|
1.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 27/9 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/139 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2020
li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2020/5)
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data ta’ wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew (1). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u għalhekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-ponderazzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar ’il quddiem “il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). Dan l-aġġustament jirrikjedi li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-31 ta’ Jannar 2020 sabiex jiżgura li d-distribuzzjoni ta’ dawn l-ishma tikkorrispondi għall-aġġustamenti magħmula. Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew(BĊE/2018/29) (3) b’effett mill-1 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/4) (4) tiddetermina kif u sa fejn il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE fid-dawl tal-iskema tal-kapital aġġustata. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/2) (5) tiddetermina l-perċentwal li l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (iktar ’il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 fid-dawl tal-iskema tal-kapital aġġustata. |
|
(3) |
Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Jannar 2020 taħt id-Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/28) (6), taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi ammonti addizzjonali lill-BĊE sabiex sal-2022 jintlaħqu l-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Bl-istess mod, minħabba li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro diġà ħallsu perċentwal mis-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ January 2020 taħt id-Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-BankĊentrali Ewropew (BĊE/2018/32) (7), taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2), kull BĊN li jifdal li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE sabiex jintlaħqu l-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Trasferiment ta’ ishma ta’ kapital
Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva għalih fil-31 ta’ Jannar 2020, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jissottoskrivi għalih b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/3), il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta’ trasferimenti mingħand u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma fil-kapital b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 tikkorrispondi għall-ponderazzjonijiet aġġustati. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew att, kull BĊN għandu jitqies bħala li ttrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN taż-żona tal-euro ħallas mill-1 ta’ Jannar 2019, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas, skont l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4), fl-ewwel jum tal-operat tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Frar 2020, kull BĊN taż-żona tal-euro għandu, fir-rigward tal-ewwel ħlas parzjali tal-kapital li jrid isir, jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella murija fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN. Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jagħmel żewġ pagamenti parzjali oħra jumejn ta’ negozju qabel l-aħħar jum ta’ negozju tat- TARGET2 tal-2021 u tal-2022 rispettivament bit-trasferiment tal-ammont nett muri ħdejn ismu fis-sitt u t-tmien kolonni, rispettivament, tat-tabella fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
2. Minħabba l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN lil mhuwiex fiż-żona tal-euro ħallas mill-1 ta’ Jannar 2019, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2) fl-ewwel jum tal-operat tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Frar 2020, kull BĊN għandu jittrasferixxi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella murija fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
3. Fl-ewwel jum tal-operat tat-TARGET2 wara l-ewwel ta’ Frar 2020, il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro li huma meħtieġa jittrasferixxu, bħala l-ewwel pagament, ammont taħt paragrafu 1, u l-BĊNi mhux taż-żona tal-euro li huma taħt obbligu li jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 2, għandhom kull wieħed jittrasferixxu separatament kull imgħax fuq l-ammonti rispettivi dovuti li jakkumula tul il-perjodu mill-1 ta’ Frar 2020 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz ta’ TARGET2.
2. Fejn BĊN ma jkollux aċċess għal TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi akkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fiż-żmien dovut.
3. Kull imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(3) għandu jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.
4. Il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati li jwettqu trasferiment taħt l-Artikolu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex debitament jeżegwixxu tali trasferiment fil-ħin.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.
2. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2018/29) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/45 (BĊE/2018/29) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).
(2) Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3) (ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 183).
(4) Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4) (ara paġna 6 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2020/2) (ara paġna … ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28) (ĠU 9, 11.1.2019, p. 180).
(7) Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (BĊE/2018/32) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 196).
ANNESS I
KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi
|
(EUR)) |
|||
|
|
Sehem sottoskritt fil-31 ta’ Jannar 2020 |
Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Frar 2020 |
Sehem li jrid jiġi ttrasferit |
|
BĊNi taż-żona tal-euro |
|||
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
273 656 178,72 |
320 744 959,47 |
+47 088 780,75 |
|
Deutsche Bundesbank |
1 988 229 048,48 |
2 320 816 565,68 |
+ 332 587 517,20 |
|
Eesti Pank |
21 303 613,91 |
24 800 091,20 |
+3 496 477,29 |
|
Central Bank of Ireland |
127 237 133,10 |
149 081 997,36 |
+21 844 864,26 |
|
Bank of Greece |
187 186 022,25 |
217 766 667,22 |
+30 580 644,97 |
|
Banco de España |
902 708 164,54 |
1 049 820 010,62 |
+ 147 111 846,08 |
|
Banque de France |
1 537 811 329,32 |
1 798 120 274,32 |
+ 260 308 945,00 |
|
Banca d’Italia |
1 277 599 809,38 |
1 495 637 101,77 |
+ 218 037 292,39 |
|
Central Bank of Cyprus |
16 269 985,63 |
18 943 762,37 |
+2 673 776,74 |
|
Latvijas Banka |
29 563 094,31 |
34 304 447,40 |
+4 741 353,09 |
|
Lietuvos bankas |
43 938 703,70 |
50 953 308,28 |
+7 014 604,58 |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
24 572 766,05 |
29 000 193,94 |
+4 427 427,89 |
|
Bank Ċentrali ta’ Malta |
7 923 905,17 |
9 233 731,03 |
+1 309 825,86 |
|
De Nederlandsche Bank |
440 328 812,57 |
515 941 486,95 |
+75 612 674,38 |
|
Oesterreichische Nationalbank |
220 018 268,69 |
257 678 468,28 |
+37 660 199,59 |
|
Banco de Portugal |
177 172 890,71 |
206 054 009,57 |
+28 881 118,86 |
|
Banka Slovenije |
36 382 848,76 |
42 390 727,68 |
+6 007 878,92 |
|
Národná banka Slovenska |
86 643 356,59 |
100 824 115,85 |
+14 180 759,26 |
|
Suomen Pankki |
137 564 189,84 |
161 714 780,61 |
+24 150 590,77 |
|
BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro |
|||
|
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
92 131 635,17 |
106 431 469,51 |
+14 299 834,34 |
|
Česká národní banka |
175 062 014,33 |
203 445 182,87 |
+28 383 168,54 |
|
Danmarks Nationalbank |
162 223 555,95 |
190 422 699,36 |
+28 199 143,41 |
|
Hrvatska narodna banka |
61 410 265,11 |
71 390 921,62 |
+9 980 656,51 |
|
Magyar Nemzeti Bank |
144 492 194,37 |
167 657 709,49 |
+23 165 515,12 |
|
Narodowy Bank Polski |
563 636 468,10 |
653 126 801,54 |
+89 490 333,44 |
|
Banca Naţională a României |
264 887 922,99 |
306 228 624,99 |
+41 340 702,00 |
|
Sveriges Riksbank |
273 028 328,31 |
322 476 960,60 |
+49 448 632,29 |
|
Bank of England |
1 552 024 563,60 |
0,00 |
–1 552 024 563,60 |
|
Total: (1) |
10 825 007 069,61 |
10 825 007 069,61 |
0,00 |
(1) Minħabba xi tqarrib it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.
ANNESS II
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi
|
(EUR) |
|||||||
|
|
Sehem imħallas fil-31 ta’ Jannar 2020 |
Sehem imħallas mill-1 ta’ Frar 2020 |
Ammont ta’ ħlas ittrasferit 1 ta’ Frar 2020 |
Sehem imħallas mid-29 ta’ Diċembru 2021 |
Ammont ta’ ħlas ittrasferit 29 ta’ Diċembru 2021 |
Sehem imħallas mid-28 ta’ Diċembru 2022 |
Ammont ta’ ħlas ittrasferit 28 ta’ Diċembru 2022 |
|
BĊNi taż-żona tal-euro |
|||||||
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
273 656 178,72 |
276 290 916,71 |
+2 634 737,99 |
298 517 938,09 |
+22 227 021,38 |
320 744 959,47 |
+22 227 021,38 |
|
Deutsche Bundesbank |
1 988 229 048,48 |
1 999 160 134,91 |
+10 931 086,43 |
2 159 988 350,30 |
+ 160 828 215,39 |
2 320 816 565,68 |
+ 160 828 215,38 |
|
Eesti Pank |
21 303 613,91 |
21 362 892,01 |
+59 278,10 |
23 081 491,61 |
+1 718 599,60 |
24 800 091,20 |
+1 718 599,59 |
|
Central Bank of Ireland |
127 237 133,10 |
128 419 794,29 |
+1 182 661,19 |
138 750 895,83 |
+10 331 101,54 |
149 081 997,36 |
+10 331 101,53 |
|
Bank of Greece |
187 186 022,25 |
187 585 027,73 |
+ 399 005,48 |
202 675 847,48 |
+15 090 819,75 |
217 766 667,22 |
+15 090 819,74 |
|
Banco de España |
902 708 164,54 |
904 318 913,05 |
+1 610 748,51 |
977 069 461,84 |
+72 750 548,79 |
1 049 820 010,62 |
+72 750 548,78 |
|
Banque de France |
1 537 811 329,32 |
1 548 907 579,93 |
+11 096 250,61 |
1 673 513 927,13 |
+ 124 606 347,20 |
1 798 120 274,32 |
+ 124 606 347,19 |
|
Banca d’Italia |
1 277 599 809,38 |
1 288 347 435,28 |
+10 747 625,90 |
1 391 992 268,53 |
+ 103 644 833,25 |
1 495 637 101,77 |
+ 103 644 833,24 |
|
Central Bank of Cyprus |
16 269 985,63 |
16 318 228,29 |
+48 242,66 |
17 630 995,33 |
+1 312 767,04 |
18 943 762,37 |
+1 312 767,04 |
|
Latvijas Banka |
29 563 094,31 |
29 549 980,26 |
–13 114,05 |
31 927 213,83 |
+2 377 233,57 |
34 304 447,40 |
+2 377 233,57 |
|
Lietuvos bankas |
43 938 703,70 |
43 891 371,75 |
–47 331,95 |
47 422 340,02 |
+3 530 968,27 |
50 953 308,28 |
+3 530 968,26 |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
24 572 766,05 |
24 980 876,34 |
+ 408 110,29 |
26 990 535,14 |
+2 009 658,80 |
29 000 193,94 |
+2 009 658,80 |
|
Bank Ċentrali ta’ Malta |
7 923 905,17 |
7 953 970,70 |
+30 065,53 |
8 593 850,87 |
+ 639 880,17 |
9 233 731,03 |
+ 639 880,16 |
|
De Nederlandsche Bank |
440 328 812,57 |
444 433 941,02 |
+4 105 128,45 |
480 187 713,99 |
+35 753 772,97 |
515 941 486,95 |
+35 753 772,96 |
|
Oesterreichische Nationalbank |
220 018 268,69 |
221 965 203,55 |
+1 946 934,86 |
239 821 835,92 |
+17 856 632,37 |
257 678 468,28 |
+17 856 632,36 |
|
Banco de Portugal |
177 172 890,71 |
177 495 700,29 |
+ 322 809,58 |
191 774 854,93 |
+14 279 154,64 |
206 054 009,57 |
+14 279 154,64 |
|
Banka Slovenije |
36 382 848,76 |
36 515 532,56 |
+ 132 683,80 |
39 453 130,12 |
+2 937 597,56 |
42 390 727,68 |
+2 937 597,56 |
|
Národná banka Slovenska |
86 643 356,59 |
86 850 273,32 |
+ 206 916,73 |
93 837 194,59 |
+6 986 921,27 |
100 824 115,85 |
+6 986 921,26 |
|
Suomen Pankki |
137 564 189,84 |
139 301 721,39 |
+1 737 531,55 |
150 508 251,00 |
+11 206 529,61 |
161 714 780,61 |
+11 206 529,61 |
|
BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro |
|||||||
|
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
3 454 936,32 |
3 991 180,11 |
+ 536 243,79 |
3 991 180,11 |
0,00 |
3 991 180,11 |
0,00 |
|
Česká národní banka |
6 564 825,54 |
7 629 194,36 |
+1 064 368,82 |
7 629 194,36 |
0,00 |
7 629 194,36 |
0,00 |
|
Danmarks Nationalbank |
6 083 383,35 |
7 140 851,23 |
+1 057 467,88 |
7 140 851,23 |
0,00 |
7 140 851,23 |
0,00 |
|
Hrvatska narodna banka |
2 302 884,94 |
2 677 159,56 |
+ 374 274,62 |
2 677 159,56 |
0,00 |
2 677 159,56 |
0,00 |
|
Magyar Nemzeti Bank |
5 418 457,29 |
6 287 164,11 |
+ 868 706,82 |
6 287 164,11 |
0,00 |
6 287 164,11 |
0,00 |
|
Narodowy Bank Polski |
21 136 367,55 |
24 492 255,06 |
+3 355 887,51 |
24 492 255,06 |
0,00 |
24 492 255,06 |
0,00 |
|
Banca Naţională a României |
9 933 297,11 |
11 483 573,44 |
+1 550 276,33 |
11 483 573,44 |
0,00 |
11 483 573,44 |
0,00 |
|
Sveriges Riksbank |
10 238 562,31 |
12 092 886,02 |
+1 854 323,71 |
12 092 886,02 |
0,00 |
12 092 886,02 |
0,00 |
|
Bank of England |
58 200 921,14 |
0,00 |
–58 200 921,14 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
Total SEBĊ (1) |
7 659 443 757,27 |
7 659 443 757,27 |
0,00 |
8 269 532 360,44 |
+ 610 088 603,17 |
8 879 620 963,49 |
+ 610 088 603,05 |
(1) Minħabba xi tqarrib it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.