|
10.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/3 |
Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 47/03)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004
Fi 25 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Fi 30 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti (3) skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fi 2 ta’ Frar 2021, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat l-avviż tagħha u wriet li hija abbandunat il-konċentrazzjoni.