European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1627

4.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 73/2024

tal-15 ta’ Marzu 2024

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1627]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/661 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kriterji komuni biex jitqiesu l-implimentazzjoni jew it-tneħħija ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell tal-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66za (ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“-

32023 R 0661: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/661 tat-2 ta’ Diċembru 2022 (ĠU L 83, 22.3.2023, p. 54).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/661 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 83, 22.3.2023, p. 54.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L, 2023/2294, 9.11.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1627/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)