10.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2008

ta' l-14 ta' Marzu 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1).

(2)

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta' Novembru 2007 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolamenti Nru 91/2003 (KE) Nru 1365/2006 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-twaqqif ta' NST 2007 bħala l-klassifika unika għall-merkanzija ttrasportata b'ċerti mezzi ta' trasport (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 7 (ir-Regolament Nru 91/2003 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 7b (id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE) u 7f (Regolament tal-Kunsill Nru 1172/98 KE):

“—

32007 R 1304: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta' Novembru 2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14).”

2.

Dan li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 7j (ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

—

32007 R 1304: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta' Novembru 2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1304/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 154, 12.6.2008, p. 36.

(2)   ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.