|
1.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||
|
Assemblaġġ ta' ċirkwit stampat ippreżentat għall-inkorporazzjoni f'apparat għar-reċezzjoni tat-televixin li jinkludi skrin LCD u apparat għar-riproduzzjoni tal-vidjos. L-assemblaġġ jinkludi l-interfaċċi li ġejjin għall-konnessjoni ma' apparat estern:
L-assembaġġ jinkludi wkoll diversi interfaċċi interni, pereżempju, sinjalar differenzjali ta' vultaġġ baxx (low-voltage differential signaling-LVDS) interfaċċa għall-konnessjoni ma' skrin LCD u interfaċċa għall-provvista interna tal-enerġija. L-assemblaġġ ma jinkorporax l-hekk imsejjaħ “tuner” li jinkludi ċirkwiti tal-frekwenza tar-radju (blokka RF), ċirkwiti tal-frekwenza intermedjarja (blokka IF) u ċirkwiti ta' demodulazzjoni (blokka DEM), għar-riċezzjoni ta' sinjali diġitali tat-televixin. L-iskrin LCD mhuwiex inkluż mal-preżentazzjoni. L-assemblaġġ għandu diversi funzjonijiet, pereżempju, il-konverżjoni analoga-diġitali, id-dekodifikazzjoni tal-vidjo (pereżempju, MPEG 4), scaling, id-dekodifikazzjoni tal-awdjo, l-amplifikazzjoni tal-awdjo, ir-riċevitur HDMI u t-trażmettitur tal-output tal-LVDS għal skrin LCD. Barra minn sinjali standard tat-televixin jew tal-vidjo, l-iscaler huwa kapaċi wkoll jipproċessa bosta riżoluzzjonijiet deħlin tat-tip ta' makkinarju għall-ipproċessar automatiku tad-dejta (automatic data-processing, ADP) (sa 1 920 × 1 080 pixel) fir-riżoluzzjoni nattiva ta' skrin LCD. L-assemblaġġ huwa kapaċi jirriproduċi immaġini u ħsejjes minn memorja ta' USB. |
8529 90 65 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(b) ta' mat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8529 , 8529 90 u 8529 90 65 . L-assemblaġġ ma għandux biss komponenti elettroniċi li jwettqu l-funzjoni ta' riproduzzjoni tal-vidjo, iżda fih ukoll komponenti li jwettqu funzjonijiet addizzjonali, bħat-trażmettitur tal-output LVDS għal skrin LCD u l-iscaler li huwa, minħabba l-kapaċità tiegħu li jipproċessa diversi riżoluzzjonijiet tat-tip li jipproċessaw id-dejta awtomatikament, iddisinjat b'mod speċifiku għall-apparat ta' riċezzjoni tat-televixin li jinkludi skrin LCD. Billi l-assemblaġġ fih iktar komponenti (funzjonalitajiet) milli hemm kopert mill-intestatura 8521 , il-klassifikazzjoni taħt dik l-intestatura bħala apparat ta' riproduzzjoni tal-vidjo hija eskluża. Billi ma għandux skrin LCD, il-klassifikazzjoni skont is-sottointestatura 8528 72 40 bħala apparat ta' riċezzjoni tat-televixin bi skrin hija eskluża. L-assemblaġġ għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8529 90 65 bħala assemblaġġi elettroniċi għal apparat tal-intestatura 8528 . |