, il-Kummissjoni espliċitament ibbażat l-applikazzjoni ta’ metodu ġdid fuq l-eżistenza ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti misluta mill-fatt li l-Kummissjoni ġġustifikat il-bdil fil-metodu fuq kunsiderazzjonijiet ta’ opportunità u ma sostnietx li l-metodu inizjali ma kienx konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku ma humiex tali li jivvizzjaw b’illegalità d-deċiżjonijiet ikkontestati u għandhom, għaldaqstant, jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sensiela ta’ argumenti, ir-rikorrenti tilmenta, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma werietx li l-allegat bdil fiċ-ċirkustanzi kellu impatt fuq il-metodu inizjali applikat mill-istituzzjonijiet, anki meta jitqies li, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-bdil fil-metodu għandu jkun neċessarju u direttament marbut mal-bdil fiċ-ċirkustanzi. Issa, il-bdil fiċ-ċirkustanzi allegat mill-Kummissjoni jirrigwarda prinċipalment bdil fl-istruttura tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-grupp CHEMK, filwaqt li l-metodu l-ġdid jaffettwa prinċipalment il-valur normali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tispjega kif il-bdil li jirrigwarda l-istruttura tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-grupp seta’ kellu effett fuq il-metodu ta’ kalkolu tal-valur normali, tal-prezz ta’ esportazzjoni jew tal-marġni ta’ dumping.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi li jirriżultaw fil-punti 101, 102, 122 u 123 iktar ’il fuq, dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda. Fil-fatt, hekk kif diġà ġie osservat, l-applikazzjoni tal-metodu l-ġdid, inkluż fejn kien jimplika l-kalkolu ta’ valur normali individwali għal kull waħda minn dawn iż-żewġ produtturi, kienet iġġustifikata, konformement mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku bil-bdil fiċ-ċirkustanzi relatata mal-istruttura u l-organizzazzjoni tal-bejgħ tal-grupp CHEMK.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Fit-tielet sensiela ta’ argumenti, ir-rikorrenti ssostni li, waqt l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni hija limitata, b’tali mod li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, tapplika l-metodu inizjali.</TXT></NP><?PAGE NO="24"?><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li l-Artikolu 18.3.1 tal-Ftehim antidumping jagħti preċedenza, fl-investigazzjonijiet ta’ rimbors, lill-metodu ta’ kalkolu tal-marġni ta’ dumping użat fl-iktar investigazzjoni reċenti li titratta d-dumping, fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim antidumping.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fid-dawl tan-natura u tal-istruttura tagħhom, il-Ftehim tad-WTO ma jirriżultawx, bħala prinċipju, fost ir-regoli li fir-rigward tagħhom il-qorti tal-Unjoni tistħarreġ il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (sentenzi tat‑<DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, Il‑Portugall vs Il‑Kunsill, C‑149/96, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:574">EU:C:1999:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47; tad‑<DATE ISO="20030109">9 ta’ Jannar 2003</DATE>, Petrotub u Republica vs Il‑Kunsill, C‑76/00 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53, u Ikea Wholesale, punt 37 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29). Madankollu, fl-ipoteżi fejn l-Unjoni kellha l-intenzjoni timplementa obbligu speċifiku adottat fil-kuntest tad-WTO, jew fil-każ fejn l-att tal-Unjoni jirreferi espliċitament għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Ftehim tad-WTO, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tistħarreġ il-legalità tal-att tal-Unjoni inkwistjoni fid-dawl tar-regoli tad-WTO (sentenzi Il‑Portugall vs Il‑Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:574">EU:C:1999:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49; Petrotub u Republica vs Il‑Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54, u Ikea Wholesale, punt 37 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:547">EU:C:2007:547</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Issa, mill-premessa 3 tar-Regolament bażiku jirriżulta li dan għandu b’mod partikolari bħala għan li jittrasponi fid-dritt tal-Unjoni, sa fejn huwa possibbli, ir-regoli li jinsabu fil-Ftehim antidumping, fosthom, b’mod partikolari, dawk relatati mat-tul jew mal-eżami mill-ġdid tad-dazji antidumping (ara, b’analoġija, is-sentenza Petrotub u Republica vs Il‑Kunsill, punt 134 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim antidumping (ara s-sentenza Petrotub u Republica vs Il‑Kunsill, punt 134 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, il-Ftehim antidumping ma jinkludix dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, b’tali mod li r-regola li din l-aħħar dispożizzjoni għandha ma tistax tiġi kkunsidrata bħala traspożizzjoni ta’ waħda mir-regoli ddettaljati tal-imsemmi ftehim li għandhom jiġu interpretati f’konformità ma dan tal-aħħar (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża Valimar, C‑374/12, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:118">EU:C:2014:118</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikoli 18.3 u 18.3.1 tal-Ftehim antidumping, huwa pprovdut kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>18.3. Soġġetti għas-subparagrafi 3.1 u 3.2, id-dispożizzjonijiet [tal-Ftehim antidumping] għandhom japplikaw għall-investigazzjonijiet, u r-reviżjonijiet tal-miżuri eżistenti, mibdija skond l-applikazzjonijiet li saru fil jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ għal Membru soġġett għall-Ftehim tal-WTO.</ALINEA><ALINEA>18.3.1 Dwar il-kalkolu tal-marġini tad-damping fil-proċeduri tar-rimbors taħt paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 9, ir-regoli wżati fid-determinazzjonijiet iktar riċenti jew fir-reviżjonijiet tad-damping għandhom japplikaw.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Għalhekk mill-kliem u mill-kuntest tad-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt 138 iktar ’il fuq jirriżulta li, b’differenza mill-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, li jidentifika l-metodu applikabbli f’kull investigazzjoni ta’ rimbors, l-Artikolu 18.3.1 tal-Ftehim antidumping jidħol fid-dispożizzjonijiet finali tal-imsemmi ftehim u, b’mod iktar speċifiku, f’dawk, imsemmija fl-Artikolu 18.3 tiegħu, li jiddeterminaw l-applikabbiltà tiegħu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Barra minn hekk ir-rikorrenti tidher li tirrikonoxxi dan hija stess fin-noti tagħha ġaladarba hija ssostni li l-Artikolu 18.3.1 tal-Ftehim antidumping <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>japplika anki jekk il-metodu ta’ kalkolu inizjali tal-marġni ta’ dumping, użat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim antidumping, sar inkompatibbli miegħu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="25"?><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>Għalhekk, kif tenfasizza ġustament il-Kummissjoni, l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku ma jimplementax l-Artikolu 18.3.1 tal-Ftehim antidumping, fejn għaldaqstant din l-aħħar dispożizzjoni hija nieqsa minn rilevanza fil-kuntest ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni llimitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha billi impenjat ruħha, fil-punt 3.2.2(a) tal-Avviż interpretattiv, sabiex, waqt l-investigazzjoni ta’ rimbors, tapplika l-metodu inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Madankollu, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li att interpretattiv, bħall-Avviż interpretattiv, li, konformement mal-preambolu tiegħu, jiddefinixxi linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament bażiku, ma jistax ikollu bħala effett li jemenda r-regoli imperattivi li jinsabu f’regolament (sentenza tat‑<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, Beco vs Il‑Kummissjoni, T‑81/12, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:71">EU:T:2014:71</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<DATE ISO="19920128">28 ta’ Jannar 1992</DATE>, Soba, C‑266/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:36">EU:C:1992:36</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19, u tat‑<DATE ISO="19930422">22 ta’ April 1993</DATE>, Peugeot vs Il‑Kummissjoni, T‑9/92, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1993:38">EU:T:1993:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li l-Kummissjoni hija marbuta bil-linji gwida u bil-komunikazzjonijiet li hija tadotta, iżda biss sa fejn dawn ikunu konformi mar-regoli li jkunu ġerarkikament ogħla minnhom (sentenza Beco vs Il‑Kummissjoni, punt 142 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:71">EU:T:2014:71</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat‑<DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Holland Malt vs Il‑Kummissjoni, C‑464/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:733">EU:C:2010:733</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li tallega r-rikorrenti, mill-punt 3.2.3(a) tal-Avviż interpretattiv ma jistax jirriżulta li l-Kummissjoni kellha f’kull ċirkustanza u mingħajr eċċezzjoni tapplika, waqt investigazzjoni ta’ rimbors, l-istess metodu bħal dak applikat waqt l-investigazzjoni inizjali. Fil-fatt, restrizzjoni bħal din tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni hija inkompatibbli mal-possibbiltà, stabbilita fl-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, li tipproċedi, fil-każ ta’ bdil fiċ-ċirkustanzi, għal bdil fil-metodu.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, jeħtieġ li jiġi miċħud it-tieni motiv imqajjem mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Fid‑dawl tal‑kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir‑rikors għandu jiġi miċħud fl‑intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">RFA International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Madise</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis‑<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>.</P><?PAGE NO="26"?><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>