IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.7.2024
COM(2024) 282 final
ANNESSI
ta'
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea għar-rieżami tal-Artikolu 6 tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati
ANNESS
Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea hija li tappoġġa rieżami tal-Artikolu 6 tal-Arranġament u dispożizzjonijiet relatati oħra f’konformità mal-aħħar proposta ppreżentata mill-Unjoni Ewropea lill-Parteċipanti l-oħra fl-Arranġament.
L-aħħar proposta tal-Unjoni ssuġġeriet li jiġi sostitwit it-test attwali tal-Artikolu 6 u li jitħassru l-linji dwar il-klassijiet tal-proġetti B u C fl-Appendiċi I (Kriterji ta’ Eliġibbiltà għal Proġetti ta’ Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima) tal-Anness I (Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għat-Tibdil fil-Klima [CCSU]) tal-Arranġament, kif stabbilit hawn taħt:
“6. PROJBIZZJONIJIET FUQ L-APPOĠĠ TAL-ARRANĠAMENT
a)Il-parteċipanti ma għandhomx jipprovdu krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati jew għajnuna marbuta għas-settur tal-enerġija tal-fjuwils fossili sakemm mhux f’ċirkostanzi limitati u definiti b’mod ċar li jkunu konsistenti ma’ limitu ta’ tisħin ta’ 1.5°C u mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-konsistenza għandha tiġi vvalutata skont l-aħħar evidenza xjentifika pprovduta mill-IPCC u l-AIE.
b)Għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu a), il-proġetti kollha relatati ma’ dawn li ġejjin huma koperti: l-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin, ir-raffinar, id-distribuzzjoni tal-faħam, iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali, jew il-konverżjoni f’elettriku jew sħana tal-faħam, taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tad-derivattivi tiegħu.
c)Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi a) u b) ta’ hawn fuq ma japplikawx għal proġetti li jissodisfaw l-istandards kif stabbiliti fl-Appendiċi I tas-CCSU
d)Kull sena, is-Segretarjat tal-OECD għandu jħejji rapport pubbliku dwar krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati jew għajnuna marbuta pprovduti għas-settur tal-enerġija mill-fjuwils fossili u proġetti tal-enerġija nadifa definiti bħala tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Klassi tal-Proġett A (Produzzjoni tal-enerġija ambjentalment sostenibbli) u l-Klassi tal-Proġetti E (Trażmissjoni, distribuzzjoni u ħżin tal-enerġija) tas-CCSU. Ir-rapport għandu jinkludi l-għadd ta’ tranżazzjonijiet u l-valuri tal-krediti aggregati skont il-pajjiż ta’ oriġini u destinazzjoni, it-tip ta’ fjuwils fossili, u diżaggregazzjoni tal-attivitajiet upstream (esplorazzjoni u produzzjoni), mid-stream (trasport u ħżin), down-stream (raffinar u distribuzzjoni) u attivitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għas-settur tal-enerġija mill-fjuwils fossili u għall-proġetti tal-enerġija nadifa diżaggregazzjoni fuq il-proġetti tal-Klassi A u Proġetti tal-Klassi E.
e)Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu rieżaminati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026, sabiex jikkontribwixxu għall-għan komuni li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqiesu l-aktar rapporti reċenti dwar ix-xjenza tal-klima u r-rakkomandazzjonijiet l-aktar reċenti minn organizzazzjonijiet internazzjonali dwar mezzi konkreti biex iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm għal 1.5 gradi Celsius ’il fuq mil-livelli preindustrijali.
[…]
APPENDIĊI I: KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦAL PROĠETTI TA’ MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA
[…]
|
KLASSI TAL-PROĠETTI
|
DEFINIZZJONI
|
RAĠUNAMENT
|
STANDARDS UŻATI JEW KRONOLOĠIJA TA’ DURATA MASSIMA
|
TERMINU MASSIMU TA’ RIPAGAMENT
|
|
KLASSI TAL-PROĠETT B: Proġetti ta’ rimedju f’impjanti tal-fjuwils fossili, sostituzzjoni tal-fjuwils fossili
|
|
TIP 1: Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili bi Qbid u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju Operattivi (CCS)*
|
Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni tal-fluss tas-CO2 mill-emissjonijiet prodotti minn sorsi ta’ ġenerazzjoni tal-fjuwils fossili, it-trasport tiegħu lejn sit tal-ħżin, għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku ambjentalment sikur u permanenti tas-CO2 jew l-użu tiegħu bħala input jew materja prima biex jinħolqu prodotti jew servizzi.
|
Biex jinkisbu livelli baxxi ta’ emissjonijiet tal-karbonju għal sorsi tal-enerġija mill-fjuwils fossili.
|
L-intensità tal-karbonju għandha tikseb livell ta’ 350 tunnellata metrika ta’ CO2 għal kull GWh ivventjati fl-atmosfera jew inqas;
jew
Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta’ qbid u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju tal-impjant b’65 % jew aktar;
jew
Ir-rata ta’ qbid għandha tkun mill-inqas 85 % tas-CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż
fl-applikazzjoni għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Il-85 % għandha tapplika f’kundizzjonijiet operattivi normali.
|
18-il sena.
|
|
TIP 2: Irkupru Enerġetiku*
|
Unità ddedikata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bi trattament termali (inkluża l-gassifikazzjoni) ta’ skart solidu minn flussi mħallta.
|
Biex jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-enerġija konvenzjonali u jitnaqqsu l-GHG futuri bħall-metan li normalment jiġu mill-iskart.
|
Fil-każ ta’ ċiklu tal-fwar, effiċjenza fil-konverżjoni tal-enerġija tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) ta’ mill-inqas 75 % ibbażata fuq valur tat-tisħin aktar baxx (LHV). Fil-każ tal-gassifikazzjoni, effiċjenza tal-gassifikatur ta’ mill-inqas 65 % LHV.
|
15-il sena
|
|
TIP 3: Impjanti tal-Enerġija Ibridi*
|
Impjant tal-enerġija li jiġġenera l-elettriku kemm minn sors ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll minn sors ta’ fjuwils fossili.
|
Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tad-disponibbiltà tal-impjant, huwa meħtieġ sors li jiġġenera l-fjuwils fossili għal dawk il-perjodi meta l-enerġija mis-sors tal-enerġija rinnovabbli ma tkunx disponibbli jew suffiċjenti. Is-sors tal-fjuwils fossili jippermetti l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-impjant ibridu, u b’hekk jinkiseb tnaqqis sinifikanti tal-karbonju meta mqabbel ma’ impjant standard tal-fjuwils fossili
|
Mudell 1:
Żewġ sorsi ta’ ġenerazzjoni separati: wieħed minn Enerġija Rinnovabbli u l-ieħor minn fjuwil fossili. Il-proġett għandu jitfassal b’tali mod li mill-inqas 50 % tal-output totali, annwali u pproġettat ta’ enerġija tiegħu joriġina mis-sors ta’ enerġija rinnovabbli tal-impjant.
Mudell 2:
Sors ta’ ġenerazzjoni uniku bl-użu tal-kombinazzjoni ta’ fjuwils rinnovabbli u fossili. Il-proġett għandu jitfassal b’tali mod li mill-inqas 75 % tal-enerġija utli prodotta tkun derivata mis-sors rinnovabbli.
|
15-il sena
|
|
KLASSI TAL-PROĠETT C: Effiċjenza fl-użu tal-enerġija
|
|
TIP 1: Proġetti Kkombinati ta’ Sħana u Enerġija*
|
Ġenerazzjoni simultanja ta’ diversi forom ta’ enerġija (elettrika, mekkanika u termali) f’sistema integrata waħda. L-output tal-impjant ta’ CHP għandu jinkludi l-enerġija elettrika jew mekkanika u s-sħana għall-użu kummerċjali industrijali u/jew residenzjali.
|
Sa żewġ terzi tal-enerġija primarja użata biex jiġi ġġenerat elettriku f’impjanti konvenzjonali tal-enerġija termali jintilfu fil-forma ta’ sħana. Għalhekk, il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija (CHP) tista’ tkun għażla effettiva ta’ mitigazzjoni tal-GHG. Is-CHP hija possibbli bil-magni u l-fjuwils kollha tas-sħana (inklużi l-enerġija tal-bijomassa u solari termali) minn impjanti tal-enerġija b’kondensazzjoni tal-fwar minn ftit kW sa 1000 MW.
|
Effiċjenza ġenerali ta’ mill-inqas 75 % abbażi ta’ valur tat-tisħin aktar baxx (LHV).
|
15-il sena
|
|
TIP 2: Tisħin u/jew tkessiħ distrettwali*
|
Network li jġorr/ jiddistribwixxi l-enerġija termali mill-unità li tipproduċi l-enerġija sal-użu aħħari.
|
Biex titjieb l-effiċjenza tat-tisħin distrettwali billi jinbnew networks tal-pajpijiet għall-fwar u/jew għall-ilma sħun b’effiċjenza termali sostanzjali, kemm billi jiġi mminimizzat it-telf tal-pajpijiet u tal-konvertituri, kif ukoll billi jiżdied l-ammont ta’ utilizzazzjoni tas-sħana mormija. It-tkessiħ distrettwali huwa teknoloġija integrattiva li tista’ tagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tat-tniġġis tal-arja u għaż-żieda tas-sigurtà tal-enerġija eż. permezz tas-sostituzzjoni ta’ kondizzjonaturi tal-arja individwali.
|
Il-konduttività termali tal-pajpijiet distrettwali għandha tkun anqas minn 80 % tal-konduttività termali rilevanti meħtieġa mill-istandard Ewropew EN253:2009 (li għandha tiġi rieżaminata meta jiġi aġġornat dan l-istandard).
|
15-il sena
|
|
TIP 3: Grilji Intelliġenti*
|
Networks tal-elettriku integrati u teknoloġikament avvanzati b’kapaċitajiet dinamiċi mtejba għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-input u tal-output tal-komponenti tekniċi kostitwenti kollha tagħhom (bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, Soluzzjonijiet ta’ Ġestjoni tan-Network, konvertituri u Sistemi ta’ Kurrent Dirett b’Vultaġġ Għoli (HVDC), Sistemi ta’ Trażmissjoni b’Kurrent Alternat Flessibbli (FACTS), Sistemi ta’ Enerġija Speċjali (SPS), it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, Soluzzjonijiet Elettroniċi tal-Enerġija tal-Grilja Intelliġenti, tnaqqis fil-konsum, kejl, riżorsi tal-enerġija distribwita). ICT skont standards industrijali miftiehma internazzjonalment bħal NIST-SGIP u ETSI-CEN-CENELEC.
|
Biex l-operaturi ta’ networks, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni, l-utenti tal-grilja, is-sidien tal-ħżin, l-operaturi tal-kejl, il-fornituri tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi jew l-operaturi tal-pjattaformi tal-iskambju tal-enerġija jkunu jistgħu joħolqu sistemi tal-enerġija ekonomiċi, ekoloġiċi, ibbilanċjati u sostenibbli b’telf ta’ trażmissjoni mnaqqas u livelli ottimizzati ta’ kwalità tal-provvista, sigurtà, stabbiltà tal-grilja, affidabilità, ġbir ta’ enerġija rinnovabbli, u kosteffiċjenza billi jiġu appoġġati l-kuntratti ta’ provvista li jinvolvu l-aktar l-esportazzjoni ta’ teknoloġiji u servizzi innovattivi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.
|
L-istandards 1, 2 (a jew b) u 3 għandhom jiġu ssodisfati.
1. Il-kost totali tal-proġett jinkludi mill-inqas 20 % għal aġġornamenti eliġibbli tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).
2a. Tnaqqis minimu stmat ta’ 10 % fl-ammont ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils fossili se jirriżulta mill-proġett jew mill-applikazzjoni, jew
2b. Tnaqqis sinifikanti ppruvat fl-emissjonijiet tas-CO2 se jkun jista’ jsir permezz ta’:
•tnaqqis ta’ mill-inqas 5 % fit-telf tal-enerġija fil-grilja tal-elettriku moqdija mill-applikazzjoni jew mill-proġett tal-Grilja Intelliġenti; jew jew
•tnaqqis ta’ mill-anqas 5 % fil-konsum aggregat tal-elettriku minn tagħbijiet moqdija mill-applikazzjoni jew il-proġett tal-Grilja Intelliġenti; jew
•injezzjoni intermittenti ta’ enerġiji rinnovabbli, inkluż minn livelli ta’ vultaġġ subordinati, li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % addizzjonali tal-enerġija totali injettata fil-grilja fejn jiġu applikati t-teknoloġiji tal-grilja intelliġenti.
3. Qabel l-awtorizzazzjoni, parti terza indipendenti u kwalifikata tirrieżamina l-proġett u tħejji rapport li jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-applikazzjoni jew tal-proġett propost tal-Grilja Intelliġenti u tivverifika jekk il-proġett jew l-applikazzjoni humiex se jissodisfaw l-istandards 1 u 2 (a jew b). Għal proġetti li jużaw l-istandard 2b, it-tnaqqis stmat ta’ emissjonijiet ta’ C02 magħmul possibbli mill-proġett jiġi inkluż fir-rapport. Tali rapport jiġi kondiviż mal-Parteċipanti qabel kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ appoġġ finanzjarju u l-awtorizzazzjoni tkun bil-kundizzjoni li r-rapport jivverifika pożittivament li l-istandards 1 u 2 (a jew b) jiġu ssodisfati permezz tal-applikazzjoni jew il-proġett tal-Grilja Intelliġenti.
L-istandards jitkejlu billi jitqabblu l-emissjonijiet stmati jew l-użu tal-enerġija minn Żona Moqdija mill-Grilja jekk jiġu applikati t-teknoloġiji proposti tal-Grilja Intelliġenti mal-emissjonijiet jew mal-użu tal-enerġija ta’ dik l-istess żona kieku t-teknoloġiji proposti tal-Grilja Intelliġenti ma jiġux applikati.
|
15-il sena
|
Nota: * Fi sforz biex jirrispondu għall-esiġenzi klimatiċi, il-Parteċipanti ffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CCSU biex jinkludi klassijiet ġodda ta’ proġetti. Il-Parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jirrieżaminaw dawn il-klassijiet ta’ proġetti, li ma ġewx eżaminati mill-2012, malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar tard minn Marzu 2024. ”
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Parteċipanti fl-Arranġament jistgħu jaqblu ma’ bidliet tekniċi żgħar għall-pożizzjoni espressa fl-aħħar proposta tal-Unjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.