|
26.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/332 |
P7_TA(2013)0330
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2013 – Nefqa marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11607/2013 – C7-0199/2013 – 2013/2054(BUD))
(2016/C 075/49)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat b'mod definittiv fl-12 ta' Diċembru 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod (3) (minn hawn ’il quddiem “FII tas-17 ta' Mejju 2006”), u b’mod partikolari l-punt 29 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali, biex iqisu l-ħtiġijiet ta’ nfiq li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0157), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Marzu 2013 (COM(2013)0156), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2013 adottata mill-Kunsill fl-26 ta' Ġunju 2013 (11607/2013 – C7-0199/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 75(b) u (e) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0246/2013), |
|
A. |
billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2013 għandu l-għan li jinkorpora fil-baġit 2013 l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament meħtieġa biex ikopru n-nefqa marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni sa mill-1 ta’ Lulju 2013; |
|
B. |
billi fl-istess ħin, il-Kummissjoni, bi qbil mal-Punt 29 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006, ressqet proposta għall-aġġustament tal-qafas finanzjarju pluriennali biex takkomoda dawn il-bidliet; |
|
C. |
billi ż-żieda proposta ta’ EUR 655,1 miljun f’impenji u ta’ EUR 374 miljun f’pagamenti tirrifletti l-qbil dwar il-pakkett finanzjarju fil-Konferenza ta’ Adeżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011, għajr l-intestatura 5, peress li n-nefqa amministrattiva marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja hija diġà inkluża fil-baġit tal-2013; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2013 kif ippreżentat mill-Kummissjoni u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru; |
|
2. |
Jenfasizza n-natura purament teknika ta’ dan il-baġit emendatorju li huwa sempliċement il-konsegwenza ta’ ftehim unanimu dwar it-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea bħala t-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li dan il-baġit emendatorju nżamm separat mid-dibattitu politiku interistituzzjonali li għaddej bħalissa dwar kif għandha tiġi solvuta l-kwistjoni ta’ pagamenti pendenti mill-2012 u min-negozjati dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2013; |
|
3. |
Ifakkar li, skont il-punt 29 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006, ir-riżorsi li jiffinanzjaw dan il-baġit emendatorju għandhom jiġu koperti permezz ta’ aġġustament tal-qafas finanzjarju, jiġifieri reviżjoni tal-limiti massimi għall-2013 f’impenji u pagamenti; |
|
4. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-perjodu ta’ tmien ġimgħat previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex il-parlamenti nazzjonali jiġu nfurmati dwar kull abbozz ta’ att leġiżlattiv ma għandux japplika għal kwistjonijiet baġitarji; jiddispjaċih, għalhekk, li minkejja t-terminu ta’ żmien ristrett ħafna għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-baġit emendatorju, il-Kunsill xorta waħda ħalla dan il-perjodu jiskadi qabel ma adotta l-pożizzjoni tiegħu, u b’hekk naqqas iż-żmien għall-adozzjoni mill-Parlament kif provdut mit-Trattat; |
|
5. |
Jiddispaċih ukoll għad-diffikoltà li biha, saħansitra wara li skada t-terminu ta’ tmien ġimgħat, il-Kunsill laħaq qbil dwar dan il-baġit emendatorju, liema fatt wassal għal dewmien fid-disponibbiltà tal-finanzjament għall-Kroazja dovut sa mill-1 ta’ Lulju 2013; iwissi li dan ma jridx isir preċedent għal adeżjonijiet ulterjuri; |
|
6. |
Jilqa' l-fatt li l-Kunsill eventwalment seta' jaqbel mar-reviżjoni, mingħajr ebda kumpens, tal-limiti tal-pagamenti għall-2013 bl-ammont meħtieġ ta' EUR 374 miljun; iqis li, meta wieħed jikkunsidra l-ammont limitat ikkonċernat u n-nuqqas attwali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2013, dan huwa l-mod xieraq kif jiġi ssodisfat l-obbligu li ħadu l-Istati Membri huma u jiffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni u kif jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet tal-punt 29 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006; |
|
7. |
Jiddeplora, madankollu, il-fatt li, fir-rigward tar-reviżjoni fl-impenji, il-Kunsill iddeċieda li ma jagħtix kas l-importanza politika tal-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni bħala tali, u minflok għażel li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jiġu kkumpensati; jqis li dik il-pożizzjoni tikkontradixxi l-ispirtu tad-deċiżjoni unanima meħuda bl-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni kif ukoll tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006; jenfasizza li dik id-deċiżjoni tibgħat messaġġ politiku żbaljat mhux biss lill-Kroazja iżda wkoll lill-pajjiżi kandidati l-oħrajn; jenfasizza li dik id-deċiżjoni hija aċċettata biss għax tikkonċerna l-aħħar sitt xhur tal-QFP attwali (2007-2013); jinnota li dan m'għandux jikkostitwixxi preċedent għat-tkabbir futur li jista' jseħħ taħt il-QFP li jmiss (2014-2020); |
|
8. |
Jiddispjaċih li l-intestatura 5 ġiet identifikata bħala s-sors ewlieni għall-kumpens tal-impenji, peress li dan jaf iwassal għan-nuqqas ta’ riżorsi neċessarji biex ikopru l-aġġustamenti tas-salarji kkontestati fil-każ li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tingħata fl-2013; |
|
9. |
Madankollu, minħabba l-importanza politika u l-urġenza ġuridika li jiġi żgurat il-finanzjament neċessarju tal-Kroazja, jiddeċiedi li japprova, mingħajr emendi, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2013; |
|
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2013 ġie adottat b’mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.