Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU I - TIFSIR U GĦANIJIET TA' L-UNJONI - Artikolu I-5
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0012 - 0012
Artikolu I-5 Ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri 1. L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza ta' l-Istati Membri quddiem il-Kostituzzjoni kif ukoll l-identitajiet nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi fundamentali politiċi u kostituzzjonali tagħhom, inklużi dawk tal-gvern awtonomu reġjonali u lokali. Għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, inkluż dawk li jiżguraw l-integrità territorjali ta' l-Istat, il-manteniment ta' l-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. 2. Skond il-prinċipju ta' koperazzjoni leali, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, b'rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fl-eżekuzzjoni tal-kompiti li huma tagħhom b'riżultat tal-Kostituzzjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa, ġenerali jew partikolari, sabiex jiżguraw li l-obbligi li joħorġu mill-Kostituzzjoni jew li jirriżultaw mill-atti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jiġu mwettqa. L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-Unjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista' tqiegħed fil-periklu lill-Unjoni milli tikseb l-għanijiet tagħha. --------------------------------------------------