European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5285

27.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11658 — HMLYS II HOLDINGS LIMITED / XIAMEN C&D COMMODITIES / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5285)

1.   

Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

HMLYS II Holdings Limited (“HMLYS”, il-Gżejjer Cayman), ikkontrollata minn Hillhouse Group Holdings Limited (“Hillhouse”, iċ-Ċina) li hija kkontrollata biss mis-Sur Lei Zhang (iċ-Ċina),

—

Xiamen C&D Commodities (iċ-Ċina), ikkontrollata minn Xiamen C&D Corporation Limited (“Xiamen C&D”, iċ-Ċina).

HMLYS u Xiamen C&D Commodities se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ greenfield joint venture (il-“JV”, iċ-Ċina).

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

HMLYS hija pjattaforma tal-bijofjuwils li permezz tagħha Hillhouse tinvesti fl-industrija tal-bijofjuwils. Hillhouse hija ditta ta’ investiment globali li primarjament tinvesti fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, is-servizzi tan-negozju, il-prodotti ta’ konsum ġenerali u industrijali,

—

Xiamen C&D Commodities hija kkontrollata biss minn Xiamen C&D. Xiamen C&D hija attiva fl-operat tal-katina tal-provvista, il-kostruzzjoni urbana u l-operat, it-turiżmu u l-wiri, il-kura medika u tas-saħħa u l-investimenti fl-industriji emerġenti.

3.   

L-impriża Konġunta se tkun ibbażata u attiva fiċ-Ċina fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-bijofjuwils, speċifikament iż-żejt veġetali idroġenat (“HVO”) u l-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli (“SAF”).

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11658 — HMLYS II HOLDINGS LIMITED / XIAMEN C&D COMMODITIES / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5285/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)