32001L0078



Official Journal L 285 , 29/10/2001 P. 0001 - 0162


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE

tat-13 ta' Settembru 2001

li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, l-Annessi IV, V u VI għad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, l-Annessi III u IV għad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE, u l-Annessi XII sa XV, XVII u XVIII għad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/4/KE

(Id-Direttiva dwar l-użu ta' formoli standard fil-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' kuntratti pubbliċi)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' servizzi pubbliċi [1] kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' provvisti pubbliċi [3] kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE u b'mod partikolari l-Artikolu 14, id-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi [4] kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 35(2) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li jaħdmu fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjonijiet [5] kif emendata bid-Direttiva 98/4/KE [6], u b'mod partikolari l-Artikoli 39(2), 40(2) u (3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttivi 92/50/KEE, 93/36/KEE, 93/37/KEE u 93/38/KEE jistipulaw illi l-kuntratti li għalihom japplikaw għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li għandu jkun fihom; dawn id-Direttivi jistabbilixxu wkoll mudelli skond liema għandhom jiġu mfassla l-avviżi; dan l-obbligu joħroġ mill-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 93/36/KEE, l-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 93/37/KEE, l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 92/50/KEE u l-Artikolu 21(1) u (4), l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 93/38/KEE.

(2) Il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni (91/561/KEE) ta' l-24 ta' Ottubru 1991 [7] u komunikazzjoni tat-30 ta' Diċembru 1992 [8]; l-użu ta' ċerti avviżi mudell għall-provvisti u kuntratti ta' xogħlijiet huwa għalhekk irrakkomandat. Dawn il-mudelli huma differenti mill-avviżi mudell fl-annessi għad-Direttivi.

(3) Il-mudelli stipulati fid-Direttivi għandhom jiġu emendati sabiex jgħinu fis-simplifikazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regoli tar-reklamar filwaqt li jiġu addattati għall-mezzi elettroniċi żviluppati bħala parti mis-sistema ta' l-informazzjoni għall-akkwisti pubbliċi (SIMAP), mnedija mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-użu ta' formoli standard u l-użu possibbli ta' vokabularju komuni ta' l-akkwisti (CVP) għandu jikkontribwixxi biex ikun hemm aktar trasparenza fis-suq. Għall-finijiet ta' kjarifika, huwa xieraq li l-annessi imsemmija fuq jiġu sostitwiti bil-formola standard.

(4) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut b'din id-Direttiva huma konformi ma l-opinjonijiet sew tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti Pubbliċi kif ukoll tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti fit-Telekomunikazzjonijiet,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

L-Artikolu 1

1. L-Anness IV għad-Direttiva 93/36/KEE għandu jiġi sostitwit bl-Anness I għal din id-Direttiva.

2. L-Annessi IV, V u VI għad-Direttiva 93/37/KEE għandhom jiġu sostitwiti bit-test ta' l-Annessi II, III u IV rispettivament ta' din id-Direttiva.

3. L-Annessi III u IV għad-Direttiva 92/50/KEE għandhom jiġu sostitwiti bl-Annessi V u VI rispettivament ta' din id-Direttiva.

4. L-Annessi XII sa XV, XVII u XVIII għad-Direttiva 93/38/KEE għandhom jiġu sostitwiti bl-Annessi VII sa XII rispettivament ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2002. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbilit mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 328, tat-28.11.97, p. 1.

[3] ĠU L 199, tad-9.8.93, p. 1.

[4] ĠU L 199, tad-9.8.93, p. 54.

[5] ĠU L 199, tad-9.8.93, p. 84.

[6] ĠU L 101, 01.04.98, p. 1.

[7] ĠU L 305, tas-6.11.91, p. 19.

[8] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtorijtajiet kontraenti kkonċernati bid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 90/531/KEE (ĠU S 252 A, tat- 30.12.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS X

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS XI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS XII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------