12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

505


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2005

dwar il-ħatra tal-membri tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

(2005/754/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 (SEC(97) 2404) li toħloq il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) u li tawtorizza lill-President tal-Kummissjoni Ewropea biex jaħtar l-membri;

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2001 (C(2001) 691) li tikkonċerna l-emenda tad-delega tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda;

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 (1) dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda;

Wara li kkunsidrat is-sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta’ interess imnedija fuq il-websajt ta’ l-EGE fl-20 ta’ Mejju 2005 b’data ta’ l-għeluq fl-20 ta’ Ġunju 2005;

Billi:

(1)

Il-EGE hija entità konsultattiva indipendenti u multidixxiplinarja tal-Kummissjoni Ewropea, iffurmata minn 15-il membru;

(2)

Waslu 38 applikazzjoni wara s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess (2). 10 mill-membri huma eliġibbli li jerġgħu jiġu eletti (3) u 9 fost dawn jixtiequ li jiġu kkunsidrati.

(3)

Huwa meħtieġ li tkun żgurata firxa xierqa ta’ kapaċitajiet professjonali u esperjenza fil-mandat ta’ l-EGE;

(4)

Il-membri huma maħtura ad personam għall-kompetenzi u l-kwalitjiet personali tagħhom.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Iħatra ta’ dawn il-membri tal-EGE li spiċċalhom il-mandat huwa mġedded għal perjodu ta’ erba’ snin:

(1)

Rafael Capurro

(2)

Inez de Beaufort

(3)

Göran Hermerén

(4)

Linda Nielsen

(5)

Pere Puigdomenech Rosell

(6)

Günter Virt

Artikolu 2

L-individwi li ġejjin huma maħtura bħala membri tal-EGE għal perjodu ta’ erba’ snin:

(1)

Emmanuel Agius

(2)

Diána Bánáti

(3)

Anne Cambon-Thomsen

(4)

Carlo Casini

(5)

Jozef Glasa

(6)

Hille Haker

(7)

Julian Kinderlerer

(8)

Krzysztof Marczewski

(9)

Paula Martinho da Silva

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 127, 20.5.2005, p. 17.

(2)  Ara l-ħames punt ta’ l-Artikolu 3.2. tad-Deċiżjoni 2005/383/KE: “ L-identifikazzjoni u l-għażla tal-membri ta’ l-EGE għandhom isiru fuq il-bażi ta’ sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta’ interess.”

(3)  Ara t-tielet punt ta’ l-Artikolu 3.2. tad-Deċiżjoni 2005/383/KE: “ Kull membru ta’ l-EGE għandu jiġi maħtura għal perjodu ta’ erba’ snin. Din il-ħatra tista’ tiġġedded għal massimu ta’ żewġ perjodi aktar.”