<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-433/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0433</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1074">EU:C:2019:1074</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20191212">12.12.2019</DATE> – Kawża C‑433/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Aktiva Finants</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-qrati, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja u ta’ rimedju effettiv</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiddikjara li sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha tiġi eżegwita</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli nazzjonali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑433/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180702">2 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ML</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aktiva Finants OÜ,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, C. Toader, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo u J. Heliskoski, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Huttunen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 43(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ML u Aktiva Finants OÜ dwar l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti Estonjana li kkundannat lil ML iħallas somma ta’ flus lil din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 6, 16 sa 18 tar-Regolament Nru<HT TYPE="SUP">o</HT>44/2001 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq l-obbjettiv ta’ moviment liberu ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jkun regolat minn strument legali tal-Komunità li jkun jorbot u direttament applikabbli.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni ta’ ġustizzja fil-Komunità tiġġustifika illi sentenzi mogħtija fi Stat Membru jiġu awtomatikament rikonoxxuti mingħajr il-ħtieġa ta’ xi proċedura ħlief f’każijiet ta’ tilwim.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ l-istess prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, il-proċedura sabiex tiġi eżegwita fi Stat Membru wieħed sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun effiċjenti u malajr. Għal dan il-għan, id-dikjarazzjoni li ġudizzju huwa eżegwibbli għandha ssir virtwalment awtomatikament wara verifiki puramenti formali tad-dokumenti pprovduti, mingħajr ma jkun hemm possibiltà li l-qorti li tqajjem b’mozzjoni tagħha uħud mir-raġunijiet għan-non eżekuzzjoni b’dan ir-Regolament.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>B’dana kollu, rispett għad-drittijiet tal-konvenut għandu jfisser illi l-konvenut għandu jkun jista’ jappella fi proċedura avversarja, kontra d-ta’ saħħa eżekuttiva, jekk jikkonsidra wieħed mir-raġunijiet ta’ non-eżekuzzjoni li jkunu preżenti. Proċeduri ta’ rimedju għandhom ikunu disponibbli wkoll għal min iressaq il-każ meta l-applikazzjoni tiegħu għal ta’ saħħa eżekuttiva tkun ġiet miċħuda.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Is-sentenza għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament mat-twettieq tal-formalitajiet fl-Artikolu 53 mingħajr xi reviżjoni permezz ta’ l-Artikoli 34 u 35. Il-parti li kontra tagħha tkun imfittxija l-eżekuzzjoni m’għandiex f’dan l-istadju tal-proċeduri tkun intitolata li tagħmel xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1) sa (3) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà tista’ tiġi appellata minn kwalunkwe parti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-appell għandu jkun ippreżentat fil-qorti indikata fil-lista ta’ l-Anness III.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="043.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-appell għandu jinstema skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f’materji kontradittorji.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti fejn l-appell għandu jiġi ppreżentat permezz ta’ l-Artikolu 43 jew l-Artikolu 44 għandu jiċħad jew jirrevoka ta’ saħħa eżekuttiva biss fuq il-bażi speċifikati f’L-Artikoli 34 u 35. Għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha sentenza barranija tiġi riveduta fil-mertu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Finlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tal-Kapitolu 25a tal-oikeudenkäymiskaari (il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja), rikors kontra deċiżjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tal-appell jeħtieġ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja jipprovdi li din l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk ikun hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma jkunx possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma tiġi awtorizzata t-tkomplija tal-proċedura, jekk dan ikun importanti minħabba l-applikazzjoni tal-liġi f’kawżi simili oħra jew jekk ikun hemm raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Kapitolu 25a ta’ dan il-kodiċi jipprovdi li, jekk tqis li jkun neċessarju, il-qorti tal-appell għandha tistieden lill-konvenuta sabiex tirrispondi bil-miktub għar-rikors qabel ma tawtorizza t-tkomplija tal-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) tal-Kapitolu 25a tal-imsemmi kodiċi, il-proċedura relatata mal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell hija bil-miktub u l-qorti tal-appell tiddeċiedi fuq il-bażi tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, tal-appell ippreżentat quddiemha, tal-osservazzjonijiet eventwali tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi tal-elementi l-oħra tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 18 tal-Kapitolu 25a tal-istess kodiċi, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk mill-inqas wieħed mit-tliet membri tal-kulleġġ ġudikanti jkun favorevoli għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni mogħtija fis-<DATE ISO="20091207">7 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Harju Maakohus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju, l-Estonja) ikkundannat lil ML, residenti f’Ħelsinki (il-Finlandja), sabiex iħallas is-somma ta’ EEK 14 838.50 (madwar EUR 948) lill-kumpannija Estonjana, jiġifieri Aktiva Finantis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara t-talba ta’ Aktiva Finantis, il-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) iddikjarat is-saħħa eżekuttiva, fil-Finlandja, tad-deċiżjoni mogħtija fis-<DATE ISO="20091207">7 ta’ Diċembru 2009</DATE> kontra ML, skont ir-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara li rċeviet notifika, ML ippreżenta rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki, il-Finlandja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rikors tiegħu ppreżentat quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki), ML sostna, qabel kollox, li d-deċiżjoni tal-Harju Maakohus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju), tas-<DATE ISO="20091207">7 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ingħatat meta ma kienx preżenti. Sussegwentement, ML isostni li l-att promotur ma ġiex innotifikat lilu la fi żmien utli u lanqas b’mod li jista’ jiddefendi ruħu. Barra minn hekk, ma<?PAGE NO="4"?> kienx jaf bil-proċedura kollha ħlief meta l-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki) innotifikatu bid-deċiżjoni relatata mad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tad-deċiżjoni tal-Harju Maakohus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Harju). Barra minn hekk, skont ML, din il-qorti tal-aħħar ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża li kellha quddiemha, peress li d-domiċilju tiegħu jinsab fil-Finlandja mis-<DATE ISO="20071126">26 ta’ Novembru 2007</DATE>. Għal dan il-għan, ML invoka l-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament Nru 44/2001 insostenn tal-argumenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) ma tatx lil ML l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, previst fl-Artikolu 5(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, u dan temm l-ipproċessar tar-rikors ippreżentat minn dan tal-aħħar. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ħelsinki), ġiet ikkonfermata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>ML talab lill-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), sabiex tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki), awtorizzazzjoni li ngħatatlu fl-<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE>. Fir-rikors tagħha quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema), ML talab l-annullament ta’ din id-deċiżjoni, l-għoti tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell u r-rinviju tal-kawża quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) għall-finijiet tal-eżami tar-rikors tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà mar-Regolament Nru 44/2001, b’mod partikolari, mal-Artikolu 43(1) u (3) tiegħu, ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, bħal dik prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ appell kontra deċiżjoni tal-ewwel istanza li tirrigwarda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza f’materji ċivili u kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn naħa, il-qorti tar-rinviju tirrileva li jirriżulta minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kawżi kollha, il-proċedura ta’ rikors issir f’żewġ fażijiet. Matul l-ewwel fażi, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell previsti mid-dritt nazzjonali huma eżaminati. Matul it-tieni fażi, jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, l-appell huwa s-suġġett ta’ eżami komplet. Min-naħa l-oħra, meta l-imsemmija awtorizzazzjoni ma tingħatax, id-deċiżjoni tal-ewwel istanza ssir definittiva, għajr jekk ir-rifjut ma jiġix annullat wara appell</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju ma hijiex ċerta li r-rekwiżit ta’ proċedura kontradittorja, imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, ikun issodisfatt, peress li d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, skont id-dritt nazzjonali, tista’ tintervjeni wkoll mingħajr ma l-parti li kontriha qiegħda tintalab l-eżekuzzjoni, f’dan il-każ ML, tkun f’pożizzjoni li tifformula osservazzjonijiet minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1)</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli, stabbilita mis-sistema nazzjonali għall-preżentata ta’ appelli, hija kompatibbli mar-rimedji effettivi disponibbli għaż-żewġ partijiet abbażi tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 fir-rigward ta’ appell ġudizzjarju, fil-każ tal-ppreżentata ta’ appell minn deċiżjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza li tirrigwarda r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza fis-sens tar-Regolament Nru 44/2001?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli, ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet relatati mal proċeduri f’materji kontradittorji fis-sens tal-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, jekk l-appellat ma jkunx instema’ fir-rigward tal-appell propost qabel ma tingħata d-deċiżjoni relattiva għall-awtorizzazzjoni tal-appell? Tali kundizzjonijiet ikunu sodisfatti jekk l-appellat jinstema’ qabel ma tingħata d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-appell?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fl-interpretazzjoni, għandha tingħata importanza lill-fatt li l-appellant jista’ jkun mhux biss il-parti li talbet l-eżekuzzjoni u li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda, iżda anki l-parti li kontriha ntalbet l-eżekuzzjoni, fil-każ li tali talba kontriha tkun intlaqgħet?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell li fiha, minn naħa, qorti tal-appell tiddeċiedi dwar l-għoti tal-imsemmija awtorizzazzjoni abbażi tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza, tal-appell li tkun ġiet adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata, b’mod partikolari, jekk hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma huwiex possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma jiġi awtorizzat appell jew jekk teżistix raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, preliminarjament, li, hekk kif jirriżulta mill-premessi 16 u 17 tar-Regolament Nru 44/2001, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali, is-sistema ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni prevista fih hija bbażata fuq il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Tali fiduċja teħtieġ li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija fi Stat Membru jkunu mhux biss irrikonoxxuti b’mod sħiħ fi Stat Membru ieħor, iżda wkoll li l-proċedura intiża sabiex tirrendi lil dawn id-deċiżjonijiet eżegwibbli fi Stat Membru wieħed sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun effiċjenti u malajr.. Din il-proċedura għandha tinkludi biss sempliċi kontroll formali tad-dokumenti meħtieġa għall-attribuzzjoni tas-saħħa eżekuttiva fl-Istat Membru mitlub, peress li d-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekutorja ta’ deċiżjoni hija maħruġa b’mod kważi awtomatiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Prism Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:653">EU:C:2011:653</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din hija r-raġuni għalfejn, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 44/2001, deċiżjoni tiġi ddikjarata immedjatament mat-twettiq tal-formalitajiet previsti fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament, mingħajr reviżjoni tar-raġunijiet ta’ rifjut tal-eżekuzzjoni previsti fl-Artikoli 34 u 35 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istess regolament huwa intiż sabiex jiżgura l-moviment liberu tas-sentenzi mogħtija fl-Istati Membri f’materji ċivili u kummerċjali billi jiġu ssimplifikati l-formalitajiet fid-dawl tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni mħaffa u sempliċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-għan ma jistax jintlaħaq billi jiddgħajfu, b’xi mod, id-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>ASML</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:787">EU:C:2006:787</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament Nru‑44/2001 jesprimu l-intenzjoni li jiżguraw li, fil-kuntest tal-għanijiet tiegħu, il-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji jsiru filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>G</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑292/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:142">EU:C:2012:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri fid-dawl tal-premessa 18 ta’ dan ir-regolament, jirrikonoxxi d-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva, kemm jekk huwa, fir-rigward tal-konvenuta, jekk jitqies li wieħed mill-motivi għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun ġie stabbilit, jew fir-rigward tar-rikorrent, jekk, min-naħa l-oħra, id-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tkun ġiet miċħuda lilu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 44/2001 ma jipprevedix la n-natura u lanqas il-modalitajiet konkreti tar-rimedji kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, huwa kull wieħed mill-Istati Membri li għandu jirregola l-modalitajiet ta’ proċedura amministrattiva u dawk tal-proċedura ġudizzjarja intiżi sabiex jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-modalitajiet proċedurali ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw azzjonijiet simili previsti għall-ħarsien ta’ drittijiet taħt l-ordinament ġuridiku intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>El Hassani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:960">EU:C:2017:960</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward minn naħa, tal-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ li r-regoli kollha applikabbli għall-azzjonijiet ikunu japplikaw mingħajr distinzjoni għall-azzjonijiet ibbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk, simili, li huma bbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kantarev</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:807">EU:C:2018:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda element li jippermettilha li tiddubita l-konformità tar-regoli ta’ proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma’ dan il-prinċipju. Għall-kuntrarju, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-regola nazzjonali li tipprovdi li rikors kontra deċiżjoni tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tal-appell jeħtieġ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell hija ta’ applikazzjoni ġenerali u ma tikkonċernax biss ir-rikorsi kontra d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva, skont ir-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ effettività, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-każijiet li fihom titqajjem il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mill-ordinament ġuridiku Komunitarju għandhom, ukoll, jiġu analizzati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha quddiem id-diversi qrati nazzjonali. F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun neċessarju, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment korrett tal-proċedura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li skont l-Artikolu 11(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk ikun hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma jkunx possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma tiġi awtorizzata t-tkomplija tal-proċedura, jekk dan ikun importanti minħabba l-applikazzjoni tal-liġi f’kawżi simili oħra jew jekk ikun hemm raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-motivi previsti fil-leġiżlazzjoni Finlandiża li abbażi tagħhom din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata huma tali li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni tar-raġunijiet ta’ rifjut tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata previsti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament Nru 44/2001, li fir-rigward tagħhom l-Artikolu 45 ta’ dan ir-regolament jawtorizza lill-qorti adita bir-rikors previst fl-Artikolu 43 li tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma jidhirx li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija tali li tirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li d-dritt ta’ aċċess għal qorti jinkludi mhux biss il-possibbiltà li titressaq kawża quddiem qorti, iżda wkoll il-garanzija li din il-qorti hija kompetenti sabiex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ dritt li huma rilevanti għall-kawża li biha hija tkun adita (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-199/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża, l-eżami tal-appell quddiem il-qorti tal-appell jinvolvi żewġ fażijiet. Matul l-ewwel fażi, il-qorti tal-appell tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell fil-kuntest ta’ proċedura bil-miktub, abbażi tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza, tal-appell li tkun adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess. Din l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk mill-inqas wieħed mit-tliet membri tal-kulleġġ ġudikanti jkun favorevoli għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata jekk wieħed mill-motivi previsti fl-Artikolu 11(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarju jiġi stabbilit. Fit-tieni fażi, jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, il-qorti tal-appell twettaq eżami sħiħ tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qorti tal-appell tista’, sa mill-istadju tal-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, tivverifika jekk, fil-kuntest ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 44/2001, il-motivi għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni msemmija fl-Artikoli 34 u 35 ta’ dan ir-regolament jeżiġux eżami fil-fond tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza relatata mal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell li fiha, minn naħa, qorti tal-appell tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-għoti tal-imsemmija awtorizzazzjoni abbażi tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, tal-appell li tkun adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata, b’mod partikolari, jekk hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma huwiex possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma jiġi awtorizzat appell jew jekk teżistix raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ eżami ta’ appell kontra deċiżjoni dwar talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva li ma teżiġix il-konvenuta li tinstema’ minn qabel meta tingħata deċiżjoni favorevoli lil din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri fid-dawl tal-premessa 18 tiegħu, b’osservanza tad-drittijiet tad-difiża, l-appell kontra d-deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva għandu jiġi eżaminat skont ir-regoli tal-proċedura kontradittorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 13 tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Ħelsinki) għandha jekk tqis li huwa neċessarju, tistieden lill-konvenuta tirrispondi bil-miktub għar-rikors qabel ma tiddeċiedi fuq l-awtorizzazzjoni tal-appell. Minn dan jirriżulta li d-deċiżjoni dwar tali awtorizzazzjoni tista’ sseħħ mingħajr ma l-konvenuta tingħata l-opportunità li tifformula l-osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-kuntest tal-ewwel fażi tal-proċedura prevista fl-Artikolu 5(1) tal-Kapitolu 25a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, il-qorti tal-appell ma tistax tadotta deċiżjoni sfavorevoli għall-konvenuta mingħajr ma tismagħha. Fil-fatt, minn naħa, jekk l-appell jitressaq kontra<?PAGE NO="8"?> deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, il-fatt li l-qorti tal-appell tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell ma jistax jikkawża preġudizzju lill-benefiċjarju ta’ din id-deċiżjoni, jiġifieri, lill-parti li għall-benefiċċju tagħha tkun ingħatat l-eżekuzzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk l-appell jitressaq kontra deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, il-fatt li l-qorti tal-appell tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell ma jistax jikkawża preġudizzju lill-benefiċjarju ta’ din id-deċiżjoni, jiġifieri, il-parti li għall-benefiċċju tagħha tkun ingħatat l-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif ġie rrilevat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punti 76 u 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-qorti tal-appell ma tistax, matul il-fażi ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell, tadotta deċiżjoni sfavorevoli jew li tikkawża preġudizzju lill-konvenuta, b’tali mod li l-fatt li din il-parti ma ġietx mistiedna tifformula osservazzjonijiet ma jippreġudikax id-dritt tagħha għal proċedura kontradittorja. Barra minn hekk, din il-parti hija mistiedna, b’mod obbligatorju, sabiex tesprimi ruħha matul il-fażi ta’ eżami komplet tal-appell, li jiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju fl-istadju fejn id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell tista’ tikkawża preġudizzju lil din il-parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’ eżami ta’ appell kontra deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva li ma teżiġix li l-konvenuta tinstema’ minn qabel meta tingħata deċiżjoni li tkun favorevoli għal din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-eventwali konsegwenzi li jirriżultaw mill-fatt li r-rikors jista’ jiġi eżerċitat mhux biss mill-parti li talbet l-eżekuzzjoni, iżda wkoll mill-parti li kontra tagħha tkun ingħatat l-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li d-domandi preliminari dwar id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ġustifikazzjoni tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma hijiex il-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi fuq kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-bżonn inerenti li tiġi effettivament solvuta kontroversja (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ma tispeċifikax ir-raġunijiet li wassluha sabiex tagħmel din id-domanda. Hija lanqas ma tippreċiża ir-relazzjoni tal-imsemmija domanda mal-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u lanqas ir-raġunijiet li għalihom ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja hija neċessarja għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-ħames domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi proċedura ta’<?PAGE NO="9"?> awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell li fiha, minn naħa, qorti tal-appell tiddeċiedi dwar l-għoti tal-imsemmija awtorizzazzjoni abbażi tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, tal-appell li tkun adita bih, tal-eventwali osservazzjonijiet tal-konvenuta u, jekk neċessarju, abbażi ta’ elementi oħra tal-proċess kif ukoll, min-naħa l-oħra, li l-awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell għandha tingħata, b’mod partikolari, jekk hemm dubji dwar l-eżattezza tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk ma huwiex possibbli li tiġi evalwata l-eżattezza ta’ din id-deċiżjoni mingħajr ma jiġi awtorizzat appell jew jekk teżistix raġuni oħra importanti li tagħti awtorizzazzjoni sabiex isir l-appell.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix proċedura ta’ eżami ta’ appell kontra talba għal dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva li ma teżiġix il-konvenuta li tinstema’ minn qabel meta tingħata deċiżjoni favorevoli lil din tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>