<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-55/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0055</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:6">EU:C:2022:6</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>22</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220113">13.1.2022</DATE> – Kawża C‑55/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Minister Sprawiedliwości</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20220113">13 ta’ Jannar 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>qorti nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura</KEYWORD><KEYWORD>Investigazzjoni dixxiplinari miftuħa fir-rigward ta’ avukat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal‑Aġent Dixxiplinari li tikkonkludi li ma kienx hemm nuqqas dixxiplinari u li tagħlaq l‑investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rikors tal-Ministru għall-Ġustizzja quddiem it‑Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/123/KE</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi fis-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Punt 6 tal-Artikolu 4 u Artikolu 10(6)</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Irtirar tal‑awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal‑Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Inapplikabbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑55/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20200131">31 ta’ Jannar 2020</DATE>, fil-proċedura mibdija minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Minister Sprawiedliwości</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Prokurator Krajowy – Pierwszy Zastępca Prokuratora Generalnego,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rzecznik Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal (Relatriċi), Presidenta tat-Tieni Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Prokurator Krajowy – Pierwszy Zastępca Prokuratora Generalnego, minn R. Hernand u B. Święczkowski,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u J. M. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn L. Armati, K. Herrmann, S. L. Kalėda u H. Støvlbæk, sussegwentement minn L. Armati, K. Herrmann u S. L. Kalėda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20210617">17 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad‑Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija mill-Minister Sprawiedliwości (il-Ministru għall-Ġustizzja, il-Polonja) kontra d-deċiżjoni ta’ Aġent Dixxiplinari li għalaq investigazzjoni miftuħa fir-rigward ta’ avukat wara li kkonkluda li ma kienx hemm nuqqas dixxiplinari imputabbli lill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/123</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 33 u 39 tad-Direttiva 2006/123:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(33)</NO.P><TXT>Is-servizzi koperti b’din id-Direttiva jkopri varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet li dejjem jinbidlu […]. Dak il-kunċett ikopri wkoll servizzi pprovduti kemm lil negozji kif ukoll lil konsumaturi, bħal parir legali jew fiskali; […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(39)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandu jkopri, fost oħrajn, il-proċeduri amministrattivi għall-għotja ta’ awtorizzazzjonijiet, liċenzji, approvazzjonijiet jew konċessjonijiet, u kif ukoll l-obbligu, sabiex jkun eliġibbli biex jeżerċita l-attività, biex jkun irreġistrat bħala membru ta’ professjoni jew imdaħħal f’reġistru, lista jew database, biex jkunu uffiċjalment maħtura f’korp jew jikseb kard ta’ sħubija ta’ professjoni partikolari. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(5) ta’ din id-direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli tal-liġi kriminali ta’ l-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi japplikaw dispożizzjonijiet kriminali li jirregolaw jew jaffettwaw b’mod partikolari l-aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju ta’ tali attività sabiex jiġu evitati r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jmorru kontra dispożizzjoni ta’ att Komunitarju ieħor li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fis-setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni ta’ l-att Komunitarju l-ieħor jipprevalu u għandhom japplikaw f’dawk is-setturi jew professjonijiet speċifiċi. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva […]:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>servizz<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser attività ekonomika mhux imħallsa, normalment magħmula għal remunerazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu [57 TFUE];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kull proċedura li fiha kull fornitur jew riċevitur hu tabilħaqq meħtieġ jieħu passi sabiex jikseb deċiżjoni formali minn awtorità kompetenti, jew deċiżjoni impliċita, rigward l-aċċess għal attività ta’ servizz jew għall-eżerċizzju tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>rekwiżit<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kondizzjoni jew limitu stipulat fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri jew bħala riżultat tal-każistika, il-prattika amministrattiva, ir-regoli ta’ korpi professjonali, jew ir-regoli kollettivi ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew organizzazzjonijiet professjonali oħrajn, adottati fl-eżerċizzju ta’ l-awtonomija legali tagħhom; […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/123, li jinsab fit-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Awtorizzazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, tal-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Libertà għall-istabbiliment ta’ fornituri<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Din is-sezzjoni m’għandhiex tapplika għal dawk l-aspetti ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni li huma regolati direttament jew indirettament minn strumenti Komunitarji oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/123, li jinsab f’din it-taqsima 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kondizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 6 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ħlief fil-każ ta’ l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, kwalunkwe deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi ċaħda jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni, għandha tinkludi r-raġunijiet kollha u għandha tkun miftuħa għal sfida quddiem il-qrati jew istanzi oħrajn ta’ appell.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, li tinkludi l-Artikoli 14 u 15 tagħha, tikkonċerna r-rekwiżiti relatati mal-aċċess għal attività ta’ servizzi jew għall-eżerċizzju tagħha li huma pprojbiti jew suġġetti għal evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 98/5/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83), tistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Billi, waqt li żżomm l-għanijiet tagħha, din id-Direttiva ma tistipulax ir-regoli li jikkonċernaw sitwazzjonijiet purament domestiċi, u billi ma taffettwax regoli nazzjonali li jirregulaw il-professjoni legali ma tagħmilx aktar milli hu meħtieġ sabiex tikseb effettivament l-għan tagħha; billi huwa mingħajr preġudizzju partikolarment għal-leġislazzjoni nazzjonali li tirregola l-aċċess għal u l-prattika tal-professjoni ta’ avukat taħt it-titolu professjonali użat fl-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta’ l-avukat fuq bażi permanenti fil-kapaċità ta’ ħaddiem għal rasu jew bis-salarju fi Stat Membru minbarra dak li fih inkisbet il-kwalifika professjonali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Avukatura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-ustawa z dnia 26 maja 1982 r. – Prawo o adwokaturze (il-Liġi dwar l-Avukatura) tas‑<DATE ISO="19820526">26 ta’ Mejju 1982</DATE> (Dz. U. Nru 16, pożizzjoni 124), kif emendata, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dawn li ġejjin huma l-korpi tal-Avukatura: l-Assemblea Nazzjonali tal‑Avukatura, il-Kunsill Suprem tal-Avukatura, it-Tribunal Dixxiplinari Superjuri, l-Aġent Dixxiplinari tal-Avukatura u l-Kumitat ta’ Verifika Superjuri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huma biss avukati li jistgħu jkunu membri tal-korpi tal-Avukatura.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Elezzjonijiet għall-korpi tal-Avukatura u għall-korpi tal-Kmamar tal‑Avukati […] għandhom isiru permezz ta’ vot sigriet mingħajr limitu fuq in‑numru ta’ kandidati.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat tal-korpi tal-Avukatura u tal-korpi tal-Kmamar tal-Avukati […] huwa ta’ erba’ snin, iżda dawn huma obbligati jkomplu joperaw sakemm jiġu stabbiliti korpi eletti ġodda.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Membri individwali tal-korpi msemmija f’paragrafu 1 jistgħu jitkeċċew mill-korp li jkun eleġġiehom qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 tal-imsemmija liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Dawn li ġejjin huma l-korpi tal-Avukatura lokali:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-Assemblea Lokali tal-Avukatura, komposta mill-avukati li jeżerċitaw il‑professjoni u rappreżentanti tal‑avukati l‑oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>it-Tribunal Dixxiplinari;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>3a) l-Aġent Dixxiplinari;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tal-istess liġi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-materji li ġejjin jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Assemblea Lokali tal‑Avukatura:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-għażla tal-President, tal-President tat-Tribunal Dixxiplinari, tal-Aġent Dixxiplinari, […] u tal-membri u l-membri alternattivi [tat-]Tribunal Dixxiplinari […];</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51 tal-Liġi dwar l-Avukatura:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-Tribunal Dixxiplinari għandu jkun kompost minn President, Viċi President, membri u membri alternattivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="051.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-Tribunal Dixxiplinari jiddeċiedi f’kulleġġ ġudikanti sħiħ ta’ tliet Imħallfin.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 ta’ din il-liġi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-materji li ġejjin jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>13)</NO.P><TXT>sospensjoni tad-dritt li jiġu eżerċitati funzjonijiet minħabba ksur ta’ obbligi essenzjali minn membri individwali tal-korpi ta’ Kmamar ta’ Avukati lokali u korpi ta’ Awli tal-Avukatura, bl-eċċezzjoni ta’ membri ta’ Tribunali Dixxiplinari, u l-applikazzjoni mal-korpi kompetenti għar-revoka tal-istess;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tal-imsemmija liġi jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Avukati […] għandhom ikunu suġġetti għal responsabbiltà dixxiplinari għal aġir li jmur kontra l-liġi, il-prinċipji etiċi jew id-dinjità tal-professjoni jew għal ksur tal-obbligi professjonali tagħhom […]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 81(1) tal-istess liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Is-sanzjonijiet dixxiplinari huma s-segwenti:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>twissija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>ċanfira;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>multa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>sospensjoni tad-dritt li tiġi eżerċitata attività professjonali għal perijodu ta’ bejn tliet xhur u ħames snin;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">imħassar</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>tkeċċija mill-Avukatura.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 82(2) tal-Liġi dwar l-Avukatura jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Tkeċċija mill-Avukatura tinvolvi tneħħija mir-reġistru tal-avukati mingħajr ebda dritt ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni mill-ġdid f’dan ir-reġistru għal perijodu ta’ 10 snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ tkeċċija mill-Avukatura ssir finali.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 88a(1) u (4) ta’ din il-liġi jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="088A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjonijiet u d-digrieti li jagħlqu l-proċedura dixxiplinari għandhom jiġu nnotifikati <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, bil-motivazzjoni tagħhom, lill-partijiet kif ukoll lill‑Ministru għall-Ġustizzja.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="088A.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet fil-proċedura u l-Ministru għall-Ġustizzja għandhom id-dritt jippreżentaw appell kontra deċiżjonijiet u digrieti li jitterminaw proċedimenti dixxiplinari fi żmien 14‑il jum mid-data ta’ notifika ta’ kopja tad-deċiżjonijiet jew digrieti, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet, u struzzjonijiet rigward it‑termini ta’ żmien, u l-mod ta’ preżentata ta’ appell.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 89(1) tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Tribunal Dixxiplinari għandu jkun indipendenti fir-rigward tad-deliberazzjonijiet tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(2) u (3) tal-istess liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="091.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-Tribunal Dixxiplinari għandu jisma’ l-kawżi kollha bħala l-qorti tal-ewwel istanza, bl-eċċezzjoni […] ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ Aġent Dixxiplinari li ma jinbdewx proċedimenti dixxiplinari jew li jitwaqqfu proċedimenti dixxiplinari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="091.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-Tribunal Dixxiplinari Superjuri għandu jisma’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>bħala l-qorti tat-tieni istanza, kawżi mismugħa fl-ewwel istanza mit‑Tribunali Dixxiplinari tal-Kamra tal-Avukati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 91a(1) tal-Liġi dwar l-Avukatura huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Il-partijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ombudsman u l-President tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura jistgħu jressqu appell ta’ kassazzjoni quddiem is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] kontra d-deċiżjonijiet mogħtija fit-tieni istanza mit-Tribunal Dixxiplinari Superjuri.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 91b ta’ din il-liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Appell ta’ kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat minħabba ksur manifest tad-dritt kif ukoll fil-każ ta’ sanzjoni dixxiplinari manifestament sproporzjonata.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 91c tal-imsemmija liġi jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Appell ta’ kassazzjoni għandu jiġi ppreżentat quddiem [is-Sąd Najwyższy (il‑Qorti Suprema),] permezz tat-Tribunal Dixxiplinari Superjuri fi żmien 30 jum mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 95n tal-Liġi dwar l-Avukatura jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>F’kawżi li ma humiex irregolati mil-liġi, għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għal proċedimenti dixxiplinari d-dispożizzjonijiet:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>tal-Kodeks postępowania karnego (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 100(8) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Wara l-għoti jew in-notifika tad-deċiżjoni jew digriet, il-partijiet fil-proċedura għandhom jingħataw struzzjonijiet rigward id-dritt tagħhom li jippreżentaw appell, u t-termini ta’ żmien u l-metodu għall-istess preżentata, jew li d-deċiżjoni jew digriet ma humiex appellabbli.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 521 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Il-[Prokurator Generalny (il-Prosekutur Ġenerali)] kif ukoll ir-[Rzecznik Praw Obywatelskich (l‑Ombudsman)] jistgħu jippreżentaw appell ta’ kassazzjoni kontra kull deċiżjoni finali ta’ qorti li tagħlaq il-proċedura.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 525 tal-imsemmi kodiċi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="525.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikant jippreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] permezz tal-qorti tal-appell.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="525.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 521, l-appell ta’ kassazzjoni għandu jiġi ppreżentat direttament quddiem is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)].<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tal-ustawa z dnia <DATE ISO="20160128">28 stycznia 2016 r.</DATE> – Prawo o prokuraturze (il‑Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur) tat‑<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE> (Dz. U. tal‑2016, pożizzjoni 177), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Il-Prosekutur Ġenerali huwa l-ogħla korp tal-Uffiċċju tal-Prosekutur. Il-funzjoni ta’ Prosekutur Ġenerali hija eżerċitata mill-Ministru għall-Ġustizzja. […]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Qorti Suprema</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-ustawa z dnia <DATE ISO="20171208">8 grudnia 2017 r.</DATE> o Sądzie Najwyższym (il-Liġi dwar il‑Qorti Suprema) tat‑<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE> (Dz. U. tal‑2018, pożizzjoni 5), is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) hija komposta minn diversi awli, fosthom l-Awla Kriminali u l-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 24 ta’ din il-liġi, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Awla Kriminali tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), b’mod partikolari l-kawżi eżaminati fir-rigward tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u l-kawżi l-oħra li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-ewwel inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 27(1) tal-imsemmija liġi, jaqgħu b’mod partikolari taħt il-kompetenza tal-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il‑Qorti Suprema) il-kawżi dwar proċeduri dixxiplinari mmexxija skont il-Liġi dwar l-Avukatura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisprudenza tal-awli kriminali u dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-Awla Kriminali tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll id-duttrina, sa issa, adottaw il-pożizzjoni li tgħid li l-Prosekutur Ġenerali u l-Ombudsman ma humiex awtorizzati jippreżentaw appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura li jikkonfermaw deċiżjoni tal-Aġent Dixxiplinari li ma jibdiex investigazzjoni dixxiplinari. L-imsemmija qorti tqis, f’dan ir-rigward, li l-Liġi dwar l-Avukatura tirregola b’mod sħiħ l-ammissibbiltà tal-appell fil-kassazzjoni u li, konformement mal-Artikolu 95n ta’ din il-liġi, l-Artikolu 521 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali għalhekk ma japplikax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, f’sentenza mogħtija fis‑<DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE>, l-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) adottat il-pożizzjoni opposta billi qieset li l‑Artikolu 521 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali japplika fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet tat-Tribunal Dixxiplinari<?PAGE NO="9"?> tal-Avukatura u, konsegwentement, iddikjarat ammissibbli appell ta’ kassazzjoni ppreżentat mill-Prosekutur Ġenerali kontra digriet tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja, il-Polonja) li kkonferma d-deċiżjoni tal‑Aġent Dixxiplinari li jagħlaq investigazzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ avukat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-Prokurator Krajowy – Pierwszy Zastępca Prokuratora Generalnego (il-Prosekutur Nazzjonali – l-ewwel sostitut tal‑Prosekutur Ġenerali, il-Polonja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Prosekutur Nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) talab lir-Rzecznik Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (l-Aġent Dixxiplinari tal-Kamra tal-Avukati ta’ Varsavja, il-Polonja) (iktar ’il quddiem l‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Aġent Dixxiplinari<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) sabiex jiftaħ proċedura dixxiplinari kontra R. G. minħabba li, permezz ta’ ċerti dikjarazzjonijiet pubbliċi, huwa allegatament qabeż il-limiti tal-libertà tal-espressjoni tal-avukati u wettaq nuqqas dixxiplinari minħabba t-theddid li dawn id-dikjarazzjonijiet kienu jindirizzaw lejn il-Ministru għall-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20171107">7 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-Aġent Dixxiplinari rrifjuta li jiftaħ din l-investigazzjoni dixxiplinari. Wara r-rikors ippreżentat mill-Prosekutur Nazzjonali, din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz ta’ digriet tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) tat‑<DATE ISO="20180523">23 ta’ Mejju 2018</DATE>, u konsegwentement il-proċess ġie rrinvijat lill-Aġent Dixxiplinari għal eżami ġdid. Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180618">18 ta’ Ġunju 2018</DATE>, dan tal-aħħar fetaħ investigazzjoni dixxiplinari kontra R. G., li ngħalqet permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20181128">28 ta’ Novembru 2018</DATE> li fiha l-imsemmi aġent ikkonkluda li ma kienx hemm nuqqas dixxiplinari min-naħa tal-persuna kkonċernata. Wara r-rikorsi ppreżentati mill-Ministru għall-Ġustizzja u mill-Prosekutur Nazzjonali, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), fit‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, annulla din id-deċiżjoni tal-Aġent Dixxiplinari u għal darba oħra ġie rrinvijat quddiem dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190808">8 ta’ Awwissu 2019</DATE>, l-Aġent Dixxiplinari għalaq l-investigazzjoni dixxiplinari mill-ġdid wara li kkonstata l-assenza ta’ elementi li jikkostitwixxu nuqqas dixxiplinari min-naħa ta’ R. G. Is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) huwa attwalment adit b’rikors tal-Ministru għall-Ġustizzja kontra din l-aħħar deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) indika, preliminarjament, li jqis li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun jista’ jitqies bħala qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE b’tali mod li huwa fondat li jista’ jagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) jistaqsi, l-ewwel, dwar jekk l-Artikolu 47 tal-Karta huwiex intiż li japplika fil-kuntest ta’ proċedura bħal dik li huwa adit biha fil-kawża prinċipali. Skont dan it-Tribunal, dan ikun il-każ jekk jiġi kkunsidrat li din il-proċedura taqa’ taħt is-sistema ta’ iskrizzjoni fil-lista tal-avukati, jiġifieri, skont l-imsemmi tribunal, skema ta’ awtorizzazzjoni, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 u tal-Kapitolu III tagħha, sa fejn l-imsemmija proċedura tista’, jekk ikun il-każ, twassal għall-esklużjoni mill-Kamra tal-Avukati tal-avukat ikkonċernat u, f’dan il-każ, għat-tħassir tiegħu mil-lista tal-avukati. Tali tħassir, fil-fatt, jikkostitwixxi rtirar ta’ awtorizzazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 10(6) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, u fil-każ li l-Artikolu 47 tal-Karta jkun għalhekk applikabbli fil-kuntest tal-kawża prinċipali, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) jistaqsi, b’diversi modi, dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel, l-imsemmi tribunal jirrileva li, jekk jitqies li appell mid-deċiżjoni li huwa mitlub jagħti fil-kawża prinċipali huwa ammissibbli, l-awtorità kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan l-appell hija, skont l-ewwel inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 27(1) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, l-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema). Issa, mis-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> ta’ dik il-qorti, mogħtija wara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-imsemmi tribunal ma huwiex qorti indipendenti u imparzjali fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it‑Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), li ser jissejjaħ, ladarba tingħata d-deċiżjoni tiegħu fil-kawża prinċipali, sabiex jinforma lill-partijiet dwar il-possibbiltà għalihom li jippreżentaw appell kontra din id-deċiżjoni, jixtieq ikun jaf jekk huwiex il-kompitu tiegħu, f’din l-okkażjoni, li jwarrab l-ewwel inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 27(1) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, u konsegwentement, li jinforma lill-imsemmija partijiet mill-possibbiltà li jippreżentaw appell quddiem l-Awla Kriminali tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema). Bl-istess mod, u fil-każ li tali appell jiġi effettivament ippreżentat, dan it-Tribunal Dixxiplinari jixtieq ikun jaf jekk huwiex ser ikun obbligat li jindirizza dan l-appell lill-imsemmija Awla Kriminali minflok lill-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>It-tieni, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) jistaqsi jekk, meta jintalab jinforma lill-partijiet bl-eżistenza jew le ta’ rikors kontra d-deċiżjoni futura tiegħu, huwiex il-kompitu tiegħu, jekk ikun il-każ, li jieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) invokata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, li tgħid, li f’kawżi bħal dik pendenti fil-kawża prinċipali, huwa ammissibbli li l-Prosekutur Ġenerali jressaq appell, u li jaderixxi, f’dan ir-rigward, mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Awla Kriminali ta’ dik il-qorti msemmija fil‑punt 35 ta’ dik is-sentenza, li tgħid li tali appell huwa eskluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tielet, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) jirrileva li r-rikors li bih huwa adit ġie ppreżentat mill-Ministru għall-Ġustizzja. Issa, wieħed mill-elementi li wasslu lis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) sabiex tqis, fis-sentenza tagħha msemmija iktar ’il fuq tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li l-Awla Dixxiplinari ta’ dik il-qorti ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali kienet preċiżament id-dipendenza ta’ din l-awla fir-rigward tas-setgħa eżekuttiva u l-influwenza eżerċitata mill-Ministru għall‑Ġustizzja fuq il-kompożizzjoni tagħha. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, dan it-Tribunal Dixxiplinari huwa tal-opinjoni li, anki li kieku kellu jiddeċiedi, fid-dawl tar-risposti li ser jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula fil-punti 44 u 45 ta’ din is-sentenza, li appell ma huwiex possibbli u li rikorsi eventwali kontra ċ-ċaħda ta’ dan l-appell għandhom jiġu ppreżentati quddiem l-Awla Kriminali tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), ir-riskju jibqa’ li tali appell ippreżentat mill-Ministru għall-Ġustizzja, fil-kwalità tiegħu ta’ Prosekutur Ġenerali, quddiem l-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) jiġi ddikjarat ammissibbli u eżaminat minn din tal-aħħar. F’dawn iċ‑ċirkustanzi, l-imsemmi Tribunal Dixxiplinari jistaqsi jekk, sabiex jilqa’ għal tali eventwalità, huwiex eventwalment fondat li ma jiddeċidix fuq ir-rikors attwalment pendenti quddiemu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it‑Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) iddeċieda li jissospendi l‑proċeduri quddiemu u jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal‑Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>(1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva [2006/123], b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) ta’ din id-direttiva japplikaw għal proċeduri ta’ responsabbiltà dixxiplinari ta’ avukati, kif ukoll ta’ professjonisti legali barranin iskritti mal-Kamra tal-Avukati, fejn taħt din ir-responsabbiltà l-avukat jista’ b’mod partikolari jkun suġġett għal sanzjoni pekunjarja, jiġi sospiż mill-attivitajiet professjonali jew jitkeċċa mill-professjoni, filwaqt li l-professjonist legali barrani jista’ b’mod partikolari jkun suġġett għal sanzjoni pekunjarja, jiġi sospiż mid-dritt tiegħu li jipprovdi għajnuna legali fir-Repubblika tal-Polonja jew jiġi pprojbit milli jipprovdi għajnuna legali fir-Repubblika tal-Polonja? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, id-dispożizzjonijiet tal-[Karta], b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandhom jiġu applikati għall-imsemmija proċeduri quddiem Tribunali Dixxiplinari tal-Avukatura f’każijiet fejn id-deċiżjonijiet ta’ dawn it-tribunali ma huma suġġetti għal ebda appell quddiem il-qrati nazzjonali jew f’każijiet fejn id-deċiżjonijiet tagħhom huma suġġetti esklużivament għal appell straordinarju, bħalma huwa appell ta’ kassazzjoni quddiem [is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], u dan anki f’każijiet fejn l-elementi kollha rilevanti jseħħu fi ħdan Stat Membru wieħed?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>F’każ li fih, fil-proċeduri msemmija fl-ewwel domanda, l-istanza kompetenti biex tieħu konjizzjoni ta’ kassazzjoni minn deċiżjoni ta’ Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura jew minn ilment kontra ordni li tiċħad l-ammissibbiltà ta’ tali kassazzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli hija organu li, fil-fehma ta’ dan it-tribunal, liema fehma hija konformi mal-evalwazzjoni espressa mi[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> […], ma huwiex qorti indipendenti u imparzjali konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa neċessarju li jitwarrbu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-kompetenza ta’ tali organu, u t-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura għandu dmir li jirreferi tali kassazzjoni jew ilment lil istanza ġudizzjarja li kien ikollha kompetenza li kieku d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma kinux jopponuha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>F’każ fejn, fil-proċeduri msemmija fl-ewwel domanda, konformement mal-pożizzjoni adottata mit-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura l-kassazzjoni minn deċiżjoni ta’ dan it-tribunal la tkun kompetenza tal-Prokurator Generalny (il-Prosekutur Ġenerali) u lanqas tax-Rzecznik Praw Obywatelskich (l-Ombudsman), u din il-pożizzjoni tkun:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kuntrarja għall-pożizzjoni espressa mill-Awla Dixxiplinari ta[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], f’formazzjoni ġudikanti ta’ seba’ mħallfin, tas‑<DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE> […], jiġifieri l-istanza li, konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, hija kompetenti milli tieħu konjizzjoni ta’ lment kontra ordni li tiċħad l-ammissibbiltà ta’ tali kassazzjoni, iżda li, skont il-fehma tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, liema fehma hija konformi mal-evalwazzjoni espressa mi[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> […], ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>konformi mal-pożizzjoni espressa preċedentement mill-Awla Kriminali ta[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], jiġifieri l-istanza ġudizzjarja li tkun kompetenti milli tieħu konjizzjoni ta’ dan l-ilment, li kieku d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma kinux jopponuha;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="12"?><P>it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura jista’ (jew għandu) jinjora l-pożizzjoni espressa mill-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>F’każ fejn, fil-proċeduri msemmija fit-tielet domanda, [il-Ministerstwo Sprawiedliwości (il-Ministru għall-Ġustizzja)] jressaq appell quddiem it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, iżda:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>wieħed mill-fatturi li, fil-fehma ta[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] espressa fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> […], kif ukoll fil-fehma tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, jiġġustifikaw il-fehma li l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema, jiġifieri l-istanza msemmija fl-inċiż a) tat-tielet domanda, ma hijiex qorti imparzjali u indipendenti konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa l-influwenza tas-setgħa eżekuttiva, inkluż tal-Ministru għall-Ġustizzja, fuq il-kompożizzjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-liġi tipprevedi li l-funzjoni ta’ Prosekutur Ġenerali hija eżerċitata esklużivament mill-Ministru għall-Ġustizzja, li skont il-pożizzjoni espressa mill-Awla Dixxiplinari ta[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], jiġifieri l-istanza msemmija fl-inċiż a) tat-tielet domanda, ikollu d-dritt jippreżenta appell ta’ kassazzjoni minn deċiżjoni mogħtija b’riżultat ta’ appell, filwaqt li konformement mal-pożizzjoni espressa mill-Awla Kriminali ta[s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], jiġifieri l-istanza ġudizzjarja msemmija fl-inċiż b) tat-tielet domanda, kif ukoll skont il-pożizzjoni tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, huwa ma għandux dan id-dritt,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>dan it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura għandu joqgħod lura milli jieħu konjizzjoni tal-appell jekk b’dan il-mod biss ikun jista’ jiżgura li l-proċedura tosserva l-Artikolu 47 tal-Karta u b’mod partikolari jevita indħil f’dawn il-proċeduri min-naħa ta’ istanza li ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali konformement ma’ din id-dispożizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Prosekutur Nazzjonali u l-Gvern Pollakk huma tal-opinjoni li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli minħabba li s-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) ma tikkostitwixxix qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Pollakk isostni, minn naħa, li, konformement mal-Artikolu 17(1) tal-Kostituzzjoni Pollakka, tali Tribunal Dixxiplinari huwa responsabbli sabiex jiżgura l-eżerċizzju tajjeb tal-professjoni ta’ avukat billi jiddeċiedi dwar il-konformità tal-aġir tal-persuni kkonċernati mar-regoli tal-etika u mhux li jagħmel il-ġustizzja f’isem ir-Repubblika tal-Polonja bħala qorti, fis-sens tal-Artikolu 179 ta’ din il-Kostituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-imsemmi Tribunal Dixxiplinari ma jissodisfax il-kundizzjoni ta’ indipendenza meħtieġa skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-ewwel, fil-fatt, peress li ma tikkostitwixxix qorti, fis-sens tal-Kostituzzjoni Pollakka, tali korp lanqas ma jibbenefika mill-garanziji ta’ indipendenza li tipprevedi din il-Kostituzzjoni f’dak li jirrigwarda l-qrati biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tieni, dan l-istess Tribunal Dixxiplinari ma jgawdix minn influwenzi esterni indiretti li jistgħu jorjentaw id-deċiżjonijiet tiegħu, peress li l-membri tiegħu huma eletti mill-Assemblea tal-Avukatura Lokali skont il-punt 2 tal-Artikolu 40 tal-Liġi dwar l-Avukatura u peress li jinsabu, minħabba f’hekk, imsejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet dixxiplinari li jikkonċernaw kollegi li permezz tagħhom huma ġew eletti u li permezz tagħhom il-mandat tagħhom jista’, sussegwentement, jiġi mġedded diversi drabi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tielet, dawn l-istess membri jistgħu, kif jirriżulta mill-Artikolu 11(4) tal-Liġi dwar l-Avukatura, jiġu rrevokati, qabel it-tmiem tal-mandat tagħhom, mill-korp li eleġġiehom b’dan il-mod, b’tali mod li ma jibbenefikawx mill-garanzija ta’ irremovabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Prosekutur Nazzjonali jqis li l-klassifikazzjoni ta’ organu bħala qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, għandha ssir fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni, inkluż is-suġġett tal-proċedura inkwistjoni kif ukoll il-pożizzjoni u l-funzjoni tal-korp ikkonċernat fl-ordinament ġuridiku nazzjonali. Għalhekk, it-tribunali dixxiplinari professjonali jistgħu jitqiesu bħala tali qrati biss bil-kundizzjoni li jissodisfaw funzjonijiet li jmorru lura lill-Istat u, b’mod partikolari, dik li jiddeċiedu dwar id-dritt li tiġi eżerċitata attività professjonali. Issa, minħabba s-suġġett tal-kawża prinċipali u l-istadju attwali tal-proċedura dixxiplinari, dan ma huwiex il-każ, f’dan il-każ, tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja). Fil-fatt, fl-assenza ta’ deċiżjoni tal-Aġent Dixxiplinari li jikkritika lil R. G. talli wettaq nuqqas dixxiplinari, dan it-Tribunal Dixxiplinari ma huwiex mitlub jiddeċiedi dwar tilwima kontradittorja dwar ir-responsabbiltà dixxiplinari tal-persuna kkonċernata u lanqas, għalhekk, dwar id-dritt tiegħu li jeżerċita l-attività professjonali tiegħu, iżda huwa biss mitlub li jistħarreġ il-fondatezza tad-deċiżjoni ta’ dan l-aġent li jagħlaq l-investigazzjoni dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li sabiex jiġi evalwat jekk l-organu ta’ rinviju inkwistjoni għandux in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, u huwa, konsegwentement, ammissibbli li jressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi, bħall-oriġini legali ta’ dan l-organu, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura tiegħu, l-applikazzjoni, mill-imsemmi organu tar-regoli tad-dritt kif ukoll l-indipendenza tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tan-natura kontradittorja tal-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għal tali natura. Għall-kuntrarju, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-qrati nazzjonali jistgħu jagħmlu rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk tilwima tkun pendenti quddiemhom u jekk huma msejħa sabiex jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Cartesio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:723">EU:C:2008:723</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Governo della Repubblica italiana (Status tal-giudici di pace Taljani)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑658/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:572">EU:C:2020:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher, qabelxejn, stabbilit, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Avukatura li tirreferi għaliha s-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), li dan l-organu jissodisfa l-kriterji dwar l-oriġini legali tiegħu, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu u l-applikazzjoni, minn dan tal-aħħar, ta’ regoli tad-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Sussegwentement, u fir-rigward tad-dubji espressi mill-Prosekutur Nazzjonali fir-rigward tal-funzjoni li għandha s-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja) fil-kuntest tal‑kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li dan l-organu huwa mitlub jiddeċiedi kawża quddiemu billi jiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil‑punt 55 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-dikjarazzjonijiet tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-imsemmi Tribunal Dixxiplinari huwa adit b’rikors ippreżentat mill-Ministru għall-Ġustizzja kontra deċiżjoni li permezz tagħha Aġent Dixxiplinari ddeċieda li jagħlaq investigazzjoni dixxiplinari miftuħa fil-konfront ta’ avukat u li tali rikors jista’ b’mod partikolari jwassal għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni mill-istess Tribunal Dixxiplinari, u, f’każ bħal dan, għar-rinviju tal-proċess lil dan l-Aġent Dixxiplinari għall-finijiet ta’ eżami mill-ġdid tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kundizzjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja twettaq il-funzjoni tagħha fil-qasam ta’ deċiżjoni preliminari huma indipendenti min-natura u mill-għan tal-proċeduri kontenzjużi mibdija quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 267 TFUE jirreferi għas-sentenza li għandha tingħata mill-qorti nazzjonali mingħajr ma tipprevedi reġim partikolari skont in-natura tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>W.Ż. (Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:798">EU:C:2021:798</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-aħħar, fir-rigward tal-argumenti mressqa mill-Gvern Pollakk, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-fatt li t-Tribunali Dixxiplinari tal-Avukatura ma jikkostitwixxux qrati, fis-sens tal-Artikolu 179 tal-Kostituzzjoni Pollakka, ma huwiex ta’ natura li jeskludi li tali organi jista’ jkollhom il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Fil-fatt, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kwistjoni dwar jekk organu jikkostitwixxix qorti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni taqa’ biss taħt dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha, diversi drabi, tiddeċiedi li organi professjonali, b’mod partikolari dawk li għandhom kompetenza fir-rigward tal-avukati, setgħu jikkostitwixxu qrati fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE sakemm dawn l-organi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 54 u 55 ta’ din is-sentenza (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Koller</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:805">EU:C:2010:805</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Torresi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑58/13 u C‑59/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2088">EU:C:2014:2088</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward, għal dak li jikkonċerna, il-kundizzjoni marbuta mal-indipendenza tal‑organu tar-rinviju, għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, din il-kundizzjoni hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja li tinkorpora l-mekkaniżmu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari previst fl-Artikolu 267 TFUE, li fil-fatt jista’ jiġi attivat biss minn korp, inkarigat milli japplika d-dritt tal-Unjoni, li jissodisfa, b’mod partikolari, dan il-kriterju ta’ indipendenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>indipendenza<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jkopri żewġ aspetti. L-ewwel aspett, ta’ natura esterna, jeħtieġ li l-organu kkonċernat jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’awtonomija sħiħa, mingħajr ma jkun suġġett għal ebda rabta ġerarkika jew ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ xi ħadd u mingħajr ma jirċievi ordnijiet jew istruzzjonijiet minn kwalunkwe sors, u b’hekk ikun protett mill-interventi jew mill-pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tiegħu u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tieni aspett, ta’ natura interna, huwa marbut mal-kunċett ta’ imparzjalità u huwa intiż li jiżgura distanza ugwali fil-konfront tal-partijiet fit-tilwima u tal-interessi rispettivi tagħhom fid-dawl tas-suġġett tagħha. Dan l-aspett jeżiġi l-osservanza tal-oġġettività u l-assenza ta’ kull interess fis-soluzzjoni tat-tilwima lil hinn mill-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjoni legali (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Dawn il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità jeħtieġu l-eżistenza ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-istanza, tal-ħatra, tat-tul tal-funzjonijiet kif ukoll tar-raġunijiet għal astensjoni, rikuża u revoka tal-membri tagħha, li jippermettu li jitneħħa kull dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, fir-rigward tal-impermeabbiltà tal-imsemmija istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u dwar in-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi opposti għal xulxin (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din il-libertà indispensabbli tal-imħallfin fir-rigward ta’ kwalunkwe interferenza jew pressjoni esterna tirrikjedi, kif imtenni numru ta’ drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja, ċerti garanziji li jipproteġu lill-persuna ta’ dawk li għandhom il-kompitu li jiddeċiedu, fosthom l-irremovabbiltà (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li r-regoli msemmija fil-punt 65 ta’ din is‑sentenza għandhom, b’mod partikolari, jippermettu li tiġi eskluża mhux biss kull influwenza diretta, fil-forma ta’ struzzjonijiet, iżda wkoll il-forom ta’ influwenza iktar indiretta li jistgħu jiggwidaw id-deċiżjonijiet tal-imħallfin ikkonċernati (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, hekk kif jipprevedi l-Artikolu 89 tal-Liġi dwar l-Avukatura, it-Tribunali Dixxiplinari tal-Avukatura għandhom jeżerċitaw l-attività ġudizzjarja tagħhom fil-qasam dixxiplinari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>b’indipendenza sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, it-teżi tal-Gvern Pollakk li l-fatt li l-membri ta’ tali Tribunal Dixxiplinari huma eletti mill-kulleġġ ta’ avukati iskritti fl-avukatura kkonċernata u l-fatt li dan l-istess kulleġġ jista’, fil-futur, jipproċedi bl-elezzjoni mill-ġdid possibbli ta’ dawn il-membri, iqajjem dubji dwar il-kapaċità tal-imsemmi Tribunal Dixxiplinari li jiddeċiedi b’mod imparzjali fuq il-kwistjonijiet dixxiplinari mressqa quddiemu ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl, b’mod partikolari, tan-natura kollettiva tagħhom, l-atti ta’ elezzjoni jew ta’ elezzjoni mill-ġdid tal-membri tat-Tribunal Dixxiplinari tal‑Avukatura Lokali kkonċernata mill-assemblea ġenerali tal-avukati iskritti fir‑reġistru ta’ din l-avukatura, jiġifieri, fir-rigward tal-Kamra tal-Avukati ta’ Varsavja, u kif jirriżulta mill-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-organu tar-rinviju, madwar <FT TYPE="NUMBER">5500</FT> avukat, ma humiex ta’ natura li jistgħu joħolqu dubji dwar l‑indipen<?PAGE NO="16"?>denza u l-imparzjalità tal-membri eletti b’dan il-mod meta dawn jissejħu sabiex jiddeċiedu fuq l-interess ġenerali, dwar nuqqas possibbli tar-regoli etiċi li jirregolaw il-professjoni legali mwettqa minn avukat wieħed jew ieħor iskritt fl‑imsemmi reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-fatt li, skont il-kliem tiegħu, l-Artikolu 11(4) tal-Liġi dwar l‑Avukatura jipprevedi li l-membri tal-korpi tal-avukatura u tal-korpi tal-avukatura lokali jistgħu jitneħħew qabel it-tmiem tal-mandat tagħhom mill-korp li eleġġiehom ma huwiex, f’dan il-każ, ta’ natura li joħloq dubju dwar l‑indipendenza tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokacej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u kif ifakkar il-Gvern Pollakk, il-Qorti tal-Ġustizzja, ċertament, reċentement iddeċidiet, fir-rigward tat-Tribunales Económico-Administrativos (il‑Qrati Fiskali) Spanjoli, li s-sistema ta’ revoka tal-membri tagħhom ma kinitx iddeterminata minn leġiżlazzjoni partikolari, permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi espliċiti, iżda li kienet taqa’ biss taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt amministrattiv u, b’mod partikolari, taħt l-istatus bażiku tal-aġenti tas-servizz pubbliku, b’tali mod li r-revoka tal-imsemmija membri ma kinitx, bħala konsegwenza, limitata, kif meħtieġ mill-prinċipju tal-irremovabbiltà, għal ċerti każijiet eċċezzjonali li jirriflettu raġunijiet leġittimi u importanti li jiġġustifikaw l‑adozzjoni ta’ tali miżura. Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li l‑leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma kinitx tiggarantixxi li l-membri ta’ dawn l-istanzi jkunu protetti minn pressjonijiet esterni li jistgħu joħolqu dubju dwar l‑indipendenza tagħhom u li tali sistema ma kinitx, b’mod partikolari, ta’ natura li tostakola b’mod effettiv il-pressjonijiet indebiti tal-eżekuttiv fil-konfront tagħhom, b’tali mod li l-imsemmija istanzi ma setgħux jitqiesu li huma qrati fis-sens tal‑Artikolu 267 TFUE (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu, madankollu, jiġi rrilevat, l-ewwel, li l-funzjoni ġudizzjarja li għandhom it-Tribunali Dixxiplinari tal-Avukatura hija ta’ natura partikolarment speċjalizzata peress li essenzjalment huma dawn tal-aħħar li għandhom jiżguraw l‑osservanza, mill-membri tal-ordni professjonali kkonċernat, tar-regoli etiċi speċifikament stabbiliti sabiex jirregolaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat, billi jissanzjonaw, jekk ikun il-każ, dawk ta’ dawn il-membri li jiksru dawn ir‑regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’tali kuntest, il-fatt li r-revoka eventwali tal-membri ta’ tali organu dixxiplinari taqa’ taħt awtorità interna għall-ordni professjonali kkonċernat ma huwiex, bħala prinċipju, ta’ natura li jiftaħ it-triq għal pressjonijiet jew għal kwalunkwe intervent dirett jew indirett li jirriżulta minn setgħa esterna għal dan l-ordni professjonali u li huma intiżi sabiex jinterferixxu fl-eżerċizzju tal-missjoni ġudizzjarja mogħtija lil dan l-organu dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>It-tieni, jirriżulta mill-preċiżazzjonijiet ipprovduti mis-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), bi tweġiba għal diversi mistoqsijiet li għamlitlu l-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, li, minkejja li l-punt 13 tal-Artikolu 58 tal-Liġi dwar l-Avukatura jipprevedi li huwa biss taħt il-kompetenzi tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura li jitlob, mingħand l-awtoritajiet kompetenti, ir-revoka tal-membri tal-kamra tal-avukati, l-imsemmija dispożizzjoni tagħmel eċċezzjoni speċifika għal din ir-regola għal dak li jirrigwarda l-membri tal-korpi ta’ dixxiplina. Skont is-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), minn dan isegwi li l-Kunsill Suprem tal-Avukatura ma jistax iressaq tali talba għal revoka ta’ membru ta’ Tribunal Dixxiplinari qabel l-iskadenza tal-mandat tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-imsemmija preċiżazzjonijiet jirriżulta li l-Assemblea Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati ta’ Varsavja qatt ma użat is-setgħa ta’ revoka li jidher li għandha taħt l-Artikolu 11(4) tal-Liġi dwar l-Avukatura u li din id‑dispożizzjoni għandha titqies ineffettiva, fatt li jikkorrobora, barra minn hekk, ukoll il-fatt li r-regoli tal-avukatura ma jinkludu ebda dispożizzjoni sabiex jiġu ppreċiżati l-kundizzjonijiet sostantivi jew proċedurali li huma ta’ natura li jippermettu implimentazzjoni konkreta tal-possibbiltà hekk teoretikament miftuħa mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 52 u 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn dawn id-diversi preċiżazzjonijiet jirriżulta, għalhekk, li, fir-rigward tal‑possibbiltà eventwali li l-membri tas-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura ta’ Varsavja), l-Artikolu 11(4) tal-Liġi dwar l-Avukatura hija ineffettiva u mingħajr ebda effett konkret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>It-tielet, għandu jiġi ppreċiżat ukoll li s-sempliċi perspettiva li l-Assemblea Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati Lokali, bħala korp kollettiv li jiġbor l-avukati kollha iskritti fir-reġistru tal-kamra tal-avukati kkonċernata, jiġifieri, fir-rigward tal-Kamra tal-Avukati ta’ Varsavja u hekk kif diġà ġie rrilevat, xi <FT TYPE="NUMBER">5500</FT> membru, jistgħu, jekk ikun il-każ, f’kundizzjonijiet sostantivi u ta’ proċedura li f’dan il-każ għad iridu jiġu ddeterminati, jeżerċitaw setgħa ta’ revoka fir-rigward ta’ membru tat-Tribunal Dixxiplinari tal-imsemmija avukatura, ma jidhirx li hija ta’ natura tali li tista’ tiġġenera biżgħat serji li jistgħu jfixklu l-indipendenza ta’ tali membru jew tal-imsemmi tribunal innifsu fl-eżerċizzju tal-attività ġudizzjarja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li s-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (it-Tribunal Dixxiplinari tal‑Avukatura ta’ Varsavja) jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jitqies bħala qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Minn dan jirriżulta li din it‑talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123 għandux jiġi interpretat fis-sens li għandu l-effett li jagħmel l-Artikolu 47 tal-Karta applikabbli għal proċedura ta’ appell imressqa minn awtorità pubblika quddiem tribunal dixxiplinari tal‑avukatura u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li permezz tagħha aġent dixxiplinari jkun għalaq investigazzjoni li saret fil-konfront ta’ avukat wara li kkonkluda l-assenza ta’ nuqqas dixxiplinari imputabbli lil dan tal-aħħar u, fil-każ ta’ annullament ta’ din id-deċiżjoni, rinviju tal-proċess quddiem dan l-aġent dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Il-Gvern Pollakk jiddubita mill-ammissibbiltà tal-ewwel domanda minħabba li d‑Direttiva 2006/123 ma tapplikax għall-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, dan il-gvern isostni, l-ewwel, li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha natura purament interna, it-tieni, li d-Direttiva 98/5 tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> li kellha preċedenza fuq id-Direttiva 2006/123, it-tielet, li hija biss l-iskrizzjoni fil‑lista tal-avukati li taqa’ taħt l-iskema ta’ awtorizzazzjoni prevista minn din id‑direttiva u li tali iskrizzjoni jew tħassir minn din il-lista ma humiex inkwistjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali, u, ir-raba’, li l-proċeduri dixxiplinari li jixbhu lill-proċeduri kriminali, għandhom għalhekk, u bħal dawn tal-aħħar, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva kif previst fl-Artikolu 1(5) tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Pollakk, l-Artikolu 47 tal-Karta lanqas ma huwa applikabbli f’dan il-każ, peress li ma teżisti ebda sitwazzjoni ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal‑Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, u li l-Unjoni Ewropea hija, fi kwalunkwe każ, mingħajr ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda l-proċeduri u r-rikorsi fil-qasam dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn id-diversi aspetti, għandu madankollu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-argumenti hekk imressqa mill-Gvern Pollakk jirrigwardaw, essenzjalment, il-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll il-portata, u, għaldaqstant, l‑interpretazzjoni, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li fuqhom hija bbażata l-ewwel domanda. Issa, tali argumenti, li jikkonċernaw il-mertu tad-domanda magħmula, ma jistgħux, għalhekk, essenzjalment, iwasslu għal inammissibbiltà tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>A.B. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Ħatra tal‑imħallfin fil-Qorti Suprema – Rikors)</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑824/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:153">EU:C:2021:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-oġġezzjoni bbażata fuq il-fatt li l-adozzjoni tar-regoli u tal‑proċeduri fil-qasam dixxiplinari applikabbli għall-avukati taqa’ taħt il‑kompetenza esklużiva tal-Istati Membri għandha wkoll tiġi miċħuda. Fil-fatt, jekk jitqies li tali kompetenza esklużiva hija stabbilita, xorta jibqa’ l-fatt, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-Istati Membri huma obbligati, fl-eżerċizzju ta’ tali kompetenzi, li josservaw l-obbligi li jirriżultaw għalihom mid-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Prosekutur Nazzjonali jsostni li l-ewwel domanda saret biss bħala prerekwiżit indispensabbli għall-formulazzjoni tat-tieni sar-raba’ domanda. Issa, peress li dawn it-tliet domandi l-oħra huma huma stess inammissibbli, risposta għall-ewwel domanda ma għandha ebda utilità fil-perspettiva tas‑soluzzjoni tal-kawża prinċipali u ma tistax, għaldaqstant, titqies li hija neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi kkonstatat li l-ewwel domanda tqajjem diffikultà ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha rabta mas-suġġett tal‑kawża prinċipali u li hija għandha, barra minn hekk, u kif enfasizzat il-qorti tar-rinviju, natura preliminari meta mqabbla mat-tliet domandi l-oħra magħmula. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li għandha tiġi eżaminata l-ewwel domanda billi tirreferi, f’dan ir-rigward, għal-loġika li fiha d-diversi domandi mqajma ġew hekk indirizzati lilha mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-ewwel domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2006/123, b’mod ġenerali, u ta’ dik tal‑Artikolu 10(6) tagħha, li tirrigwarda, b’mod iktar partikolari, l-ewwel domanda, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, kif jirriżulta mill-premessa 33 ta’ din id-direttiva, is-servizzi koperti minnha jikkonċernaw, b’mod partikolari, is‑servizzi ta’ konsulenza legali. Barra minn hekk, konformement mal-punt 1 tal‑Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, għall-finijiet ta’ din tal-aħħar, is-servizz għandu jinftiehem bħala kull attività ekonomika bħala persuna li taħdem għal rasha, normalment magħmula għal remunerazzjoni kif imsemmija fl‑Artikolu 57 TFUE. Għaldaqstant, huwa stabbilit li s-servizzi legali mogħtija mill-avukati jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-fatt, enfasizzat mill-qorti tar-rinviju fl-ewwel domanda tagħha, li l-kawża prinċipali tikkonċerna, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, sitwazzjoni purament interna, sa fejn l-imsemmija kawża ma tidhirx li tirrigwarda sitwazzjoni li taqa’ taħt il-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal‑avukati, fis-sens, rispettivament, tal-Artikoli 49 sa 55 u 56 sa 62 TFUE, huwa biżżejjed li jitfakkar li tali ċirkustanza ma hijiex ta’ natura li teskludi l‑applikabbiltà tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123 u għalhekk tal-Artikolu 10 tagħha. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id‑dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu III għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw ukoll għal sitwazzjoni li l-elementi rilevanti kollha tagħha huma limitati fi ħdan Stat Membru wieħed biss (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>X u Visser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/15 u C‑31/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:44">EU:C:2018:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tielet lok, l-argument imressaq mill-Gvern Pollakk, li l‑applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 hija f’dan il-każ eskluża minħabba l-prevalenza fuqhom tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/5 bħala <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/123 sempliċement jipprevedi li jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jmorru kontra dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola aspetti speċifiċi tal-aċċess għal attività ta’ servizzi jew għall-eżerċizzju tagħha f’setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi, id-dispożizzjoni ta’ dan l-att l-ieħor għandha tipprevali u tapplika għal dawn is-setturi jew professjonijiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, u kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 77, 78, 80 u 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, li d-Direttiva 98/5 ma tapplikax fir-rigward ta’ avukat li, bħal R. G., ma jidhirx li kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu fi Stat Membru ieħor li ma huwiex ir-Repubblika tal-Polonja u lanqas li eżerċita d-dritt għal-libertà ta’ stabbiliment iggarantit mill‑Artikolu 49 TFUE sabiex jistabbilixxi ruħu f’dan l-aħħar Stat Membru bħala avukat. Minn dan isegwi li, fil-kuntest ta’ sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil‑kawża prinċipali, ebda kunflitt, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2006/123, ma jista’ jseħħ bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u dawk tad-Direttiva 98/5.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Bl-istess mod, u fin-nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva 98/5 fl-imsemmi kuntest, l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2006/123, li jipprevedi li t-Taqsima 1 tal‑Kapitolu III tagħha ma tapplikax għall-aspetti tal-iskemi ta’ awtorizzazzjoni li huma rregolati direttament jew indirettament minn strumenti oħra tal-Unjoni, kien jidher irrilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, u fir-rigward tal-argument tal-Gvern Pollakk li l-inapplikabbiltà tad‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 fir-rigward tal-proċeduri dixxiplinari hija meħtieġa, b’analoġija, minħabba l-fatt li l-Artikolu 1(5) ta’ din id-direttiva jippreċiża, taħt ċerti riżervi, li r-regoli tad-dritt kriminali tal-Istati Membri ma jaffettwawx ir-regoli tad-dritt kriminali tal-Istati Membri, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li xejn fil-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma jissuġġerixxi li s-sistema ta’ eċċezzjoni hekk stabbilita fir-rigward tar-regoli tad-dritt kriminali tal-Istati Membri għandha wkoll l-għan li tapplika f’dak li jirrigwarda r-regoli applikabbli fil-qasam tad-dixxiplina professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, barra minn hekk, jiġi rrilevat li diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 jikkonfermaw, għall-kuntrarju, li d-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri dixxiplinari ma jistgħux jingħataw trattament analogu għal dak li jipprevedi l-Artikolu 1(5) ta’ din id-direttiva f’dak li jirrigwarda r-regoli tad-dritt kriminali tal-Istati Membri. Huwa għalhekk, pereżempju, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>rekwiżit<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, li għandu rwol trażversali essenzjali fil-kuntest tad-Direttiva 2006/123, u, b’mod partikolari, fil-kuntest tal-Kapitolu III tagħha, hekk kif jirriżulta<?PAGE NO="20"?> mill-Artikoli 14 u 15 tagħha, huwa ddefinit fil-punt 7 tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva bħala li jinkludi b’mod partikolari kull obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni jew limitu li jirriżulta mir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>regoli tal-ordinament professjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> adottati fl-eżerċizzju tal-awtonomija ġuridika tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Permezz tal-preċiżazzjonijiet kollha preċedenti, u fir-rigward, fil-ħames lok, tal‑applikabbiltà eventwali, f’dan il-każ, tal-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tipprovdi, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Kondizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, li kull deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż ir-rifjut jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, għandha tkun debitament motivata u għandha tkun tista’ tiġi appellata quddiem il-qrati jew awtoritajiet oħra tal‑appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, bis-saħħa tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad‑Direttiva 2006/123, skema ta’ awtorizzazzjoni tfisser kull proċedura li għandha l-effett li tobbliga fornitur jew destinatarju jieħu passi għall-ksib mingħand awtorità kompetenti ta’ att formali jew deċiżjoni impliċita dwar aċċess għal attività ta’ servizz jew l-eżerċizzju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx dubju li leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-eżerċizzju tal‑attività ta’ avukat għal iskrizzjoni minn qabel fir-reġistru tal-Kamra tal‑Avukati u li timponi, b’dan il-mod, lill-partijiet ikkonċernati li jissottomettu ruħhom għal proċedura li tinvolvi min-naħa tagħhom li jieħdu passi ma’ awtorità kompetenti sabiex jiksbu mingħand din tal-aħħar att formali li jippermettilhom jaċċedu għal din l-attività u li jeżerċitawha, tistabbilixxi skema ta’ awtorizzazzjoni, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 4, u tal-Kapitolu III tad‑Direttiva 2006/123 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Cali Apartments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/18 u C‑727/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:743">EU:C:2020:743</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan huwa, barra minn hekk, dak li tikkonferma espressament il-premessa 39 ta’ din id-direttiva li tipprovdi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> jkopri b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>l-obbligu, sabiex jkun eliġibbli biex jeżerċita l-attività, biex jkun irreġistrat bħala membru ta’ professjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Skema ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 4 tad‑Direttiva 2006/123, hija differenti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>rekwiżit<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-punt 7 tal‑Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, li jsemmi b’mod partikolari kull obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni jew limitu previst fil-liġijiet, ir-regolamenti jew id‑dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri jew li jirriżulta mir-regoli tal-ordnijiet professjonali adottati fl-eżerċizzju tal-awtonomija ġuridika tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Cali Apartments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/18 u C‑727/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:743">EU:C:2020:743</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Huwa għalhekk li r-regoli ta’ natura dixxiplinarja ta’ tali ordnijiet professjonali ma jikkostitwixxux regoli li jikkundizzjonaw l-aċċess stess għall-eżerċizzju tal-attività professjonali kkonċernata permezz ta’ att formali tal-awtoritajiet kompetenti li jawtorizza din l‑attività, iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>rekwiżiti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> dwar l-eżerċizzju, bħala tali, ta’ din tal-aħħar, li bħala prinċipju ma jaqgħux taħt tali skema ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ammess ukoll li deċiżjoni tal-awtorità pubblika li permezz tagħha jiġi ordnat it-tħassir tal-iskrizzjoni mal-kamra tal-avukati tikkostitwixxi, bħala prinċipju, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>irtirar tal-awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, fis-sens tal‑Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123. Minn dan isegwi li, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, għandha b’mod partikolari tiġi kkunsidrata għal tali revoka ta’ awtorizzazzjoni, deċiżjoni dixxiplinari adottata abbażi tal-Artikolu 81(1) tal-Liġi dwar l-Avukatura li permezz tagħha tiġi deċiża esklużjoni ta’ avukat mill-Kamra tal-Avukati. Fil-fatt, mill-Artikolu 82(2) ta’ din il-liġi jirriżulta li tali deċiżjoni ta’ esklużjoni hija akkumpanjata mit-tħassir mil-lista tal-avukati, mingħajr il‑possibbiltà li tintalab l-integrazzjoni mill-ġdid fuq din il-lista għal perijodu ta’ għaxar snin li jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-Kamra tal-Avukati ssir definittiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat, f’dan ir-rigward, li, kif jirrilevaw il-Gvern Pollakk u l-Gvern Olandiż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, ir-rikors attwalment pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju ma jistax iwassal għal tali deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ avukat mill-Kamra tal-Avukati flimkien mat-tħassir tal-persuna kkonċernata mil-lista tal-avukati u għalhekk minn irtirar ta’ awtorizzazzjoni, fis‑sens tal-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tad-deċiżjoni tar-rinviju li l-kawża prinċipali tirrigwarda rikors ippreżentat mill-Ministru għall-Ġustizzja kontra deċiżjoni li permezz tagħha Aġent Dixxiplinari, għall-kuntrarju, qies, wara li mexxa investigazzjoni preliminari, li, f’dan il-każ, ma kienx hemm kwistjoni li jitressqu proċeduri dixxiplinari quddiem l-organu kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar dawn il-proċeduri u sabiex jiddeċiedi, abbażi ta’ tali tressiq ta’ kawża, ta’ eventwali esklużjoni mill-Kamra tal-Avukati bħala sanzjoni dixxiplinari. Minn dawn id-dikjarazzjonijiet jirriżulta wkoll li, fil-kuntest proċedurali tal-kawża prinċipali, id-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju hija mitluba tagħti tista’, għalhekk, tikkonsisti esklużivament jew f’li tiċħad l-imsemmi rikors, jew tilqa’ dan billi tipproċedi, f’dan l-aħħar każ, għal rinviju tal-kawża lill-Aġent Dixxiplinari għal eżami mill-ġdid tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għalhekk, minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta, minn naħa, li l-proċedura attwalment pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju ma hijiex ta’ natura li twassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari kontra avukat, fosthom dik ta’ esklużjoni eventwali mill-Kamra tal-Avukati, u, min-naħa l-oħra, li din il‑proċedura li tirrigwarda esklużivament deċiżjoni tal-Aġent Dixxiplinari li ma tibdiex proċeduri dixxiplinari kontra tali avukat, tqiegħed lil dan l-Aġent Dixxiplinari kontra l-Ministru għall-Ġustizzja, peress li l-avukat ikkonċernat ma huwiex, min-naħa tiegħu, f’dan l-istadju, la bi proċeduri dixxiplinari kontrih u lanqas parti fl-imsemmija proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123 ma huwiex intiż li japplika fil-kuntest tal-proċedura attwalment pendenti fil-kawża prinċipali. Konsegwentement, din id-dispożizzjoni lanqas ma hija, f’dan l-istess kuntest, ta’ natura li twassal għall-applikabbiltà tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu fil-fatt jitfakkar li din id‑dispożizzjoni tikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tistabbilixxi, favur kull persuna li d-drittijiet u l‑libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni nkisru, id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Repubblika</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑896/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:311">EU:C:2021:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikonoxximent ta’ dan id-dritt, f’każ partikolari, jippreżumi, kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li l-persuna li tinvokah tibbaża ruħha fuq drittijiet jew libertajiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Repubblika</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑896/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:311">EU:C:2021:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Issa, mill-informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li, fil‑konfigurazzjoni attwali tal-proċedura fil-kawża prinċipali, R. G., li, f’dan l‑istadju, ma huwiex huwa stess parti f’din il-proċedura, jista’ jinvoka dritt li huwa għandu fid-dritt tal-Unjoni, peress li l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123 ma jistax, b’mod partikolari, u kif ġie ppreċiżat iktar ’il fuq, japplika f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis‑sens li ma għandux l-effett li jagħmel l-Artikolu 47 tal-Karta applikabbli għal proċedura ta’ appell imressqa minn awtorità<?PAGE NO="22"?> pubblika quddiem tribunal dixxiplinari tal-avukatura u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li permezz tagħha aġent dixxiplinari jkun għalaq investigazzjoni li saret fil-konfront ta’ avukat wara li kkonkluda l-assenza ta’ nuqqas dixxiplinari imputabbli lil dan tal‑aħħar u, fil-każ ta’ annullament ta’ din id-deċiżjoni, rinviju tal-proċess quddiem dan l-aġent dixxiplinari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni sar-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li jiġu eżaminati t-tieni sar-raba’ domanda, li fil-fatt saru mill-qorti tar-rinviju biss fil-każ li mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li l-Artikolu 47 tal-Karta huwa applikabbli fil-kuntest tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux l-effett li jagħmel l-Artikolu 47 tal‑Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea applikabbli għal proċedura ta’ appell imressqa minn awtorità pubblika quddiem tribunal dixxiplinari tal-avukatura u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li permezz tagħha aġent dixxiplinari jkun għalaq investigazzjoni li saret fil-konfront ta’ avukat wara li kkonkluda l-assenza ta’ nuqqas dixxiplinari imputabbli lil dan tal-aħħar u, fil-każ ta’ annullament ta’ din id-deċiżjoni, rinviju tal-proċess quddiem dan l-aġent dixxiplinari.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>