29.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 466/2008

tat-28 ta' Mejju 2008

li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi u l-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-relaturi maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 ivvalutaw l-informazzjoni li taw il-manifatturi u l-importaturi dwar ċerti sustanzi ta' prijorità. Wara konsultazzjoni ma’ dawk il-manifatturi u l-importaturi, ir-relaturi ddeterminaw li, għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju, jesiġu li dawk il-manifatturi u l-importaturi jressqu iktar informazzjoni u jagħmlu aktar testijiet.

(2)

L-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati mhijiex disponibbli mingħand il-manifatturi jew l-importaturi ta’ qabel. Il-manifatturi u l-importaturi vverifikaw, f'konformità ma' l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, li t-testijiet fuq l-annimali ma jistgħux jiġu sostitwiti jew illimitati bl-użu ta’ metodi oħra.

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li l-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi ta' prijorità jintalbu jressqu iktar informazzjoni u jwettqu aktar testijiet fuq dawn is-sustanzi. Il-protokolli ppreżentati mir-relaturi lill-Kummissjoni għandhom jintużaw fit-twettiq ta' dawk it-testijiet.

(4)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-manifatturi u l-importaturi tas-sustanzi elenkati fl-Anness, li ppreżentaw l-informazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 4, 7 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness u jagħtu r-riżultati lir-relaturi relevanti.

It-testijiet għandhom isiru skond il-protokolli speċifikati mir-relaturi.

Ir-riżultati għandhom jingħataw fl-iskadenzi stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Nru

Nru Einecs

Nru CAS

Isem tas-sustanza

Relatur

Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/l-Informazzjoni

Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

1

247-759-6

26523-78-4

Tris (nonylphenyl) phosphite

FR

Test tat-tossiċità akuta bid-Daphnia magna

Informazzjoni fuq l-istruttura tat-TNPP

Informazzjoni fuq is-solubbiltà fl-ilma

Determinazzjoni tal-Log Kow

Test ta' l-idrolisi

Test tas-sediment bil-Lumbriculus variegatus

Dejta ta' monitoraġġ għal siti bil-PEC/PNEC > 1

Test fuq medda twila ta' żmien tad-Daphnia, skond ir-riżultat tat-test tad-Daphnia akuta

4 xhur

2

237-410-6

239-148-8

13775-53-6

15096-52-3

 

DE

Informazzjoni fuq l-użi fil-ħoloq ulterjuri tal-katina

Informazzjoni fuq l-emissjonijiet fil-kompartiment akkwatiku għall-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja

Informazzjoni fuq l-emissjonijiet fl-atmosfera għall-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja

Informazzjoni dwar l-ebusija ta' l-ilma ta' lqugħ għal 2 produtturi

Informazzjoni dwar il-frazzjoni tal-cryolite fl-emissjonijiet ta' partikuli mill-fonderiji ta' l-aluminju

Studju tat-taħlil

4 xhur

3

266-028-2

65996-93-2

Qatran, qatran tal-faħam, temperaturi għoljin

NL

Informazzjoni fuq il-ħruġ tas-16-il EPA PAHs fil-kompartimenti ambjentali differenti mill-użu tas-CTPHT fil-produzzjoni u l-użu tal-lega għall-briketti tal-faħam, tal-plattini u tal-protezzjoni mill-korrużjoni li tiflaħ għall-istrapazz

4 xhur

4

246-690-9

25617-70-8

2,4,4-trimethylpentene

DE

Informazzjoni dwar l-emissjonijiet mill-produzzjoni u mis-siti ta' l-ipproċessar fl-impjanti għat-trattament ta' l-ilma ta' skart, l-ilma tal-wiċċ u s-sediment.

Test ta' l-inibizzjoni tar-respirazzjoni tal-ħama attivata (OECD 209)

Test fuq medda twila ta' żmien tar-riproduzzjoni tad-Daphnia magna (OECD 211)

4 xhur

5

231-111-4

7440-02-0

Nikil

DK

Test tat-tossiċità tas-sediment

12-il xahar

232-104-9

7786-81-4

Sulfat tan-nikil

222-068-2

3333-67-3

Karbonat tan-nikil

231-743-0

7718-54-9

Diklorur tan-nikil

236-068-5

13138-45-9

Dinitrat tan-nikil

6

287-477-0

85535-85-9

Alkani, C14-17, kloro;

UK

Studju tal-bijoakkumulazzjoni fil-ħut (OECD TG 305)

6 xhur

7

202-696-3

98-73-7

Nitrobenzene

DE

Test lokali tan-noduli limfatiċi (OECD TG 429/B42)

6 xhur

8

202-679-0

98-54-4

4-tert-butylphenol

NO

Informazzjoni dwar l-esponiment lokali fuq rilaxxi minn żewġ siti ta' l-ipproċessar (5&6°) fl-impjanti għat-trattament ta' l-ilma ta' skart u l-kompartiment akkwatiku (ilma frisk u ilma baħar)

4 xhur

9

200-915-7

75-91-2

(TBHP)

NL

It-tossiċità (teħid tan-nifs) ta' doża ripetuta (28 ġurnata) (OECD 412 8)

12-il xahar

analiżi COMET tat-tessuti respiratorji

15-il xahar