|
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1849
tal-10 ta' Ottubru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Settembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2017/27) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tan-Národná banka Slovenska, Ernst Young Slovakia, spol. s r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni għan-Národná banka Slovenska mis-sena finanzjarja 2017. |
|
(3) |
Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b'opzjoni li l-mandat jiġi estiż sas-snin finanzjarji 2021 sa 2023. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Audit s.r.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020. |
|
(5) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“16. Deloitte Audit s.r.o. huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TÕNISTE
(1) ĠU C 310, 19.9.2017, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).