Official Journal L 210 , 20/08/1996 P. 0047 - 0052
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta' Lulju 1996 li tistipula l-ħtiġijiet tal-linja tan-nisel u ħtiġijiet zootekniċi għall-importazzjoni tas-semen ta' ċerti annimali (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (96/509/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li tistipula l-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenetiċi applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embriji tagħhom ([1]) u li temenda partikolarment l-Artikolu 5, it-tieni u t-tielet inċiżi tiegħu, Billi skond id-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE ([2]) tat-18 ta' Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għal skopijiet tat-trobbija ta' l-annimali mrobbija puri ta' l-ispeċi ta' l-ifrat, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/257/KEE ([3]) ta' l-10 ta' Mejju 1990 li jistipulaw l-kriterji għall-aċċettazzjoni għal skopijiet ta' trobbija ta' nagħaġ u mogħoż mrobbija puri u l-użu tas-semen, l-ova u l-embriji tagħhom, u d-Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE ([4]) 5 ta' Marzu 1990 dwar l-aċċettazzjoni tal-ħnieżer mrobbija puri għat-trobbija, Stat Membru ma jistax jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jwaqqfu l-aċċettazzjoni ta' l-eżami uffiċjali tas-semen mill-annimali irġiel mhux eżaminati fil-limiti tal-kwantitajiet meħtieġa biex iwettqu t-tali eżamijiet uffiċjali; Billi l-prinċipji tat-tali eżamijiet uffiċjali huma stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/130/KEE ([5]) tal-11 ta' Marzu 1986 li tistipula l-metodi ta' sorveljanza ta' l-għamil u l-metodi biex jistmaw il-valur ġenetiku ta' l-annimali mrobbija puri ta' l-ispeċi ta' l-ifrat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/515/KE ([6]), fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/256/KEE ([7]) li tistipula l-metodi tas-sorveljanza ta' l-għamil u tistma l-valur ġenetiku tan-nagħaġ u l-mogħoż mrobbija puri u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/507/KEE ([8]) li tistipula l-metodi għas-sorveljanza ta' l-għamil u li jistmaw il-valur ġenetiku tal-ħnieżer mrobbija puri u dawk ibridi għat-trobbija; Billi huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen mill-annimali irġiel mhux eżaminati; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti ċ-ċertifikati għal dan is-semen; Billi semen mill-annimal li għadda minn eżamijiet ta' l-għamil u minn stima tal-valur ġenetiku jrid ikun akkumpanjat minn ċertifikat tal-linja tan-nisel u zootekniku kif imniżżel fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE ([9]); Billi l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jridu jiżguraw li s-semen mill-annimali irġiel mhux eżaminati jkunu aċċettati għall-inseminazzjoni artifiċjali fil-limiti tal-kwantitajiet meħtieġa għall-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet approvati biex iwettqu l-eżamijiet uffiċjali; Billi il-miżuri li hemm ipprovduti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni ta' l-Kumitat Permanenti ta' Żooteknika, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Is-semen kif riferut fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/28/KE, ġej mill-annimal li m'għaddiex mill-eżamijiet ta' l-għamil u l-istima tal-valur ġenetiku fuq il-bażi tal-prinċipji pprovduti mir-regoli tal-Komunità, tista' tkun importata biss fil-limiti tal-kwantitajiet meħtieġa għall-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet approvati biex iwettqu t-tali eżami uffiċjali. Artikolu 2 Is-semen riferut fl-Artikolu 1 jrid ikun akkumpanjat - minn ċertifikat tal-linja tan-nisel u zootekniku li hu konformi mal-mudell fl-Anness I, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, - minn ċertifikat li hu konformi mal-mudell fl-Anness II, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni. Iċ-ċertifikati msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż iridu jkunu ppreżentati flimkien fil-mument ta' l-importazzjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 t'Awissu 1997. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz FISCHLER Membru tal-Kummissjoni ANNESS I IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-LINJA TAN-NISEL U ZOOTEKNIKU GĦALL-IMPORTAZZJONI TAS-SEMEN MILL-ANNIMALI MROBBIJA PURI TA' L-ISPEĊI TA' L-IFRAT, IL-ĦNIEŻER IMROBBIJA PURI, IN-NAGĦAĠ U L-MOGĦOŻ IMROBBIJA PURI LI M'GĦADDEWX MINN EŻAMI TA' L-GĦAMIL U STIMA TAL-VALUR ĠENETIKU A. Partikolari ta' l-annimal raġel donatur 1. Speċi (qobla/ħnieżer/nagħaġ/mogħoż) 1 2. Razza/tip ġenetiku 3. Il-korp tal-ħruġ 4. L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li żżomm ir-reġistru tal-merħla ta' l-oriġini tal-pajjiż terz 5. L-isem u l-indirizz ta' min irabbi 6. L-isem (fakoltattiv) 7. Nru ta' l-entrata oriġinali 8. Data tat-twelid 9. Grupp tad-demm 2 10. Linja tan-nisel 3 Missier Nru tar-reġistru oriġinali tal-merħla Missier il-missier Nru tar-reġistru oriġinali tal-merħla Omm il-missier Nru tar-reġistru oriġinali tal-merħla Omm Nru tar-reġistru oriġinali tal-merħla Missier l-omm Nru tar-reġistru oriġinali tal-merħla Omm l-omm Nru tar-reġistru oriġinali tal-merħla 11. Ir-riżultati disponibbli kollha ta' l-eżamijiet ta' l-għamil u riżultati aġġornati tal-valur ġenetiku bl-isem tal-korp li għamel stima tal-valur ġenetiku, fuq l-annimal innifsu u fuq il-ġenituri u n-nanniet tiegħu 3 Magħmul fi , fil- Firma ISEM B'ITTRI KBAR U T-TITOLU TAL-FIRMATARJU 1 Aqta' kif meħtieġ. 2 Jew metodu approvat ieħor skond il-leġislazzjoni tal-Komunità meħtieġ biss għall-qobla, in-nagħaġ u l-mogħoż. 3 Jekk hemm bżonn uża karta addizzjonali. IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-LINJA TAN-NISEL U ZOOTEKNIKU GĦALL-IMPORTAZZJONI TAS-SEMEN MILL-ANNIMALI MROBBIJA PURI TA' L-ISPEĊI TA' L-IFRAT, IL-ĦNIEŻER IMROBBIJA PURI, IN-NAGĦAĠ U L-MOGĦOŻ IMROBBIJA PURI LI M'GĦADDEWX MINN EŻAMI TA' L-GĦAMIL U STIMA TAL-VALUR ĠENETIKU B. Partikolaritajiet dwar is-semen 1. Sistema ta' identifikazzjoni tas-semen (kulur, numru, eċċ.) 2. Identifikazzjoni tal-kontenitur 3. Oriġini tas-semen (indirizz taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen) 4. Destinazzjoni tas-semen (isem u indirizz tal-kunsinnatarju) Identifikazzjoni tat-tiben Numru ta' dożi Data tal-ġbir Magħmul fi , fil- - Firma ISEM B'ITTRI KBAR U T-TITOLU TAL-FIRMATARJU ANNESS II ĊERTIFIKAT GĦALL-IMPORTAZZJONI LIMITATA TAS-SEMEN MHUX EŻAMINAT MILL-ANNIMALI MROBBIJA PURI TA' L-ISPEĊI TA' L-IFRAT, IN-NAGĦAĠ U L-MOGĦOŻ IMROBBIJA PURI LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦALL-EVALWAZZJONI ĠENETIKA 1. Il-korp tal-ħruġ 2. Isem tar-raġel donatur (fakoltattiv) 3. Ir-reġistru oriġinali tal-merħla 4. In-numru massimu tad-dożi li jistgħu jkunu importati 5. Kunsinnatarju Magħmul fi , fil- Firma ISEM B'ITTRI KBAR U T-TITOLU TAL-FIRMATARJU [1] ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66. [2] ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54. [3] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 38. [4] ĠU L 71, 17.3.1990, p. 34. [5] ĠU L 101, 17.4.1986, p. 37. [6] ĠU L 207, 10.8.1994, p. 30. [7] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 35. [8] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 43. [9] Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.