<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1000875501.case.xml"><NO.CASE>C-97/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0097</NO.CELEX><NO.SEQ>0021.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>8758</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8766</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MAZÁK — KAWŻA C-97/06</LEFT><RIGHT>NAVICON</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mazák</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa originali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Iż-żewġ domandi għal deċiżjoni preliminari jikkonċernaw l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta Mejju 1977</DATE>, fuq larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, ta l-<DATE ISO="19921214">14 ta Diċembru 1992</DATE><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="384" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="47">ĠU L 384, p. 47</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-do mandi tqajmu fil-kuntest ta proċedimenti bejn il-kumpannija Navicon (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Navicon<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-awtorità fiskali Spanjola kompetenti dwar ir-rifjut minn din l-awtorità li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) operazzjonijiet li jinvolvu n-nolleġġ parzjali ta' bastiment sabiex jinġarru kontejners. F'dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlaz-zjoni Spanjola li timplementa s-Sitt Direttiva tipprovdi biss għall-eżenzjoni ta' nolleġġ sħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija għalhekk mitluba tinterpreta l-kunċett ta' nolleġġ użat fl-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva u, b'mod partikolari, tiddetermina jekk dan il-kunċett japplikax biss għan-nolleġġ tal-bastiment sħiħ (nolleġġ <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>sħiħ<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) jew jekk japplikax ukoll għan-nolleġġ ta' parti minn bastiment (nol-leġġ <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Il-legiżlazzjoni rilevanti</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Eżenzjonijiet ta' l-esportazzjonijet u transazzjonijet simili u trasport internazzjonali:</P><P>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità l-Istati Membri għandhom<?PAGE NO="I-8759"?> jeżentaw li ġejjin taħt il-kondizzjonijet li huma għandhom ifasslu għall-iskop biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u cara tat-tali eżenzjonijet u jipprevenu kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż:</P><P>[...]</P><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>il-provvista ta' oġġetti għall-għoti talkarburant u l-provedimenti għall-basti-menti:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>użati fin-navigazzjoni fl-ibħra mif-tuħa u jġorru passiġġieri għal hlas u użati għall-iskop kummerċjali, industrijah jew għall-attivitajiet tas-sajd;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>użati għas-salvataġġ u għajnuna fil-baħar, għas-sajd mal-kosta, ħlief bieċ[ċ]ezzjoni, għal ta' l-aħħar, għall-provvedimenti tal-vapuri;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>il-provvista, modifikazzjoni, tiswija, manteniment, nolleġġjar u kiri ta' vapuri msemmija fil-paragrafu 4 (a) u (b) [u i]lpr o wista, kiri, tiswija u manteniment tat-tagħmir - inkluż it-tagħmir tas-sajd -inkorporat jew użat hemmhekk. [...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22.1 tal-Liġi 37 tat-<DATE ISO="19921228">28 ta' Diċembru 1992</DATE> dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Eżenzjonijiet fuq tranżazzjonijiet marbuta ma l-esportazzjoni</P><P>It-tranżazzjonijiet segwenti għandhom ikunu eżentati mit-taxxa skond il-kundizzjonijiet u fiċ-ċirkustanzi li għandhom jiġu stabbiliti b'regolamenti:</P><P>L-ewwel: Il-prowista, il-bini, il-modifikazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, in-nolleġġ sħiħ u l-kera tal-bastimenti msemmija hawnhekk:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Bastimenti li jistgħu jbahhru fl-ibhra miftuha użati għal skopijiet merkantili internazzjonali fl-eżerċizzju ta' attivitajiet<?PAGE NO="I-8760"?> kummerċjali ta' ġarr ta' merkanzija jew ta' passiġġieri bi ħlas, inklużi ser vizzi turistici jew attivitajiet industrijali jew attivitajiet ta' sajd. [...]<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>L-isfond fattwali, il-proċedura u ddomandi magħmula</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Navicon u l-kumpannija Compañía Transatlántica Española SA kkonkludew kuntratt ta' nolleġġ parzjali fejn Navicon ipprovdiet lii din ta' l-aħħar, bi hlas, parti mill-ispazju fuq il-bastimenti tagħha sabiex iġġorr kontejners bejn diversi portijiet fil-peniżola Iberika u territorju li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (il-gżejjer tal-Kanarji).</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Navicon ma applikatx l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-fatturi rispettivi peress li kkunsidrat li t-tranżazzjoni kienet eżentata mill-hlas tal-VAT. L-awtorità fiskali Spanjola kompetenti għamlet aġġusta-ment fir-rigward ta' l-ammonti mhallsa taht il-kuntratt ta' nolleġġ sabiex jinkludu l-VAT peress li kkunsidrat li l-eżenzjoni ma tapplikax meta n-nolleġġ ikun parzjali u mhux nolleġġ sħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Navicon ikkontestat, mingħajr suċċess, dan l-aġġustament quddiem it-Tribunal Economico Administrativo (Tribunal Amministrattiv Kummerċjali) ta' Madrid. Hija appellat quddiem it-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta' Madrid), li ddeċidiet li tissospendi l-proċe-dimenti quddiemha u li tagħmel iddomandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Għandu t-ter minu nolleġġjar' fl-eżenz-joni prevista fl-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva jiġi interpretat fis-sens li jinkludi biss in-nolleġġ tal-kapaċità koliha tal-bastiment (nolleġġ sħiħ) jew fis-sens li jinkludi wkoll in-nolleġġ ta' parti jew ta perċentwali mill-kapaċità tal-bastiment (nolleġġ parzjali)?</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tipprekludi ligi nazzjonali li tipper metti eżenzjoni fir-rigward ta' nolleġġ sħiħ biss?<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet prinċipali sottomessi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">W-Gvern Grieg u l-Gvern Spanjol</HT> huma tal-fehma li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>nolleġġjar<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> użat fl-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva jirreferi biss<?PAGE NO="I-8761"?> għan-nolleġġ ta' l-ispazju kollu tal-bastiment u għaldaqstant jikkonkludu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali hija konformi mad-Dir ettiva. L-eżenzjonijiet stipulati fis-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati b'mod strett peress li huma eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali li l-VAT għandha tkun imposta fuq kuli servizz ipprovdut bi ħlas minn persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">W-Gvern Belġjan</HT> u <HT TYPE="ITALIC">l-Kummissjoni tal Komunitajiet Ewropej</HT> huma tal-fehma li l-kunċett ta' nolleġġ jirreferi kemm għal nolleġġ parzjali u kemm għal nolleġġ sħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skond <HT TYPE="ITALIC">il-Gvern Belġjan,</HT> l-għan tal-formulazzjoni ta' l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva huwa li jiġi eżentat in-nolleġġ ta' ċerti bastimenti, b'mod partikolari bastimenti li jbahhru msemmija fil-paragrafu 4(a) u (b), u mhux li jiġu eżentati tipi partikolari ta' nolleġġ. Fi kwalunkwe każ, skond il-ġuris-prudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta dis-pożizzjoni ta' dritt Komunitarju tista' tiġi interpretata f'diversi modi, għandha tiġi adottata l-interpretazzjoni li tassigura l-effikaċja tad-dispożizzjoni. F'dan il-każ, madankollu, interpretazzjoni tal-kunċett ta' nolleġġ li hija limitata għal nolleġġ sħiħ tippreġudika l-effikaċja ta' l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva peress li, għall-istess rotta u għall-istess tip ta' bastiment, nolleġġ parzjali jwassal għall-ħlas tal-VAT filwaqt li nolleġġ sħiħ ikun eżentat.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">ll-Kummissjoni</HT> ssostni, fl-ewwel lok, li, skond ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva ma tagħtix lill-Istati Membri l-abbiltà li jinfluwenzaw il-kamp ta' applikazzjoni materjali tas-Sitt Direttiva, kif iddefinit mill-istess direttiva. Fit-tieni lok, peress li merkanzija esportata lejn pajjiżi terzi għandha tkun hielsa minn kwalunkwe taxxa meta toħroġ mit-territorju tal-Komunita, huwa meħtieġ li servizzi ta' nolleġġ m'għandhomx ikunu ntaxxati, irrispettivament minn jekk in-nolleġġ huwiex parzjali jew sħiħ. Fl-aħħar lok, jekk il-kunċett ta' nolleġġ jiġi limitat għal nolleġġ sħiħ biss, dan ikun ifisser li d-dritt għal eżenzjoni jkun jiddependi mid-daqs tal-bastiment minħabba li l-kwistjoni ta' jekk volum simili ta' merkanzija jkunx eżentat jew le tkun tiddependi mid-daqs tal-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni tqajjem ukoll argument li jista' jsostni l-fehma li l-leġiżlazzjoni Spanjola hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju. Jista' jingħad, b'analoġija, li nolleġġ parzjali għandu jitqies bħala l-ġarr ta' merkanzija, u għalhekk jaqa' taht l-Artikolu 15(13) tas-Sitt Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 15(13) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li</P><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Il-provvista ta' servizzi, inkluż it-trapsort u l-operazzjonijiet anċillari, iżda eskluż il-provvista ta' servizzi eżentati skond l-Artikolu 13, fejn dawn huma direttament konnessi ma' lesportazzjoni ta' oġġetti jew ma' l-importazzjoni ta' oġġetti koperti mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 16(1), Titolu A<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NOTE>, li jistabbilixxi, b'mod partikolari, eżenzjoni għal servizzi ta' trasport marbuta ma' l-esportazzjoni<?PAGE NO="I-8762"?> ta' merkanzija. Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li dan l-argument m'għan-dux jiġi aċċettat. L-ewwel nett, il-formulazzjoni tas-Sitt Direttiva tissuġġetta n-nolleġġ u l-ġarr ta' merkanzija għal regoli legali differenti u, it-tieni nett, iż-żewġ tipi ta' kuntratti huma differenti ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, abbażi tal-formulazzjoni tal-kuntratt bejn il-partijiet kif ukoll abbażi tan-natura u tal-kontenut tas-servizz ipprovdut, jekk il-kuntratt in kwistjoni jissodisfax il-kundizzjonijiet meh-tieġa għal kuntratt ta' nolleġġ għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Evalwazzjoni legali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva, in-nolleġġ ta' bastimenti li jbaħħru huwa eżentat mill-VAT. Din id-dispożizzjoni ma tipprovdix definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta' nolleġġ.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-prattika, kuntratt ta' nolleġġ jista' jkopri bastiment sħiħ, fliema każ l-operazzjoni tissejjaħ nolleġġ <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>sħiħ<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>, jew parti biss mill-bastiment, fliema każ l-operazzjoni tissejjaħ nolleġġ <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet ta' l-Istati Membri li għamlu intervent f'dawn il-proċeduri jirriżulta li l-kunċett ta' nolleġġ ma ġiex interpretat b'mod uniformi fil-Komunità, kif jidher mil-leġiżlazzjoni rilevanti ta' xi Stati Membri, inkluża Spanja — minn fejn oriġinat din it-talb a għal deċiżjoni preliminari, li tillimita l-kunċett ta' nolleġġ għal nolleġġ <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>sħiħ<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, filwaqt li leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stati Membri ohra, bhal per eżempju l-leġiżlazzjoni Belġjana, jidher li tadotta interpretazzjoni iktar wiesgħa, fis-sens li kull tip ta' nolleġġ, kemm jekk <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>sħiħ<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> u kemm jekk <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, huwa eżentat. Għalhekk, tqum il-kwistjoni tal-portata li għandha tingħata lill-kunċett ta' nolleġġ fil-kuntest ta' l-eżenzjoni mill-VAT taħt l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, eżenzjonijiet mill-VAT għand-hom jiġu interpretati b'mod strett peress li huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali li l-VAT għandha tkun imposta fuq kull servizz ipprovdut bi hlas minn persuna taxxabbli<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20040916">16 ta' Settembru 2004</DATE>, Cimber Air (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-382/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-8379">C-382/02, Ġabra p. I-8379, punt 25</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B'mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja<?PAGE NO="I-8763"?> tenniet dan il-prinċipju meta interpretat l-eżenzjonijiet applikabbli għal bastimenti li jbaħħru<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19900626">26 ta' Ġunju 1990</DATE>, Velker International Oil Company (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/89" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2561">C-185/89, Ġabra p. I-2561, punt 19</REF.DOC.ECR>), u ta' l-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>, Elmeka (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-181/04—C-183/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-8167">C-181/04 sa C-183/04, Ġabra p. I-8167, punt 15</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-prinċipju ta' interpretazzjoni stretta ma jistax iwassal sabiex l-Artikolu 15 jiġi interpretat f'sens differenti mis-sens li joħroġ b'mod ċar mill-formulazzjoni tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenza Cimber Air, iċċitata iktar 'il fuq punt 29.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>La fid-dispożizzjoni in kwistjoni u lanqas f xi parti oħra tas-Sitt Direttiva m'hemm xejn li jippermetti restrizzjoni tat-ter minu <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>nol-leġġjar<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> għal nolleġġ <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>sħiħ<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/> biss. Jidher li, b'differenza minn dak li s-Sitt Direttiva tipprovdi fir-rigward ta' l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 15(4) ta' l-istess direttiva<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15(4) tipprovdi li: <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill mill-iktar fis possibbli proposti sabiex jistabbilixxu regoli fìskali Komunitarji li jispeċifikaw liskop ta' u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' din l-eżenzjoni u l-eżenzjonijiet li hemm prowediment għalihom f'(5) sa (9). Sakemm dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw sa liema punt tista' ssir l-eżenzjoni li hemm prowediment għaliha f'dan il-paragrafu.<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/></P></NOTE>, l-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(5) ta' din id-direttiva qabel ma jidħlu fis-seħħ ir-regoli fiskali Komunitarji li jispeċifikaw il-portata ta' din l-eżenzjoni. Għaldaqstant, limitazzjoni tattifsira tat-ter minu <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>nolleġġjar<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> fil-kuntest ta' l-eżenzjonijiet mill-VAT prevista fis-Sitt Direttiva għal nolleġġ <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>sħiħ<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> tidher li tmur lil hinn mill-marġni ta' diskrezzjoni li l-Istati Membri għandhom fir-rigward tat-traspożiz-zjoni ta' din id-direttiva fid-dritt nazzjonali. Fil-fatt, id-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-VAT taqa' fil-kompetenza tal-leġiż-latur Komunitarju u sabiex limitazzjoni talkamp ta' applikazzjoni tal-VAT, b'mod partikolari permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li timplementa l-leġiżlazzjoni Komunitarja, tkun kompatibbli mas-Sitt Direttiva, din għandha tirriżulta mill-formulazzjoni, għan u/jew l-iskema ġenerali tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat ukoll jekk pożizzjoni restrittiva, bħal dik meħuda mil-leġiżlatur Spanjol, tistax tiġi rrikonċiljata mas-sistema u l-obbjettiv tas-Sitt Direttiva. F'dan ir-rigward, għandu jiġi irrilevat ukoll li l-eżenzjonijiet huma kunċetti indipendenti ta' dritt Komunitarju li għand-hom jiġu kkunsidrati fil-kuntest ġenerali tas-sistema komuni tal-VAT introdotta permezz tas-Sitt Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19970605">5 ta' Ġunju 1997</DATE>, SDC (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-3017">C-2/95, Ġabra p. I-3017, punt 21</REF.DOC.ECR>); ta' l-<DATE ISO="20020910">10 ta' Settembru 2002</DATE>, Kügler (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-141/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-6833">C-141/00, Ġabra p. I-6833, punt 25</REF.DOC.ECR>); Cimber Air, iċċitata iktar 'il fuq, punt 23; u Elmeka, iċċitata iktar 'il fuq, punt 20.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Kif sostnew il-Gvern Belġjan u l-Kummissjoni, interpretazzjoni tat-terminu <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>nol-leġġjar<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> użat fl-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva fis-sens li jirreferi esklużivament għal nolleġġ sħiħ twassal għal inkonsistenzi serji fit-trattament ta' operazzjonijiet ta' nolleġġ fir-rigward tal-VAT. Jekk tiġi adottata interpretazzjoni bhal din, id-dritt għal eżenzjoni fir-rigward ta' operazzjoni ta' nolleġġ ikun jiddependi mid-daqs tal-bastiment peress li operazzjoni ta' nolleġġ għat-trasport ta' l-istess volum ta' merkanzija tkun eżentata meta jintuża bastiment żgħir, peress li l-merkanzija<?PAGE NO="I-8764"?> tuża l-kapaċità koliha tal-bastiment u għalhekk 1-operazzjoni titqies bħala nolleġġ sħiħ, filwaqt li fuq bastiment akbar, listess volum ta' merkanzija, tuża biss parti mill-kapaċità koliha u ghalhekk l-operazzjoni titqies bħala nolleġġ parzjali tal-bastiment. Inkonsistenzi bħal dawn jippreġudikaw l-effikaċja ta l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk kuntratt ghan-nolleġġ <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> ta' bastimenti li jbahhru ma jkunx eżentat, jinholqu sitwazzjonijiet fej n il-kost tat-trasport ta ċerta merkanzija esportata, jiġifieri dik il-merkanzija li tiġi esportata permezz ta' nolleġġ parzjali, ma jkunx eżentat. Riżultat bhal din ikun manifestament kuntrarju għall-prinċipju tal-pajjiż ta' destinazzjoni li jipprovdi li l-merkanzija għandha tiġi ntaxxata fil-pajjiż fejn ħa tintuża mill-konsumatur finali. Minn dan il-prin-ċipju jsegwi, b'mod partikolari, li merkanzija intiża ghall-esportazzjoni barra mill-Komunita ghandha tkun hielsa minn kull taxxa, inkluża kwalunkwe taxxa fuq il-kost tagħha marbut mat-trasport barra mill-Komunità minhabba li kost bhal dan ikun inkluż filprezz tal-merkanzija esportata.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Jista jiġi argumentat li l-esklużjoni ta' nolleġġ <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> mill-portata ta' l-eżenzjoni taht l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva fir-rigward tal-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>nolleġġjar<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> ta' bastimenti ma tippreġudikax neċessarjament il-prinċipju tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Fil-fatt, dan il-prinċipju jista' jiġi rrispettat fir-rigward ta' merkanzija esportata permezz ta' nolleġġ <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> billi jiġi applikat l-Artikolu 15(13) tas-Sitt Direttiva li jipprovdi, b'mod partikolari, ghall-eżenzjoni tat-trasport ta' merkanzija esportata sakemm din il-merkanzija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fdin id-dispożizzjoni. Madankollu, kif irrilevat mill-Kummissjoni, mhuwiex ċar jekk applikazzjoni bhal din ta' l-artikolu msemmi hijiex konsistenti mas-sistema u mal-loġika tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa evidenti li kuntratt ta' nolleġġ u kuntratt għall-ġarr ta' merkanzija huma pjuttost differenti fir-rigward ta' liskop taghhom u tar-regoli legali applikabbli ghalihom. Meta bastiment — jew parti minnu fil-każ ta' nolleġġ parzjali — ikun is-suġġett ta' kuntratt ta' nolleġġ u kera, il-bastiment ikun ipprovdut ghal skop partikolari, per eżempju trasportazzjoni, filwaqt li kuntratt għall-ġarr ta' merkanzija huwa kuntratt li permezz tieghu min iġorr il-merkanzija jintrabat li jwassal il-merkanzija sa destinazzjoni partikolari. Fi kliem iehor, filwaqt li kuntratti ta' nolleġġ jew kera jikkonċernaw il-mezz ta' trasport bhala tali, kuntratt ta' ġarr jikkonċerna l-merkanzija li ghandha tiġi ttrasportata permezz tal-mezz ta' trasport. Minn dan isegwi li filwaqt li n-nolleġġatur u l-kerrej ghandhom dritt fuq l-użu tal-bastiment li huwa s-suġġett tal-kuntratt — jew parti minnu fil-każ ta' nolleġġ<?PAGE NO="I-8765"?> parzjali — is-sid tal-merkanzija ttrasportata fuq bastiment taħt kuntratt għall-ġarr ta' merkanzija m'għandux dritt bħal dan iżda jista jippretendi biss li l-merkanzija titwassal sa destinazzjoni speċifika. Dawn id-differenzi jidhru li jsostnu l-argument li r-regoli applikabbli taħt is-Sitt Direttiva għandhom ikunu differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Assimilazzjoni ta' nolleġġ parzjali mal-ġarr ta' merkanzija iktarx tqajjem ukoll dubju dwar il-ħtieġa li ssir eżenzjoni separata għal nolleġġ sħiħ. Jekk nolleġġ sħiħ tant jixbah lill-ġarr ta' merkanzija li jiġu assimilati flimkien minkejja differenzi sostanzjali finnatura legali tal-kuntratt, jista' jkun hemm dubju jekk għandux ikun hemm eżenzjoni separata għal nolleġġ u jekk nolleġġ għandux jiġu kompletament assimilat mal-ġarr ta' merkanzija. Għaldaqstant, huwa diffiċli sabiex l-assimilazzjoni ta' nolleġġ parzjali mal-ġarr ta' merkanzija tiġi rrikonċiljata mal-formulazzjoni tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li dawn iż-żewġ tipi ta' kuntratti huma manifestament pjuttost differenti fir-rigward tan-natura legali tagħ-hom, jista' raġonevolment jiġi preżunt li l-leġiżlatur Komunitarju kien jispeċifika b'mod ċar fis-Sitt Direttiva jekk huwa kellu lintenzjoni li jillimita l-kunċett ta' nolleġġ għal nolleġġ sħiħ biss u li jassimila nolleġġ parzjali mal-ġarr ta' merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jsegwi li m'hemm l-ebda raġuni imperattiva li titlob li nolleġġ <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> jiġi assimilat mal-ġarr ta' merkanzija għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-eżenzjonijiet mill-VAT taht is-Sitt Direttiva minflok ma jiġi kkunsidrat li jaqa' taħt l-eżenzjoni għal nolleġġ taht l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Minkejja dan, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta tas-Sitt Direttiva m'hemm xejn li jżomm lil qorti nazzjonali milli tibdel il-klassifìkazzjoni tan-natura ta' kuntratt għal nolleġġ <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>parzjali<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> li kieku kellha tasal għall-konklużjoni li dan ta' l-aħħar m'huwa, f'każ partikolari u abbażi tal-klawżoli kuntrattwali tal-kuntratt in kwistjoni, xejn iktar minn kuntratt għall-ġarr ta' merkanzija u għaldaqstant identifìkat b'mod żbaljat bħala kuntratt ta' <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>nolleġġ<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> sabiex jaqa' taħt ilkundizzjonijiet meħtieġa għal eżenzjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' nolleġġ fis-sens ta' l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li t-terminu <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>nol-leġġjar<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> fl-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 15 (5) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi kemm in-nolleġġ tal-kapaċità koliha tal-bastiment (nolleġġ sħiħ) u kemm nolleġġ fir-rigward ta' parti jew ta' perċentwali mill-kapaċità tal-bastiment (nol-leġġ parzjali).</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirri-żulta li r-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li s-Sitt Direttiva tipprekludi liġi nazzjonali li tipper metti eżenzjoni fir-rigward ta' nolleġġ sħiħ biss.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8766"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li għadu kemm intqal, jiena nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti r-risposta segwenti għad-domandi magħmula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>It-terminu <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>nolleġġjar<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> fl-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur mizud: bazi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE, ta' l-<DATE ISO="19921214">14 ta' Diċembru 1992</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi kemm in-nolleġġ tal-kapaċità koliha tal-bastiment (nolleġġ sħiħ) u kemm nolleġġ fir-rigward ta' parti jew ta' perċentwali mill-kapaċità tal-bastiment (nolleġġ parzjali).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tipprekludi ligi nazzjonali li tippermetti eżenzjoni fir-rigward ta' nolleġġ sħiħ biss.<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>