27.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/105

tad-19 ta’ Jannar 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 (EUTM RCA/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUTM RCA, inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fis-26 ta’ Awwissu 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Jacques LANGLADE DE MONTGROS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA.

(3)

Fis-27 ta’ Ottubru 2021, l-awtoritajiet militari Belġjani pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Jacky CABO biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Jacques LANGLADE DE MONTGROS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM RCA mill-4 ta’ Frar 2022.

(4)

Fit-23 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova dik il-proposta.

(5)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Jacky CABO. Barra minn hekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Jacky CABO huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mill-4 ta’ Frar 2022.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 hija b’dan imħassra mill-4 ta’ Frar 2022.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1435 tas-26 ta’ Awwissu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1250 (EUTM RCA/1/2021) (ĠU L 312, 3.9.2021, p. 1).