|
5.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 146/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 499/2008
ta’ l-4 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1501/95 u r-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ l-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 167 u 170 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 162 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 il-prodotti elenkati f'dak l-artikolu li se jiġu esportati bi jew mingħajr ipproċessar ulterjuri jistgħu jkunu eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jekk jikkonformaw ma’ kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 167 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 167(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jagħti l-possibbiltà lill-Kummissjoni li tistabbilixxi aktar kundizzjonijiet għall-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal prodott wieħed jew aktar. Dawk il-kundizzjonijiet huma attwalment stipulati fir-regolamenti tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-setturi elenkati fl-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Billi dawk ir-regolamenti ser jiġu revokati skond l-Artikolu 201 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet orizzontali minn mindu beda japplika r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hekk kif provdut fl-Artikolu 204 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli diġà fih dispożizzjonijiet orizzontali (3). Huwa għalhekk xieraq li dak ir-regolament jiġi adattat sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 167(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(3) |
Ir-regolamenti tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-setturi tat-tjur, tal-bajd, tal-laħam tal-majjal u tar-ross ippermettew l-eliġibbiltà għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li ma joriġinawx fil-Komunità li jkunu ġew importati u sussegwentement esportati waqt li ma kienux ipproċessati biżżejjed fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4). Ir-rifużjonijiet f'dak il-każ huma limitati għad-dazji mħallsa fuq l-importazzjoni u barra minn hekk l-esportatur ried jipprova li l-prodotti impurtati u esportati huma l-istess. Billi l-applikazzjoni tar-regola hija tedjanti u ta’ użu prattiku baxx ħafna, mil-lat tas-simplifikazzjoni u ta’ l-armonizzazzjoni ma għandhiex titħalla. |
|
(4) |
L-oriġini Komunitarja bħala prerekwiżit għall-eliġibbiltà għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni hija garanzija importanti kontra l-abbuż tal-baġit Komunitarju. B'mod partikolari, dan għandu l-għan li jevita tibdil fid-direzzjoni tal-kummerċ fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ importazzjoni li ma jkollhom l-ebda għan kummerċjali relatat mat-tqegħid tal-prodotti fis-suq ta’ l-UE, iżda li jkunu mmotivati biss mill-opportunità li jinġabru rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni meta din isseħħ. Din il-garanzija hija stabbilita għaċ-ċereali, għar-ross, għaċ-ċanga u l-vitella, għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għal-laħam tal-majjal, għall-bajd u għal-laħam tat-tjur u għandha titħalla. Fl-interess ta’ ħarsien kontinwu kontra l-abbuż tal-baġit Komunitarju, hemm bżonn ta’ dispożizzjoni orizzontali li tkopri s-setturi kollha elenkati fl-Artikolu 162 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(5) |
Fir-rigward taz-zokkor, bi skop li jiġi organizzat il-fluss ta’ provvisti lil raffinaturi madwar il-Komunità, ġie introdott arranġament preferenzjali speċjali għall-aċċess fis-suq tal-Komunità fl-organizzazzjonijiiet suċċessivi tas-suq komuni għaz-zokkor, u dan iħalli l-industrija tar-raffinar timporta fuq termini speċjali ċerti kwantitajiet ta’ zokkor tal-kannamieli mhux maħdum li joriġina fl-Istati ta’ l-AKP li huma firmatarji għall-Protokoll Nru 3 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ l-AKP u l-KE u fl-Indja u fi Stati oħra permezz tal-ftehimiet ma’ dawk l-Istati. Dan l-arranġament preferenzjali għall-importazzjoni kien implimentat fi ħdan il-qafas ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor. Konsegwentement, l-Artikolu 27(12) b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (5) ipprovda li r-rifużjonijiet kellhom jingħataw għall-prodotti importati skond dan l-arranġament. Skond dan l-istess approċċ, il-Kunsill iddeċieda li l-prova ta’ l-oriġini Komunitarja ma kienx hemm bżonnha għall-eliġibbiltà għar-rifużjonijiet skond l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (6). Ir-rekwiżit ta’ oriġini Komunitarja għalhekk ma għandux japplika għas-settur taz-zokkor. |
|
(6) |
Wara t-tneħħija tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ xi prodotti, il-lista ta’ prodotti li għalihom ir-rifużjonijiet iridu jkunu ffissati abbażi ta’ ingredjent meta prodotti komposti jikkwalifikaw għal rifużjoni qsaret. Huwa għalhekk xieraq li nsemmu biss il-prodotti li jifdal f'dan ir-rigward. |
|
(7) |
Ir-rekwiżit ta’ l-oriġini Komunitarju fis-settur taċ-ċereali diġà kien stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta’ disturb fis-suq taċ-ċereali (7). Minħabba raġunijiet ta’ trasparenza u razzjonalizzazzjoni, dan ir-rekwiżit għandu jinbidel bid-dispożizzjoni orizzontali li tistabbilixxi r-rekwiżit ta’ l-oriġini Komunitarja. |
|
(8) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1501/95 u (KE) Nru 800/1999 għandhom għalhekk ikunu emendati skond dan. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95 huwa mħassar.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għad-derogi stabbiliti fir-regolamenti tal-Komunità speċifiċi għal ċerti prodotti, dan ir-Regolament jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘rifużjonijiet’,:
|
|
(2) |
L-Artikolu 11 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 11 1. Għandhom jingħataw rifużjonijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li, irrispettivament mis-sitwazzjoni doganali rigward l-ippakkjar, ikunu f'ċirkulazzjoni ħielsa u huma ta’ oriġini Komunitarja. Madankollu, għall-prodotti taz-zokkor imsemmija fl-Artikolu 162(1)(a)(iii) u fl-Artikolu 162(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss meta dawn ikunu f'ċirkulazzjoni ħielsa. 2. Għall-għotja tar-rifużjoni, il-prodotti jitqiesu li huma ta’ origini Komunitarja jekk ikunu ġew miksuba kompletament fil-Komunità jew jekk l-aħħar ipproċessar jew xogħol sostanzjali li jkun sar fuqhom ikun sar fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 jew 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-prodotti miksuba minn dawn li ġejjin ma għandhomx jikkwalifikaw għal rifużjoni:
3. Meta r-rifużjoni tingħata bil-kundizzjoni li l-prodott ikun oriġina fil-Komunità, l-esportaturi għandhom jiddikjaraw l-oriġini kif imfissra fil-paragrafu 2 bi qbil mar-regoli tal-Komunità fis-seħħ. 4. Meta jiġu esportati prodotti komposti li jikkwalifikaw għal rifużjoni fuq wiehed jew aktar mill-ingredjenti tagħhom, ir-rifużjonijiet fuq ta’ l-aħħar għandhom jingħataw suġġetti għall-konformità tagħhom mal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Ir-rifużjoni għandha tingħata wkoll meta l-ingredjent jew l-ingredjenti li fir-rigward tagħhom tintalab ir-rifużjoni jkunu oriġinarjament ta’ oriġini Komunitarja u/jew fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa kif ipprovdut fil-paragrafu 1 iżda li ma jkunux aktar f'ċirkulazzjoni ħielsa unikament minħabba l-inkorporazzjoni tagħhom fi prodotti oħra. 5. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 4, ir-rifużjonijiet fuq l-oġġetti li ġejjin għandhom jitqiesu rifużjonijiet stabbiliti fuq il-bażi ta’ ingredjent:
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Madankollu, għandu japplika:
|
(a) |
mill-1 ta’ Lulju 2008 fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali, taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur; |
|
(b) |
mill-1 ta’ Settembru 2008 fir-rigward tas-settur tar-ross; |
|
(ċ) |
mill-1 ta’ Ottubru 2008 fir-rigward tas-settur taz-zokkor. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1).
(3) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 159/2008 (ĠU L 48, 22.2.2008, p. 19).
(4) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(5) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif imħassar mir-Regolament (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).
(6) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 se jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 b'seħħ mill-1.10.2008.
(7) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).