|
7.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 59/2022
tat-18 ta’ Marzu 2022
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1127]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341 tat-23 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 52 (ir-Regolament (UE) Nru 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 52c (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243):
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1341 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 292, 16.8.2021, p. 4.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) Aral-paġna 27 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.