Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni peress li naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti li jirrigwardaw, minn naħa, għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana, u min-naħa l-oħra, ksur allegat tad-dritt tal-kompetizzjoni.
Dispożittiv
1) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat KE meta naqset milli tadotta deċiżjoni fir-rigward tat-trasferiment ta’ 100 impjegat ta’ Alitalia, kif irrappurtat fl-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2006, li ntbagħtet lilha minn Ryanair Ltd, fir-rigward tal-kumpens mogħti sussegwentement għall-attentati tal-11 ta’ Settembru, kif irrappurtat fl-ittri tat-3 ta’ Novembru u tat-13 ta’ Diċembru 2005, mibgħuta lilha minn Ryanair, u fir-rigward tat-tnaqqis ta’ tariffi tal-ajruporti fl-ajruporti “ċentrali” li bbenefikat minnhom b’mod partikolari Alitalia, kif irrappurtat fl-ittri ċċitati tat-3 ta’ Novembru u tat-13 ta’ Diċembru 2005.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) Kull waħda mill-partijiet, inkluża Air One SpA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.