|
24.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/54 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/27/UE
tat-23 ta' April 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tat-triflumizole bħala sustanza attiva
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista inkludiet it-triflumizole. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/748/KE (4) ġie deċiż li t-triflumizole ma jkunx inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli minn 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). |
|
(3) |
L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utenti sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/748/KE. L-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
|
(4) |
Il-Pajjiżi Baxxi vvalutaw l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa min-notifikant u ħejjew rapport addizzjonali fis-6 ta’ Marzu 2009. |
|
(5) |
Ir-rapport addizzjonali ġie rivedut inter pares mill-Istati Membri u mill-EFSA u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2009 fil-format tal-Konklużjonijiet tal-EFSA għat-triflumizole (6). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-12 ta’ Marzu 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-triflumizole. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni l-ġdida mir-relatur tal-Istati Membri u l-konklużjoni mill-EFSA kkonċentraw fuq it-tħassib li wassal għan-nuqqas ta' inklużjoni. Dak it-tħassib kien il-valutazzjoni tar-riskju inaċċettabbli għall-operaturi u l-ħaddiema. |
|
(7) |
Id-dejta l-ġdida mressqa min-notifikant turi li l-esponiment tal-operaturi u l-ħaddiema tista' titqies bħala aċċettabbli sakemm jintlibes it-tagħmir protettivi addizzjonali. |
|
(8) |
Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triflumizole jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li t-triflumizole jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(9) |
Għalhekk jixraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) ĠU L 252, 20.9.2008, p. 37.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance triflumizole. Il-Ġurnal EFSA 2009; 7(12):1415. [49 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2009.1415. Disponibbli fuq l-internet: www.efsa.europa.eu
ANNESS
Dan li ġej għandu jiġi inkluż fi tmiem it-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
“311 |
Triflumizole Nru CAS: 99387-89-0 Nru CIPAC: 730 |
(E)-4-chloro-α,α,α-trifluoro-N-(1-imidazol-1-yl-2-propoxyethylidene)-o-toluidine |
≥ 980 g/kg Impuritajiet: Toluene: mhux iktar minn 1 g/kg |
l-1 ta’ Lulju 2010 |
it-30 ta’ Ġunju 2020 |
PARTI A Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida fis-serer fuq substrati artifiċjali. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-triflumizole u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta' Marzu 2010. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.