Official Journal L 145 , 27/06/1968 P. 0010 - 0012
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0153
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0161
Greek special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0068
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0142
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0142
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 784/68 tas-26 Ġunju 1968 li jipprovdi regoli sabiex jiġu kkalkolati prezzijiet C.I.F. għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux raffinat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ. Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1009/67/KEE [1] tat-18 ta’ Diċembru 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq taz-zokkor, u partikolarment l-Artikolu 13(4) ta’ dan ir-Regolament; Billi l-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 1009/67/KEE jipprovdi illi regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti sabiex ikun ikkalkolat il-prezzijiet c.i.f. u sabiex dawn ikunu aġġustati ħalli jippermettu devjazzjonijiet mill-istandard ta’ kwalità; Billi l-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu jirrikjedu lli jiġu determinati l-opportunitajiet ta’ xiri ‘l aktar favorevoli għaz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat fuq is-suq dinji, b’mod regolari għall-punt speċifikat ta’ qsim tal-fruntiera; Billi, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu akkont tal-informazzjoni kollha disponibbli lilha kemm direttament kif ukoll permezz ta’ aġenziji tal-Istati Membri; billi, sabiex tkun żgurata l-oġġettivita u li l-prezzijiet c.i.f. li għandhom ikunu kalkolati huma rappreżentattivi, ċerta informazzjoni għandha tiġi imwarrba meta l-prezzijiet c.i.f. ikunu kalkolati, partikolarment jekk il-kwantitajiet involuti huma żgħar jew jekk l-oġġetti mhumiex ta’ kwalità tajba u imparzjali għas-suq; Billi, l-prezzijiet tal-offerta għaz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat huma ħafna drabi ikkwotati għat-trasport b’modi oħra milli f’ammonti kbar c.i.f. Rotterdam, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-aġġustament; billi, meta l-aġġustament preskritt tal-prezzijiet ta’ offerta fuq bażi tal-istandard ta’ kwalità ikun qed jiġi effettwat, il-koeffiċjent provdut b’konnessjoni mal-intervent imsemmi fl-artikolu 9(8) tar-Regolament Nru 1009/67/KEE għandu jkun użat fil-każ taz-zokkor abjad; billi, fil-każ taz-zokkor mhux raffinat, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-moltiplikazzjoni permezz ta’ fattur korrettiv li jieħu akkont tal-qliegħ; Billi, meta offerti ta’ zokkor mhux raffinat tal-pitravi ikunu qed jiġu eżaminati, mhux probabli li ir-riżultati tal-analiżi li għandha, skond l-artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 431/68 [2] tad-9 t’April 1968 li jistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità għaz-zokkor mhux raffinat u jiffissa il-punt fejn tinqasam il-fruntiera tal-komunità sabiex ikun ikkalkolat il-prezzijiet c.i.f. għaz-zokkor, li jittieħdu in konsiderazzjoni sabiex ikun ikkalkolat il-qliegħ għandhom normalment ikunu disponibbli; Billi l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun ikkalkolat il-qliegħ taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat skond il-paragrafu 3 ta’ l-istess artikolu huwa ġeneralment disponibbli għall-offerti kollha taz-zokkor mhux raffinat; billi differenzi li jinħolqu meta il-prezz c.i.f. qed jiġi kkalkolat mill-kalkolazzjoni tal-qliegħ taz-zokkor mhux raffinat tal-pitravi skond ir-regoli dettaljati provduti fil-paragrafu 3 ta’ dak l-artikolu jistgħu ma’ jiġux ikkalkolati u billi, għalhekk, l-qliegħ taż-żewġ tipi ta’ zokkor mhux raffinat għandu jkun ikkalkolat skond il-paragrafu 3 ta’ dak l-artikolu; Billi, sabiex ikunu evitati disturbi tas-suq tal-Komunità minħabba alterazzjonjiet f’daqqa u konsiderevoli fl-imposti li ma jirriflettux l-movimenti tal-prezz attwali fuq is-suq dinji, il-kummissjoni għandha tkun kapaċi, f’ċerti ċirkostanzi u għall-perjodu limitat, li tħalli l-prezzijiet c.i.f. mhux mibdula bħala miżura eċċezzjonali; Billi, sabiex tipprevjeni li s-suq tal- komunità ma’ jkunx disturbat bl-importazzjoni ta’ zokkor li kien trattat b’mod speċjali jew ippakjat b’mod speċjali, il-prezz speċjali c.i.f. għandu jkun ikkalkolat għall-importazzjoni bħal din f’ċerti ċirkostanzi; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni taz-Zokkor; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-prezzijiet c.i.f. għaz-zokkor abjad u zokkor mhux raffinat fuq bażi tal-opportuniatjiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji. dawn il-prezzijiet għandhom ikunu ikkalkolati skond l-artikoli 2 sa 5. Artikolu 2 Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, għandu jittieħed akkont ta’ l-informazzjoni kollha rigward: 1. offerti fuq is-suq dinji, 2. kwotazzjonijiet fuq il-borża li huma mportanti għan-negozju internazzjonali taz-zokkor, 3. prezzijiet stabbiliti fuq swieq importanti f’pajjizi mhux membri, 4. bejgħ konkluż fin-negozju internazzjonali, li jkun magħruf lill-Kummissjoni jew direttament jew permezz ta’ aġenzija tal-Istati Membri. Artikolu 3 Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli ikunu qed jiġu stabbiliti, informazzjoni għandha tiġi mwarrba, 1. jekk l-oġġetti mhumiex ta’ kwalità tajba u imparzjali għas-suq, jew 2. jekk il-possibilità li dawn jinkisbu bil-prezz indikat fl-offerta tirrigwarda biss kwantità żgħira li mhiex rappresentattiva tas-suq, jew 3. jekk it-tendenza ġenerali tal-prezzijiet jew l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni twassal lil din sabiex tassumi illi l-prezz indikat fl-offerta mhuwiex rappreżentattiv tat-tendenzi attwali tas-suq. Artikolu 4 1. Prezzijiet li mhumiex validi għat-trasport bil-grossa c.i.f. Rotterdam għandhom jiġu aġġustati. 2. Meta l-aġġustament ikun sar, għandu jittieħed akkont b’mod partikolari tad-differenza fl-ispejjez sabiex tittrasporta l-oġġetti bejn il-port ta’ tluq u l-port tad-destinazzjoni u bejn il-port ta’ tluq u Rotterdam. 3. Jekk il-prezz ikun dwar il-prodott fi xkejjer għandu jiġi mnaqqas b’ 0-06 unita tal-kont kull 100 kilogramma. Artikolu 5 1. Meta prezzijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwalitajiet ħlief il-kwalità standard ikunu qed jiġu aġġustati: (a) iż-żidiet jew it-tnaqqis iffissat skond l-artikolu 9 tar-Regolament Nru 1009/67/KEE għandhom japplikaw għaz-zokkor abjad; (b) il-fatturi korrettivi miksuba billi jkun diviż 92 bil-perċentwali tal-qliegħ taz-zokkor li għalih ikun jirrelata il-prezz għandhom japplikaw għaz-zokkor mhux raffinat. 2. Ir-rendiment għandu jkun ikkalkolat skond il-metodu deskritt fl-artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 431/68. Artikolu 6 Prezz c.i.f jista’, b’eċċezzjoni, jitħalla mingħajr tibdil għal perjodu limitat fejn l-prezz tal-offerta għal ċerta kwalità jew oriġini speċifika li tkun serviet bħala bazi sabiex ikun iffissat il-prezz c.i.f. ta’ qabel. mhux disponibbli għall-Kummissjoni meta l-prezz c.i.f. li jmiss għandu jiġi ffissat u fejn l-prezzijiet tal-offerta li huma disponibbli u li l-Kummissjoni tikkonsidra li mhumiex rappresentattivi biżżejjed ta’ tendenzi attwali tas-suq ikunu jwasslu għal tibdil f’daqqa u konsiderevoli fil-prezz c.i.f.. Artikolu 7 Meta l-prezz tal-offerta għaz-zokkor li jkun trattat b’mod speċjali jew ippakjat b’mod speċjali, wara tnaqqis tal-ispejjez minħabba it-trattament speċjali jew l-ippakkjar speċjali u wara aġġustament għall-prezz c.i.f. Rotterdam, hija anqas mill-prezz c.i.f. stabbilit skond l-artikolu 2 sa 6, il-prezz speċjali c.i.f. ibbażat fuq l-prezz tal-offerta għandu jkun ikkalkolat għal dak iz-zokkor. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik li fiha jiġi ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 26 Ġunju 1968. Għall-Kummissjoni Il-President Jean Rey [1] ĠU Ċ 308, 18.12.1967, p. 1. [2] ĠU L 89, 10.4.1968, p. 3. --------------------------------------------------