Official Journal L 224 , 25/08/1999 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1836/1999 ta' l-24 ta' Awissu 1999 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1506/1999 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9, (1) Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-Regolament imsemmi, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness għal dan ir-Regolament; (2) Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew li għandha parti minnha bbażata fuqha jew li żżid kwalunkwe sud-diviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li tiġi applikata tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti; (3) Billi, bi qbil mar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa għar-Regolament preżenti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ix-xierqa indikati fil-kolonna 2, b'virtù tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3; (4) Billi tiġi aċċettata li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tibqa tiġi nvokata taħt id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (KE) Nru 955/1999 [4], għal perjodu ta' tlett xhur mill-pussessur; (5) Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM ix-xierqa indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Awissu 1999. Għall-Kummissjoni Karel Van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 175, ta' l-10.7.1999, p. 7. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Preparazzjoni fil-għamla ta' soluzzjoni li tinkludi bil-piż madwar 84 % ilma, 15,6 % zokkor, 0,4 % aċidu ċitriku u 0,01 % sostanza li tagħti togħmaIl-prodott li għandu ħajja ta' ħżin limitata, jitpoġġa f'lott | 21069059 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenrali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-formular tal-kliem tal-kodiċijiet NM 2106, 210690 u 21069059 Minħabba li ma jistax jiġi kkunsmat immedjatament bħala xarba, il-prodott mhuwiex kopert bl-intestatura 2202. Minħabba ż-żjieda tas-sostanza li tagħti togħma, għandu jiġi kkunsidrat bħala xiropp miżjud b'togħma. | 2.Preparazzjoni fil-għamla ta' soluzzjoni li tinkludi bil-piż madwar 84 % ilma, 16 % zokkor, 0,2 % aċidu ċitrikuIl-prodott li għandu ħajja ta' ħżin limitata, jitpoġġa f'lott | 21069098 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenrali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-formular tal-kliem tal-kodiċijiet NM 2106, 210690 u 21069098 Minħabba li ma jistax jiġi kkunsmat immedjatament bħala xarba, il-prodott mhuwiex kopert bl-intestatura 2202. | --------------------------------------------------