|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1923 |
28.2.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2024/769, u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
(C/2024/1923)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2024/769 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jeħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' Novembru 2024, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Global and Horizontal Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
E-mail: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati.
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L, 2024/769, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/769/oj.
(3) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.
(4) ĠU L, 2024/768, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/768/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1923/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)